Illum previous editions

illum 3 august 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/357170

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 03 ta' Awwissu 2014 Maltin jaħdmu f 'bini perikoluż fil-Lussemburgu FTIT tal-ġranet ilu l-ġurnal ILLUM ġie f 'kuntatt ma' traduttriċi li qed taħdem f 'Lussemburgu mal-UE. Din il-persuna tkellmet dwar it-tħassib tagħha fuq il-bini Jean Monnet li qed taħdem fih hekk kif se jkollu jiġi evakwat minħabba traċċi tal- asbestos. Bħal dejjem dan il- ġurnal mar f 'ras il-għajn u kkuntattja lil sorsi uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea, li tagħha hija din il-binja. L-asbestos hu materjal li kien jintuża fil-bini fis- sebgħinijiet iżda li wara nstab li hu perikoluż minħabba li partijiet mikroskopiċi tiegħu joħorġu fl-arja u jagħmlu ħsara lin- nifs u l-pulmun tal-persuni esposti għalih. Mill-2004 sal-2013 il- Kummissjoni kienet qed tagħmel eżamijiet regolari tal-kwalità tal-arja f 'dan il-bini. Kien hemm ukoll assessjar indipendenti minn kumpanija esterna li evalwat ir-riskji li jista' jkun hemm jekk dan il-post jibqa' jiġi użat. Ir-rapport tal-analiżi kien disponibbli f 'Jannar li għadda. Fi Frar, il-Viċi President tal-Kummissjoni, Mr Maroš Šefčovič wara laqgħa mal- Ministru tal-Affarijiet Barranin Lussemburgiż Jean Asselborn waslu għall- konklużjoni li jevakwaw il-bini fil-futur qarib. Ġie maqbul li minħabba raġunijiet politiċi kien neċessarju li jkun hemm iktar elementi fattwali qabel ma jkomplu bl-evakwazzjoni wara li raw li ma kienx hemm xi periklu immedjat għall-ħaddiema. Sors mill-Kummissjoni qal lill-gazzetta ILLUM li ħassew il-bżonn li jagħmlu iktar laqgħat u organizzaw laqgħa oħra fit-18 ta' Ġunju li għadda u fiha stiednu għadd ta' esperti fl-asbestos u konsulenti. F'din il-laqgħa ġie kkonfermat li fil-bini Jean Monnet, magħruf ukoll bħala JMO, kien hemm tassew traċċi tal-asbestos tan-natura PICAL, l-isem kummerċjali ta' dan il- materjal. Hawnhekk immedjatament bdew jiġu kkunsidrati l-ispejjeż li kienet se tgħaddi minnhom il-Kummissjoni li kieku kellha talloka f 'post ieħor il-ħaddiema kollha ta' din il-binja. "Bħalissa, bħala Kummissjoni kellna żewġ każi ta' persuni li kienu jaħdmu f 'dan il-bini li qed ibatu minn marda b'relazzjoni mal-asbestos. Żewġ każi oħra għadhom jiġu eżaminati" qal l-uffiċjal tal-Kummissjoni. Minħabba dawn il- każijiet, is-servizzi mediċi tal-Kummissjoni ta' Brussell, il-Lussemburgu u Ispra irrakomandaw l-evakwazzjoni tal-JMO. F'laqgħa oħra li saret bejn l-istess Jean Asselborn u Maroš Šefčovič fit-8 ta' Lulju nħarġet stqarrija li l-binja JMO għandha tiġi evakwata sal-aħħar tal-2014. Din kienet segwita b'konferma mill-Kummissjoni fil-15 ta' Lulju. Meta mistoqsija x'inhi s-sitwazzjoni tal-ħaddiema li għadhom jaħdmu f 'dan il-bini s-sors qal lil din il- gazzetta li "Jidher li s'issa m'hemm l-ebda każ mediku relatat mal-asbestos." Is-sors rappreżentant tal- Kummissjoni Ewropea saħaq li "ħaddiema li qattgħu xi ftit snin jaħdmu fil-bini tal- JMO u jixtiequ li jagħmlu t-testijiet mediċi jistgħu jikkuntattjaw is-servizzi mediċi f 'Lussemburgu u jsegwu l-istruzzjonijiet li għadhom ma ħarġux, però se joħorġu dalwaqt. Ħaddiema oħra li kienu jaħdmu fil-bini Jean Monnet u bħalissa qed jaħdmu bnadi oħra tal-Kummissjoni jistgħu jikkuntattjaw is-servizzi mediċi lokali tagħhom. L-ispejjeż għal dawn it- testijiet ikunu koperti mis-servizzi mediċi tal- Lussemburgu." NEW PEUGEOT 108 DESIGN YOUR LIFE Combined consumption (l/100 km): from 3.8 to 4.3. CO 2 emissions (g/km): from 88 to 99. www.peugeot.com.mt 7 THEMES OF PERSONALISATION Michael Attard Ltd. – National Road, Blata l-Bajda – T: 2123 8854 – M: 79 406 607 – E: sales@michaelattard.com Join Peugeot Malta on Facebook: www.facebook.com/peugeotmalta 0856. Peugeot - 108 - 18x5.indd 1 09/07/2014 17:01 Il-bini Jean Monnet l-Lussemburgu jrid ikun evakwat sal-aħħar tal-2014 Ikkonfermati traċċi tal-asbestos

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 august 2014