Illum previous editions

illum 3 august 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/357170

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 03 ta' Awwissu 2014 | illum 33 SPORTSillum Riżultati mħallta għall-atleti Maltin l-logħob tal-Commonwealth FILLOGĦOB tal- Commonwealth li qed isiru fi Glasgow fl-Iskozja u li jiġu fi tmiemhom propju llum, l-atleti Maltin li rrappreżentaw lil pajjiżna kellhom riżultati mħallta – uħud pożittivi u uħud diżappuntanti. F'dan l-artiklu se nkunu qed nagħtu ħarsa lejn ir-riżultati li kisbu l-Maltin ġurnata b'ġurnata, sa meta kienu fl-azzjoni huma. L-ewwel ġurnata tal- kompetizzjoni - 24.07.2014 Fil-ġudo fil-kategorija ta' taħt is-66 kilogramma Jeremy Saywell tilef b'ippon kontra Manoj Nandal tal-Indja - ġlieda li matulha Saywell qasam il- logħob mal-avversarju. Fil-Lawn Bowls il-koppja Leonard Callus u John Parnis rebħu 18-16 kontra l-gżejjer Norfolk filwaqt li fis-singles tan- nisa, Carmen Spiteri tilfet 21 bi 7 kontra Melmore tal-Ingilterra. Fit-Triathlon tan-nisa Danica Bonello Spiteri ġiet fil-15-il post fost 24 atleta b'ħin totali ta' sagħtejn, 21 minuta u 14-il sekonda (2.21.14). Fil-kategorija tal-irgiel fost 48 kompetitur, Keith Galea ma rnexxilux itemm il-kompetizzjoni. Fl-isquash Kim Borg Cauchi tilfet 3 b'0 kontra Saffery ta' Wales filwaqt li Colette Sultana tilfet 3 bi 2 kontra Methsarani ta' Sri Lanka. Bradley Hindle Deguara u Daniel Zammit Lewis wara li fl- ewwel round kienu bye, iltaqgħu kontra Fitzgerald ta' Wales u Seth ta' Guyana rispettivament. Deguara ħareġ rebbieħ 3 - 0 filwaqt li Zammit Lewis tilef 0 - 3. Fir-rawnd ta' wara Brad Hindle Deguara, safa megħlub 3 - 1 kontra Yuen tal-Malasja. It-tieni ġurnata tal- kompetizzjoni - 25.07.2014 Fil-ġudo, fis-sezzjoni femminili, Marcon Bezzina, fl-ewwel bout mill-kwarti tal- finali hija ġġieldet kontra Helene Wezeu Dombeu tal-Kamerun. Kien konfront bilanċjat ħafna li mar għall-full time iżda sfortunatament Bezzina tilfet bil-penalties. Fit-tieni logħba fir- repechage, Marcon affronta lill- ġudoka Ingliża, Faith Pitman, fejn il-Maltija kkontrollat tajjeb lill-avversarja tagħha sal-aħħar minuta tal-konfront fejn hija sfat megħluba b'ippon. Tajjeb ngħidu li ż-żewġ avversarji li ġġieldet kontrihom Marcon Bezzina għamluha sal-finali fejn irnexxielhom jirbħu l-midalji tal-fidda u l-bronż rispettivament. It-tielet ġurnata tal- kompetizzjoni - 26.07.2014 F'Kelvingrove Green, tkompliet il-kompetizzjoni tat-timijiet fejn Malta permezz ta' Leonard Callus u John Parnis wara li għelbu lil Samoa 18 - 16 sfaw megħluba 28 - 7 mill- Malasja li huma favoriti li jirbħu Grupp C. Fis-singles tan-nisa, Carmen Spiteri wara erba' telfiet konsekuttivi kisbet l-ewwel rebħa tagħha fi Glasgow wara li għelbet 21 - 12 lil Alofa Adam ta' Samoa Fil-ġudo, fis-sezzjoni maskili, rajna fl-azzjoni lil Isaac Bezzina fil-kategorija - 90 kg. Bezzina tilef kontra Mark Anthony tal- Awstralja. Ir-raba' ġurnata tal- kompetizzjoni - 27.07.2014 Għall-kontinġent Malti l-attenzjoni kienet fil-Barry Buddon Shooting Ranger għall- kompetizzjoni tad-double trap. Fir-rawnd ta' kwalifikazzjoni sabiex l-ewwel sitt tiraturi jgħaddu għall-finali, William Chetcuti b'125 minn 150 plattina spiċċa fis-seba' post filwaqt li Nathan Lee Xuereb b'131 minn 150 spiċċa fil-ħames post biex b'hekk rebaħ post fil-finali. Fis-semifinali Nathan Lee Xuereb laqat 26 plattina fejn falla tnejn mill-aħħar erba' li kienu vitali jekk imurx għall- finali għall-ewwel post. Steven Scott u Matthew French it-tnejn tal-Ingilterra wara shootoff ma' Asab Mohd tal-Indja għaddew għall-finali b'Mohd