Illum previous editions

illum 3 august 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/357170

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 03 ta' Awwissu 2014 | illum 35 SPORTSillum President tal-Inter Club Malta li kien jiddomina fl-Italja, fl-Ewropa u fid-dinja. Warajh imbagħad jiġi t-tim tat-Tripletta ta' Mourinho fejn waqqaf rekord uniku li rebaħ it-tliet tazzi ewlenin tal-istaġun 2009/10, jiġifieri Kampjonat (Scudetto); Coppa Italia u Champions League. U l-aqwa plejer jew plejers? Għalija l-idoli tiegħi kienu Facchetti u Mazzola, però kien hemm plejers oħra jogħġbuni bħal Picchi, Jair, Domenghini, Zenga, Berti, Bergomi, Baresi, Zanetti, Stankovic, Cambiasso, Julio Cesar u Milito. Ippermettili niddeskrivi l-aħħar staġun ta' Inter bħala wieħed diżastruż. X'mar ħażin għal Inter matul l-istaġun li għadda? Ma naqbilx miegħek li l-aħħar staġun kien diżastruż. Fuq kollox l-Inter reġgħu se jikkompetu fl-Ewropa grazzi għall-pjazzament tajjeb fil- klassifika. Huwa veru li tim bħall-Inter għandu jikkompeti biex għall-inqas jidħol fiċ-Champions League imma bl-iskwadra li kien hemm, Mazzarri ma setax jagħmel aħjar. Li kien hemm kien li f 'nofs l-istaġun telaq Moratti u ġie Thohir u meta jinbidel is-sid tal-proprjetà, ikun hemm ftit distrazzjonijiet. Għandek fiduċja fil-kowċ Walter Mazzarri? Iva għandi. Mazzarri jekk ikollu skwadra ftit aħjar mill-istaġun li għadda, naħseb li jagħmel ħoss u jwassal lill-Inter iktar 'il fuq. Kif qed tħares lejn il-futur ta' Inter? B'fiduċja sħiħa u naqbel ma' Thohir meta jgħid li se nibnu tim mill-ġdid u t-tragward tal-Inter se jkun li jidħlu fiċ-Champions League għall-istaġun 2015/16. Tqis lil Mourinho bħala wieħed mill- aqwa kowċis ta' Inter ta' kull żmien? Mourinho mhux biss huwa/kien wieħed mill-aqwa kowċis tal-Inter imma wkoll fid-dinja kollha. Mourinho huwa kowċ u psikologu kbir u għandu grinta inkredibbli u fuq kollox "parola facile". Liema hija l-iktar logħba memorabbli ta' Inter li żgur mhu se tinsa qatt? Kien hemm ħafna logħbiet memorabbli għalija però fost kollha nagħżel tlieta: ir-rebħa kontra Bayern Munich fil-Finali ta' Madrid (Mejju 2010); ir-rebħa impressjonanti ta' 3-1 kontra Barcelona ġewwa San Siro (April 2010) u r-rebħa ta' 3-1 kontra l-Juventus ġewwa l-Juventus Stadium fejn kienet l-ewwel telfa għal dawn tal- aħħar ġewwa l-grawnd ġdid tagħhom (Novembru 2012). U dik li l-iktar tixtieq tinsa malajr - dik taċ-Cinque Maggio kontra Lazio? Taċ-Cinque Maggio kienet logħba misterjuża u ma ndumux ma nisimgħu x'ġara eżatt dakinhar. Però l-iktar logħba li tatni ġewwa kienet f 'Diċembru tal-1988 meta l-Inter tilfu ġewwa darhom 1-3 kontra Bayern Munich wara li fl-ewwel leg l-Inter kienu rebħu 2-0 fil-Ġermanja. Logħba oħra li nikktitni kienet it-telfa ta' 1-2 kontra s-Celtic fil-Finali taċ- Champions Cup f 'Mejju tal-1967. Jekk jilagħbu l-Inter kontra tim Malti ma' min iżżomm? Għaliex? Jekk jilagħbu Malta kontra l-Italja dejjem inżomm ma' Malta għax jien kburi li jien Malti. Issa jekk jilagħbu l-Inter kontra tim Malti li mhux Sliema Wanderers, inżomm