Illum previous editions

illum 3 august 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/357170

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 03 ta' Awwissu 2014 | illum 13 Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl. Ibgħat lil poodle@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … Shylock Francis Vassallo Martin Galea Gavin Gulia Il-pastaż Shylock Kemm huma psataż tal-Merchant of Venice! Ma ħallewx il-mistiedna tal-President ta' Malta jieħdu drink bil-kwiet fil-ġonna ta' San Anton. Waqt li kien qed jitkellem Shylock il-pastaż, beda jgħolli leħnu u jfixkel id- diskors intelletwali u profond tal-mistiedna tal-President. Safrattant kien hemm ukoll wejter li tani kumment on the record u qal: "Tal-mistħija li tal-Merchant of Venice jorganizzaw attività meta aħna nkunu qed inservu, tal- mistħija!" Infatti minn hawn nixtiequ nuru solidarjetà ma' min ma setax jikkonċentra fuq id-drinks , waqt li kien qed jomgħod il-pastizz tal-ħaxu u kellu jisma' l-qrid ta' Shakespeare. Nitlob maħfra, please Fra Francis Minn hawn ikolli bilfors niskuża ruħi lil Francis Vassallo eks Gvernatur tal-Bank Ċentrali u sinjur kif nafuh. Għalkemm ikkonferma li sar Fra u ħaddan il-povertà, kastità u ubbidjenza, qalilna li l-kummenti tagħna kienu baxxi u malafamanti. Jien ippruvajt nispjega l-editur li jien satirist, jiġifieri ngħid l-affarijiet b'mod satiriku. L-editur spjegali li mhux kulħadd l-istess, hawn min hu tond, kwadru, twil, qasir, mażun, mhux mażun, straight, mgħawweġ eċċ. Qalli wkoll li ma nistax ninfexx fil-patata fil-kolonni tiegħi. Jien minn qalbi nixtieq lil Fra Francis Vassallo li jaħfirli fl-ispirtu Kattoliku. Suġġeriment jew inkella talba tiegħu kienet, li nagħtu €100 lil Hospice Movement, l-editur infurmani li hu jagħti reklami b'xejn lil Hospice li jiswew b'iktar minn €100. Olè. L-ittorturat Martin Galea Mela, jekk kien hemm stilla din il-ġimgħa kien Martin Galea, il-persuna li ġie maħtuf u illiberat minn taħt idejn dawk il-maħmuġin li qabduh. Iżda stenna, issa qed nisma' li mhux vera kienu krudili u maħmuġin, imma li żammew lil Martin Galea kkarċerat kienu ħbieb. Isma' dan Martin vera martri. Iva martri! Mela mhux krudeltà, li dejjem skontu, meta intervistat fil-gazzetta ta' Pierinu tal-Pastizzi qal: "They made me wash the plates."! Ara vera dan każ ta' tortura li Martin għandu verament għalfejn jibki quddiem il-kameras tal-ġurnalisti! Ikolli ngħid ukoll li Martin Galea għandu minn Padre Pio, għax wara li qal li sawwat lilu nnifsu l-esperti mediċi kkonkludew li m'hemmx ġrieħi. Jiġifieri mhux biss Martin Galea kien ittorturat imma issa hemm ukoll każ li huwa qaddis miexi fl-art u l-feriti tiegħu jisparixxu. Għalfejn Gavin Gulia is the best man! Jiena naħseb anzi mhux naħseb biss, li Gavin Gulia, l-eks Ministru tat-Turiżmu u bħalissa ċermen tal-MTA bil-paga miżera ta' €18,000, huwa l-aħjar persuna u l-aħjar kandidat ideali għall-post ta' Chief Executive tal- MTA, u dan għaliex hu għandu r-rekwiżiti kollha għal dan ix-xogħol. Fuq kollox, hu l-aħjar bniedem for the job għax 1) jaf jaħdem f 'tim u tim-plejer 2) ma jafx jgħir 3) ma jħobbx in-nejk 4) ħabrieki 5) jifhem fis-suġġett 6) maħbub mill-ministru 7) m'għandux nejk Huma fuq dawn li Zammit Lewis qed jikkunsidra bis-serjetà