jilgħab għall-midalja tal-bronż kontra Nathan Lee Xuereb. Xuereb laqat 24 minn 30 kontra s-26 ta' Mohd sabiex b'hekk Mohn rebaħ il-midalja tal-Bronż. Fil-finali Scott għeleb lil French 30 - 29. F'Hampden Park fl-ewwel ġurnata tal-atletika kienet fl- azzjoni l-atleta femminili Diane Borg. Fil-heat numru 1 tal-100 metru Diane Borg għamlet id-distanza fi 12.12 sekondi sabiex spiċċat fis-sitt post qabel Ndoro tal-Kenja. Il-heat kif kien mistenni ntrebħet minn Veronica Campbell Brown tal- Ġamajka f 'ħin ta' 11.29 sekondi. Il-ħames ġurnata tal- kompetizzjoni - 28.07.2014 L-ewwel li kien fl-azzjoni f 'din il-ġurnata kien Brian Galea fl- ewwel ġurnata tat-Trap fil-Barry Buddon Shooting Range. F'din il-ġurnata Galea kien jinsab fis-seba' pożizzjoni wara li laqat 46 plattina biex b'hekk fit-tieni ġurnata kollox seta' jiġri. Dan għaliex filwaqt li Mansher Singh tal-Indja kien jinsab fl-ewwel post b'50 plattina segwit minn Mike Diamond tal-Awstralja u Manavjit Sandhu tal-Indja b'49 plattina, bejn Galea u r-raba' pożizzjoni kien hemm biss plattina waħda differenza. L-ewwel sitta kellhom jgħaddu għas-semifinali bl-ewwel erba' minnhom wara jgħaddu għall- finali. Fil-ġinnastika artistika kien fl-azzjoni t-tim Malti kompost minn Peppina Dalli, Kirsty Caruana u Andreana Zammit. Fit-tieni minn tmien gruppi t-tim Malti kkompeta kontra Singapore liema kompetizzjoni kompliet l-għada t-Tlieta. Is-sitt ġurnata tal- kompetizzjoni - 29.07.2014 F'din il-ġurnata kellna sodisfazzjon fir-wrestling għal David Galea fejn wara li rebaħ lil Labin Tokia ta' Kiribati, tilef fit-tieni rawnd kontra Qamar Abbas tal-Pakistan. Madankollu fir-repercharge, David Galea għeleb lil Katea Tebitara tal-gżejjer Solomon sabiex ikkwalifika għall-finali tal-medalja tal-bronż kontra Mike Grundy tal-Ingilterra wara li weġġa' fl-ewwel minuta safa megħlub bl-iskor ta' 0 - 10. F'Hampden Park, tard it-Tnejn filgħaxija fit-triple jump tan- nisa, Rebecca Sare' minkejja li ġiet fid-9 post minn daqstant atleti b'qabża ta' 12.26 metri kisbet rekord nazzjonali ġdid fl-istess dixxiplina. Tkompliet il-kompetizzjoni tal-isparar trap fejn Brian Galea b' total ta' 109 minn 125 spiċċa fil-11-il post minn 36 tiratur. Fil-Lawn Bowls tkompliet il-kompetizzjoni tas-singles tal- irġiel fejn Leonard Callus għeleb lil John Christian tal-gżejjer Norfolk 21 - 14 filwaqt li kontra McIllroy ta' New Zealand safa megħlub 2 - 21. Fl-Isquash fid-doubles tal- irġiel Daniel Zammit Lewis u Brad Hindle Deguara sfaw megħluba 2 - 0 mill-Ingilterra. Fil-mixed doubles Malta lagħbet kontra Wales u sfat ukoll megħluba 2 - 0. Il-koppja Maltija rebħet 2 - 0 filwaqt li fid- doubles tan-nisa Malta għelbet 2 - 0 lill-Awstralja. Tkompliet ukoll il- kompetizzjoni tal-ġinnastika artistika bil-ġinnasti Maltin Peppina Dalli, Andreana Zammit u Kristy Caruana jkunu fl-azzjoni. Intant, il-kontinġent Malti fi Glasgow, kien kompost minn dawn l-atleti: Atletika - Diane Borg, Rebecca Camilleri, Rachel Fitz, Rebecca Sare' u Kevin Moore Ġinnastika - Kirsty Caruana, Peppina Dalli u Adreana Zammit Ġudo - Isaac Bezzina, Jeremy Saywell u Marcon Bezzina Lawn Bowls - Carmela Spiteri, Leonard Callus u John Parnis Sparar - Eleonor Bezzina, William Chetcuti, Nathan Lee Xuereb u Brian Galea Squash - Kimberly Borg Cauchi, Colette Sultana, Bradley Hindle u Daniel Zammit Lewis Triathlon - Danica Bonello Spiteri u Keith Galea Weightlifting - Jessica Edge Wrestling - Adam Vella u David Galea Il-plejer tal-isquash Colette Sultana -azzjoni Il-weightlifter Maltija Jessica Edge -azzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 august 2014