Illum previous editions

illum 3 august 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/357170

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

12 illum | Il-Ħadd 03 ta' Awwissu 2014 Għawdex tagħna GĦAWDEX! Gżira b'għoljiet sbieħ u wieqfa, li qatt ma tixba' tħaddar u tarmi l-frott minn art għammiela fejn l-għajnejn jistrieħu fuq medda ta' ħdura bla tarf. Għawdex: Jisirqek il-pittur b'pinzell fuq tila Tqanqal kompożitur għal sinfonija Tħeġġeġ awtur biex jiktbek b'sengħa w ħila Jgħannik poeta fl-isbaħ poeżija. Hekk kiteb il-poeta Charles Coleiro, li għalkemm fil-vini tiegħu ma jserrepx demm Għawdxi, madankollu tolqtu bi sħiħ is-sbuħija tal-gżira tat-tliet għoljiet. Din il-gżira tagħti kull xorta ta' frott u tpaxxi l-għajnejn ta' kull min jirfes fuqha. Tassew li hawnhekk isibu x'jagħmlu l-għajn u l-ħsieb. Araw ftit x'qal il-poeta tan-Natura, Anton Buttiġieġ meta żar ir- raħal taż-Żebbuġ: X'dehriet ta' blat u ħdura, Ta' siġar, ta' għerien, Tara minn dan il-għoli ix-xogħol tal-id u ż-żmien. Il-baħar dawra m'Għawdex F'tagħniqa ta' żewġ ħbieb; Żmien twil għandhom fejn jgħammru U jduru l-għajn u l-ħsieb. Għawdex huwa msemmi wkoll għall-istorja tiegħu. Dan jixhduh id-diversi postijiet ta' interess li huma dejjem mimlijin bin-nies. Ngħidu aħna, fir-raħal tax- Xagħra, insibu l-Għar ta' Ninu, u l-Ġgantija, li: Għad-dawl tal-qamar sbejjaħ Fis-sigħat ħelwa tal-lejliet sajfija Hawnhekk fis-skiet tax- Xagħra dejjem ħadra Toħlom..... Fir-Ramla l-Ħamra, insibu wkoll Villa Rumana li b'xorti ħażina ħadd għadu ma ta każ bis-serjetà biex jieħu ħsiebha; fir-Rabat insibu l-Gran Kastell fejn dari missirijietna kienu jistkennu mill-attakki ta' xi għadu; hawnhekk ukoll għandna l-Mużew Nazzjonali tagħna li llum il-ġurnata huwa mgħammar sewwa. Ġorġ Pisani kiteb mhux biss fuq il-Ġgantija iżda wkoll fuq il-Gran Kastell. Hu donnu jisma' lil dan is-sur ta' qawwa jokrob taħt it-toqol tal-ħajja u tal-imgħoddi. Kull x'ħin id-dlam tal-lejl jitwieżen fuqek U taħtek tnin tal-ħajja l-aħħar dija, Jinstama' mat-triqat il-krib ta' ruħek, O Kbir Kastell, kalvarju tat- tbatija! Hekk kif turist jirfes l-Imġarr t'Għawdex, ma tistax ma tolqtux dik id- dehra sabiħa tad-dgħajjes hekk imsejħa 'tal-Latini' sorġuti mal-moll, waħda fejn l-oħra. Ta' kull filgħodu dawn id-dgħajjes jerħulha lejn Malta mgħobbija sa ruħ ommhom bil-prodott tal-bidwi Għawdxi. Dawn id-dgħajjes ukoll serqu qalb il-poeta Għawdxi Anton Buttigieg: U erħilkom tiġġerrew għal ħdejn Kemmuna Bil-pika ma' xulxin min jasal l-ewwel Il-Port il-Kbir; u hemmhekk tħottu l-għelejjel Tal-art Għawdxija. Il-gżira ta' Għawdex hija wkoll mimlija b'ħafna widien li jagħtu dehra tassew impressjonanti matul ir-rebbiegħa. Dak l-ilma jgelgel, flimkien ma' dawk il-fjuri ta' kull lewn, ifewħu, jisirqulek qalbek u tinsa għal ftit li tinsab f 'dinja mimlija hemm. Wied il-Lunzjata laqat bi sħiħ lill-poeta l-avukat Ġorġ Żammit, li mitluf f 'sakra ta' hena, qal lill-wied: Is-sliem għalik! Minn ġenb għall-ieħor, l-għana Jimla, idur, fin-nir tas-sema jdub; Tgħanni n-nixxiegħa qalb il-qasab; jgħannu l-għasafar u l-werżieq qalb il-ħarrub. U Ġużè Chetcuti wkoll, meta Għawdex ħabbatlu bieb il-muża, niseġ dawn il-versi: Imbewsa mis-smewwiet u l-art fewwieħa Is-sliem għalik, Gżira tal- ward u l-fwieħa! Għawdex huwa dejjem imsaħħan mix-xemx li qatt ma tixba' tiddi mill-għoli tas- smewwiet. Il-Gżira tat-Tliet Għoljiet iġġiegħlek tħobb għax hawnhekk jirrenja s-skiet u l-paċi. Mhux ta' b'xejn bosta barranin jagħżlu lil Għawdex biex jgħaddu ħajjithom fis-serħan u l-ferħ. Dawn in-nies iridu jgħixu: Fejn bi rħis hija t-tbissima, Twajba l-kelma u dħulija, Mnejn jinsilet l-għasel sagħtri Jew is-silla fir-rebbiegħa. ("Għawdex" – Mary Mejlak) Għawdex ta daqqa t'id mhux żgħira fil-bini ta' lsienna u dan jista' jixhdu għal darb'oħra Charles Coleiro meta niseġ sunett sħiħ li jġib l-isem "Għawdex ...għad-dawl tal-qamar sbejjaħ, fis-sigħat ħelwa tal-lejliet sajfija... ...il-port il-kbir, u hemm tħottu l-għelejjel tal-art Għawdxija... KAV JOE M ATTARD

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 august 2014