Illum previous editions

illum 3 august 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/357170

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

24 illum | Ħadd 03 ta' Awwissu 2014 Kummercjali Din is-sena l-Unjoni Ewropea sejra tirrikonoxxi u tippremja l-aħjar: 'YOUNG DIGITAL TALENT' & 'DIGITAL CITIZENSHIP' Kompetizzjoni Ewropea 'eSkills for Jobs' eSkills eSkills Malta Foundation Jekk tafu lil xi ħadd jew lil xi grupp li għamel dierenza bl-użu tal-informatika ibagħtu n-nominazzjoni fuq is-sit elettroniku: http://eskills.org.mt/eskillscompetition In-nominazzjonijiet jiġu milqugħa sal-Ħamis 7 ta' Awwissu 2014 Middlesea Insurance b'appoġġ għall-Piccola Casa di San Giuseppe MIDDLESEA Insurance riċentament preżentat donazzjoni lill-Piccola Casa di San Giuseppe. Dawn il-fondi intużaw għall-immodernizzar tad-dar li tinsab ġewwa l-Belt Valletta u permezz tagħhom inbidlet il-kamra tal-banju. Is-sorijiet tal-Ursolini, li jmexxu din id-dar, jieħdu ħsieb numru ta' tfal li ġejjin minn ambjent diffiċli. L-għan tagħhom hu li jipprovdu ambjent li joqrob bl-iktar mod possibli dak ta' dar, post fejn huma jistgħu jsibu mħabba u sens ta' appartenenza. "Is-sorijiet iddedikaw ħajjithom sabiex irabbu lil dawn it-tfal u l-ħidma tagħhom hi tassew ta' min jammiraha. Id-donazzjoni tagħna hi ferm żgħira meta mqabbla mal- ħidma ta' kuljum tagħhom iżda nittamaw li se tgħinhom fil-missjoni sabiex jipprovdu dar addattata għal dawn it-tfal," sostniet Ana Zammit Munro, Head of Marketing ta' Middlesea Insurance. Sr Valerie Farrugia rringrazzjat lill-Middlesea Insurance ta' din l-għajnuna. Middlesea Insurance hi l-kumpanija ewlenija tal- assigurazzjoni f 'Malta. Ana Zammit Munro tippreżenta d-donazzjoni lis-sorijiet tal-Ursolini LAQWA studenti intraprendituri mill-Istitut tan-Negozju u l-Kummerċ fl-MCAST rebħu l-premju għall-isforzi intraprenditorjali tagħhom. Iċ-ċermen ta' Bank of Valletta, John Cassar White, ippreżenta dan il-premju fil-House of the Four Winds, il-belt Valletta nhar it-Tlieta 22 ta' Lulju. Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm is- Sur Stephen Cachia, Prinċipal u Kap Eżekuttiv tal-MCAST, kif ukoll is-Sur Josef Buttigieg, Direttur tal-Istitut tan- Negozju u l-Kummerċ. "Bank of Valletta jagħti appoġġ lill-istudenti għax jemmen bis-sħiħ li l-edukazzjoni hija ċ-ċavetta għal opportunitajiet kbar," qal John Cassar White, ċermen ta' Bank of Valletta. "L-edukazzjoni intraprenditorjali hija pass importanti 'il quddiem lejn l-iżvilupp tal-abbiltajiet kreattivi tal-istudenti filwaqt li tgħinhom itejbu l-ħiliet tagħhom kif isolvu l-problemi. Dan il-premju għandu jħeġġeġ lill-istudenti tal-MCAST sabiex jagħmlu l-almu tagħhom biex jilħqu l-iskopijiet edukattivi tagħhom, li minnhom infushom iservu ta' investiment kemm għalihom personali kif ukoll għas- soċjetà inġenerali." Il-pjan tan-negozju rebbieħ bl-isem TravelDice, ġie ppreżentat minn tim magħmul minn Kimberly Azzopardi, Kristina Buhagiar, Robert Busuttil, Lyndsey Hollington u Nicola Pace; filwaqt li l-pjan tan-negozju bl-isem Errand Genie ġie fit-tieni post u kien ippreżentat mit-tim magħmul minn Mark Andrew Azzopardi, Keith Cortis, Chantelle Mifsud, Lauren Parfitt u Elaine Zammit. LAQWA studenti iċ-ċerimonja kien hemm is- kbar," qal John Cassar tal-MCAST sabiex jagħmlu minn Kimberly Azzopardi, BOV jirrikonoxxi l-impenn tal-istudenti tal-MCAST

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 august 2014