Illum previous editions

illum 3 august 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/357170

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Il-Ħadd 03 ta' Awwissu 2014 | illum 9 Muscat l-karozza tal-vittma l-familja ssejħilha proprju "il- ġardina ta' Martin." Il-familja Muscat qalet li Martin tant kien maħbub li ġieli sabu bukketti tal-fjuri mingħand nies li lanqas jafu min huma. "Darba minnhom sabu karta ta' Lm10 (€23) mitwija u mdaħħla fil-bieba żgħira li hemm fejn titpoġġa x-xemgħa," kienet qaltli Anna. Anke numru ta' xemgħat u bukketti tal-fjuri li tpoġġew minn persuni mhux magħrufa. Il-familja Muscat xtaqet li tirringrazzja lil dawn in- nies li qatt ma ħallew xi nota u għalhekk qatt ma setgħu jirringrazzjawhom personalment. Meta kont żort "il-ġardina ta' Martin" flimkien ma' Nikol, il-kwiet li kien hemm kien itarrax. Niftakar li Nikol deher imbikkem u l-memorji koroh reġgħu marru għal nhar il- Ġimgħa, 10 ta' Ottubru meta nstab il-kadavru ta' ibnu fl-art wiċċu 'l isfel. X'qalet mart il-vittma Diane, kif kienet qaltli hi stess, meta nqatel Martin kienet għadha żgħira u għalhekk reġgħet iżżewġet. Hija stqarret li jgħaddi kemm jgħaddi żmien qatt mhi se tneħħi lil Martin minn quddiem għajnejha. Diane kienet irrakkontatli li dakinhar Martin kien ġie mix-xogħol, qalilha biex tmur għand ommha għax kellu bżonn joħroġ. Qalilha li kellu jmur Ħaż-Żebbuġ għand dealer tal-karozzi. Diane tiftakar li anke fil-jiem ta' qabel, is-Sibt u t-Tlieta, kien qalilha biex tmur għand ommha u wara jmur għaliha, iżda qatt ma ttardja aktar mit-8pm. Meta l-Ħamis, 9 ta' Ottubru 1992 rat li kienu saru l-10.30pm u Martin ma tfaċċax, ċemplet lill-ġenituri tiegħu. Il-mara qaltli li kmieni l-għada filgħodu, għall-ħabta tal-5am, hi u missier Martin kienu marru Ħaż-Żebbuġ għand id-dealer jistaqsuh jekk kienx ra lil Martin, iżda dan qalilhom li ma kienx mar għandu l-ġurnata ta' qabel. Għaldaqstant kienet talbet lil ħutha biex imorru jfittxu lejn Buġibba forsi jarawh. Hija qalet li Martin dejjem xtaq li jkollu dgħajsa jew speedboat. Qaltilna li ommha riedet li tara l-ħolma tiegħu ssir realtà u kienet ħallsitlu d-depożitu fuq dgħajsa lil xi ħadd f 'Burmarrad għalkemm jista' jkun li kien il-Mosta. Dan kien fis-sajf ta' qabel inqatel u qatt ma kien raha id-dgħajsa. Fl-aħħar nett Diane qalet li Martin qatt ma għamel deni lil ħadd u l-unika ħaġa li tiftakar li seta' kien hemm kien meta qarib ta' Martin kien qalilha li "Martin bilfors li rifes xi kallu ta' xi ħadd." "Ma nistax naħfer" Mistoqsija li ssir spiss lill- qraba ta' xi ħadd li jkun inqatel hija jekk dawn humiex lesti li jaħfru jekk jinstab jew jinstabu l-qattiela ta' binhom. Ir-risposta tal-missier kienet spontanja – "Naħfirlu le. Ma nistax naħfer. Li kieku serquli l-flus li kelli fuqi tgħid ejja issa naħdem ftit aktar u nġibhom il-flus jew parti minnhom. Jew serquni għax forsi kienu fil-bżonn. Dawn ħaduli lil ibni. Anke jekk jeħlu l-ħabs, il-qraba tagħhom, il-ġenituri tagħhom jistgħu jibqgħu jarawhom fil- ħabs. Fejn se naraw lil Martin aħna?" Oħtu Maria qalet li iebsa ħafna biex taħfer lil xi ħadd li qatlilha mhux biss lil ħuha, iżda ħabib kbir. Martin kien l-ikbar ħabib li qatt kellha. Dejjem sabitu meta kellha bżonnu. Kien ikun qrib tagħha kemm f 'mumenti ta' dwejjaq kif ukoll f 'mumenti sbieħ. "Vera li meta miet kelli biss 14- il sena u allura kont għadni tifla, iżda ħija dejjem irrispettani", qaltli Maria. Nikol iddeskriva lil ibnu Martin bħala tifel b'karattru ferm differenti mill-oħrajn. Martin kien l-ewwel tifel tal-familja Muscat allura kien dak li bih bdew familja ġdida. Kif spiċċa mill-iskola kien sab xogħol ma' kumpanija privata bħala mastrudaxxa u wara daħal it-Tarzna bħala labourer. Lil missieru kien jgħajjatlu "Sheriff " għax kien iżomm id-dixxiplina u għalkemm meta kien jirrabja xi ftit miegħu kien imur ifittex lil ommu, xorta waħda kien qrib ħafna ta' missieru. Jistrieħu biss meta jmutu Minkejja li fid-9 ta' Ottubru Martin ikun ilu li nqatel 22 sena, il-familja għadhom qed ifittxu li jsiru jafu għaliex inqatel. "Jien u ommu qatt ma nistgħu nsibu l-mistrieħ. Se nistrieħu biss meta mmutu," qalli Nikol Muscat b'għajnejh mimlijin dmugħ u b'bintu Maria tħares lejh b'dik il-ħarsa li għalkemm ma nislitx kelma, kellha l-istess ħsieb ta' missierha. Appell Bħalma qed nagħmlu ma' kull storja ta' delitti mhux solvuti, qed nappellaw lil kull min jaf xi ħaġa dwar dan il-qtil biex jgħaddi kull informazzjoni lill-Pulizija billi jċempel fuq in- numri 119 jew 21224001. Martin Muscat, il-vittma li nqatel b'sitt tiri ta' pistola fuq l-irdumijiet ta' Ħad- Dingli Il-monument u ġardina żgħira li għamlu l-familja ta' Martin fil-post fejn inqatel 22 sena ilu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 august 2014