mal-Inter. X'tikkummenta fuq Zanetti li rajnieh għal bosta drabi f 'dawn l-aħħar xhur f 'pajjiżna u li se jkun ambaxxatur għal Malta għat-turiżmu? Inħossni kburi li kont pedina importanti biex Zanetti sar ambaxxatur tat-turiżmu għal Malta. Qabel kien hemm min diġà pprova mal- amministrazzjoni preċedenti biex Zanetti jilħaq ambaxxatur għat- turiżmu imma għalqulu l-bieb f 'wiċċu. Wara li din il-persuna avviċinat lili biex nagħmel xi ħaġa, jien mill-ewwel mort inkellem liċ-Chairman tal-Awtorità tat-Turiżmu u dan mhux biss laqa' bil- ferħ din il-proposta iżda beda jaħdem fuqha mill-ewwel. Saru ħafna skambji ta' imejls ma' Zanetti u fl-aħħar daħlu l-partijiet legali ta' kull naħa fejn intlaħaq ftehim biex f 'April li għadda Zanetti sar uffiċjalment ambaxxatur għat-turiżmu għal Malta. X'inhi r-relazzjoni tiegħek mal- membri tal-kumitat sħabek tal-Inter Club Malta? Ir-relazzjoni tiegħi dejjem tkun tajba jekk kull membru jifhem li daħal jagħmel parti mill-kumitat mhux biex isaħħan is-siġġu. Miegħi kulħadd jaf fejn hu għax dejjem nesiġi li kulħadd irid jerfa' l-piż li jiflaħ kull individwu u kulħadd irid ixammar il-kmiem għax-xogħol. Mhux faċli tmexxi klabb bħal tagħna fejn għandna post kollu tagħna u bla ebda ċenteżmu dejn fuqu. Mhux faċli żżomm ir-relazzjonijiet tiegħek tajba mal-membri u mal-Inter jekk ma jkollokx kumitat ħabrieki u serju u l-piż jinqasam bejn kulħadd dejjem skont il-kapaċitajiet tal- individwu. Is-suċċessi li kellu l-Inter Club Malta f 'dawn is-36 sena li ilu mwaqqaf ġew għax dejjem kien hemm kumitati bi tmexxija serja, trasparenti, responsabbli, dedikata u ħabrieka. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek bħala President tal-Inter Club Malta? Nistqarr li wara 20 sena fit-tmun, naħseb li wasal iż-żmien biex nagħmel wisgħa għal ħaddieħor li għandu iktar enerġija minni, iktar entużjażmu minni u iktar ideat friski minn tiegħi. Jekk lit-tfal tiegħi ma rajthomx jikbru minħabba l-klabb, ma nixtieqx li jiġrili l-istess man-neputijiet! U l-futur tal-Inter Club Malta inġenerali? Alla biss jafu l-futur però nħoss li l-Inter Club Malta għandu l-potenzjal biex ikompli miexi 'l quddiem, biex ikompli jiġġedded u jitkattar. Għaddi messaġġ lill-Interisti kollha f 'pajjiżna li qegħdin jaqraw din l-intervista. Lill-Interisti, jiġu minn fejn jiġu, ngħidilhom biex jekk huma vera Interisti qatt ma jiċħdu lit-tim glorjuż tagħna u jfittxu dejjem dak li jgħaqqadhom u mhux li jifridhom. F'ħajti dejjem tgħallimt biex nagħmel il-ġid u deni lil ħadd. Naħseb li r-riżultati tiegħi kulħadd jafhom għax jidhru kemm f 'Malta ġewwa l-klabb tagħna u kemm barra ġewwa Milano għand l-Inter. Forza Inter per sempre! Twieled t-13 t'Awwissu 1955 f'Tal-Pietà Ilu jżomm mal-Inter sa mit-tfulija tiegħu Matul dawn is-snin, bena rapporti speċjali u ħbiberija personali ma' bosta leġġendi tal-Inter fosthom Moratti, Facchetti u Zanetti Jistqarr li wara 20 sena t-tmun ta' dan il-klabb, jaħseb li wasal iż-żmien biex jagħmel wisgħa għal ħaddieħor John Zammit Ritratt: Ray Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 august 2014