li jdur fuq Gavin u b'vuċi soda u mimlija tensjoni u bżieq jgħidlu: "GAVIN, trid toqgħod CEO minflok sieħbek li ma kontx tkellem, il-Formosa Gauci?" Mistenni li għal din it-talba, Gavin jaqa' mal-art b'ħass ħażin u jgħid "IVA, IVA." Għallimtni". F'dan l-artiklu ċkejken tiegħi jiena se nislet xi versi minn dal-poeta sabiex nuri dan: Ma rridx insemmi t-tifkiriet li ktibtli Fid-djarju kbir li jtul għaż- żmien ġejjieni Insemmi meta l-ewwel darba ġibtli Fuq bank l-iskola, il-ktieb għażiż ta' Lsieni. Il-poeta jagħlaq is-sunett tiegħu billi jirringrazzja biex ngħid hekk, lil Għawdex għas-sehem li ta biex il-Malti seta' jinbena, gżira żgħira li tat il-ħajja lil tant kittieba bravi. Għawdex, minn qalbi rroddlok dat-tifħir Għaliex f 'tiswir il-Malti sehmek kbir. Imma donnu li l-poplu Għawdxi, minkejja s-sbuħija kollha li biha n-natura għoġobha żżejjen lil artu, iħares biss lejn il-Punent tal-Gżira, fejn hemm wieqaf is-Santwarju Bażilika ddedikat lill-Madonna Ta' Pinu – ġawhra mhux biss tal-Għawdxin, iżda wkoll ta' tant pellegrini u emigranti li jżuruh minn artijiet imbiegħda. Qalb kull Għawdxi, li tħoss il-burraxka tal-ħajja tifni lil ħafna, tidħol f 'dan is-Santwarju, għax .......hawn f 'dis-sikta tħoss il-vojt u l-frugħa ta' barra jgħibu wrajk u d-dehra tiegħek ħelwa Madonna, iġġib ir- risq u l-hena lil min għaraf il-ġid ta' din is-sejba u ġie biex jieħu mn'għandek kenn u sabar. (Fis-Santwarju tal- Madonna Ta' Pinu - Charles Coleiro) Mhux ta' b'xejn immela, li bosta barranin iżuru lil Għawdex għal btala qasira waqt li oħrajn iqattgħu l-bqija ta' ħajjithom qalb il-ħemda, is-skiet, l-hena, il-paċi, il-ħdura, ix-xemx u s-sbuħija tal-Gżira tat- Tliet Għoljiet – il-Gżira ta' Calypso! It-tnedija tal-pjanti l-ġodda taċ-Ċittadella FTIT tal-jiem ilu ġew ippreżentati l-pjanti ġodda tal-entratura taċ-Ċittadella. Dawn issa jinkorporaw fihom il-passaġġ oriġinali li kien iwassal għall-bieb tal-belt li nstab meta kienu qegħdin isiru xogħlijiet ta' tħammil qrib il-bieb l-antik taċ-Ċittadella. Dan it-tibdil fil-pjanti sar biex dawn is-sejbiet ikunu jistgħu jiġu ppreservati u jitgawdew minn kull min iżur liċ- Ċittadella. L-integrazzjoni ta' dawn il-fdalijiet storiċi fid-disinn tal-entratura taċ-Ċittadella żgur li se jikkontribwixxu biex il-viżitaturi fiċ-Ċittadella jkollhom esperjenza aktar pożittiva u awtentika ta' dan il-post storiku. Bħalissa għaddejjin xogħlijiet intensivi fuq partijiet differenti ta' dan is-sit bħala parti mill-proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tar- rakkomandazzjonijiet tal- Masterplan taċ-Ċittadella. Dawn jinkludu xogħlijiet fuq il-ġibjuni tal-ilma li se jinbidlu f 'ċentru għall- viżitaturi, l-installazzjoni ta' servizzi taħt l-art u l-pavimentar tat-triqat taċ-Ċittadella u t-tindif tar-rovini. Tlestew ukoll ix-xogħlijiet ta' restawr fuq il-faċċata tal-kappella storika ta' San Ġużepp, il-Palazz tal-Isqof Cagliares u l-faċċata tal-Mużew tal-Folklor. Bħalissa qiegħed jiġi konkluż ix-xogħol ta' restawr fuq il-faċċati tas-sagristija u tal- Awla Kapitulari. Il-pjanti l-ġodda taċ- Ċittadella se jkunu esebiti fil-Ministeru għal Għawdex kif ukoll fl-uffiċċju tal- UNESCO fix-Xewkija. Il-pjanti l-ġodda taċ-Cittadella

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 august 2014