Illum previous editions

illum 3 august 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/357170

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Il-Ħadd 03 ta' Awwissu 2014 | illum 17 AKTAR kmieni din is-sena taħt tinda fil-kampus tal- Università saru tliet serati li ssejħu "Festival tal-Ktieb." Ftit ġimgħat qabel, forsi b'koinċidenza, l-eks ċermen tal-Kunsill Nazzjonali tal- Ktieb (KNK) kiteb artiklu f 'gazzetta bl-Ingliż biex jgħid x'inizjattivi għandhom jittieħdu mill-Kunsill. Tkun ilek tmexxi l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal 10 snin sħaħ imbagħad tikteb faċċata sħiħa f 'gazzetta biex tgħid x'għandu jsir. Assurda, jekk mhux ukoll insolenti għall- awturi u għall-pubblikaturi. Kienu ilhom snin sħaħ il- pubblikaturi jibku dwar x'kellu jsir. Il-Kunsill il-ġdid, taħt ċermen żagħżugħ, beda jipprova jċaqlaq l-affarijiet, imma l-hekk imsejjaħ "festival" aktar kmieni din is-sena baqa' bil-format ta' xkaffi għall-bejgħ tal-kotba. Bħala novità kien hemm għadd ta' konferenzi u fuq kollox, sessjoni ta' mużika rock u żfin solo li naħseb li rnexxiet. Imma l-avveniment għadu wisq 'il bogħod minn dak li jsir barra minn Malta, minkejja li l-fondi għall-KNK żdiedu mis-sena li għaddiet 'l hawn. KNOW-HOW TAS-SUQ Hemm dawk li jqisu li ċ-ċermen preżenti m'għandux esperjenza u know-how fis-suq tal-kotba. Imma jammettu wkoll li għandu qalbu fix- xogħol minkejja l-faux pas li jagħmel minħabba nuqqas ta' esperjenza. Min-naħa l-oħra hu ġust li jingħad li s-suq tal-kotba jinteressa l-aktar lill-pubblikaturi (jew il-ftit li għadhom jintrigaw bil-ktieb Malti) mentri dak li hemm bżonn huma ideat organiċi li jistimulaw il-qari. Fi kliem ieħor, anke fil-fondi miżjuda fil-KNK, dan għandu jittraduċi f 'xogħol ħafna aktar proattiv favur il-ktieb. BAD SEX AWARD Imbagħad hemm il-kwistjoni tat-temi li donnhom issa weħlu fuq is-sess, fuq sess bla gost, vulgari u banali, mingħajr l-erotika diskreta ta' awturi barranin bħal Alberto Moravia, Anais Nin u aktar lura fiż- żmien, xi Hemingway jew D.H. Lawrence. Ħafna mis-sesswalità li qed tkun ippubblikata jixirqilha l-Bad Sex Award li kien tnieda f 'Londra xi snin ilu. Terġa' u tgħid, qed tinkiteb wisq letteratura "tal-passa", mingħajr il-marka ta' letteratura ta' kalibru. F'Malta, il-ktieb għadu kkunsidrat bħala prodott, mhux bħala proġett estetiku fil-livell tal-kultura Ewropea. L-awtur mhux irrispettat u l-pubblikaturi li għadhom konsistenti jappellaw li messu jkun hemm ħafna iktar inizjattivi dwar il-ktieb Malti, l-aktar minn inħawi kulturali uffiċjali. F'dawn l-aħħar snin, għalqu bosta ħwienet tal-kotba fil- belt Valletta: Bugelli, Muscat, Sapienza, Agius & Agius. Mill- banda l-oħra, l-akbar katina ta' ħwienet, l-Agenda, lanqas biss issemmi ktieb wieħed bil-Malti fir-reklamar tagħha, sakemm ma jkunx hemm il-garanzija ta' bejgħ qawwi dwar xi persunaġġ politiku. Hemm pubblikaturi "mħassbin" dwar xnigħat li l-KNK se jibda jikkompeti magħhom bħala pubblikatur u qed jistaqsu għandux ikollu dan ir-rwol. Dawn l-istess inħawi jsostnu li l-publikazzjonijiet tal- istat "għandhom ikunu ommessi fis-seklu 21, speċjalment jekk dawn il-kotba jkunu indikati għas-sillabu, xi ħaġa li tkompli taqta' nifs il-pubblikaturi." Kollox juri li jeħtieġ analiżi intensiva tas-sitwazzjoni kollha, serja u oġġettiva u, fuq kollox, meħlusa mill-ossessjoni tal- politika tribali. IT-TFAL IMBLUKKATI JAQRAW FIL-ĦWIENET Filwaqt li l-awtoritajiet edukattivi jippruvaw iħeġġu lit-tfal biex jaqraw u filwaqt li l-pubblikaturi dejjem jilmentaw li l-bejgħ tal-kotba dejjem nieżel u jinsabu fl-għafja tal-mewt fejn jidħlu l-pubblikazzjonijiet (insew il-hype kollu fil-mezzi tax-xandir u l-istatistika jgħidulek!), issa tasal aħbar tad- daħk, tal-mistħija jew it-tnejn f 'daqqa. It-tfal qed jiġu mwaqqfa, ripetutament fil-ħwienet tal-Agenda / Till Late milli jiftħu l-kotba ta' fuq l-ixkaffi u jaqraw partijiet minnhom. It-tfal twaqqfu għax min kien inkarigat qal/et li l-kotba ma jistgħux jinqraw fil-ħanut biss. It-tfal ġew akkużati wkoll li qed jagħmlu ħsara fl-ispina tal-kotba. Dan kollu seħħ fil- ħwienet ta' Buġibba u ta' Mater Dei. Tassew fqira l-mentalità li qed tintiret mill-ftit tfal li jħobbu l-ktieb. Sa issa. POSTSCRIPTUM: L-IŻRAEL U N-NAZZJONIJIET UNITI Sa fl-aħħar in-Nazzjonijiet Uniti (NU) illuminat ruħha li l-Iżrael "jista' jkun" li kkommetta atti kriminali ta' gwerra kontra l-Palestinjani maqbudin taħt apokalissi ta' nar mill-ajru, mill-art u mill-baħar, mingħajr m'għandhom fejn, talinqas, jaħarbu. Sakemm qed nikteb l-imwiet Palestinjani qabeż l-elf. L-Iżraeljani tilfu 40 ruħ. Żbilanċ oxxen. Ħalli nagħmlu pawża. L-Iżrael iddaħħal fin-NU fil-11 ta' Mejju 1949 permezz tar-Riżoluzzjoni 273 (III). Skont dik ir-Riżoluzzjoni, is-sħubija Iżraelita kienet ikkundizzjonata, fuq il-bażi ta' Riżoluzzjonijiet preċedenti li jirrikonoxxu l-jedd li r-refuġjati Palestinjani jirritornaw fit- territorju tagħhom. Kundizzjoni oħra kienet li l-Iżrael jerfa' r-responsabbiltà li jiffaċilità d-drittijiet tal-Palestinjani. Iżda l-Iżrael sfida u żeblah il-mandati tan-NU u baqa' jżeblaħhom sal-lum, għax warajh għandu parrinu potenti. Hu għalhekk li l-Iżrael farrak Gaża mill-ġdid, għat-tielet darba u ħasilha b'demm ta' nisa, tfal, morda u anzjani innoċenti. IL-QAGĦDA REALI TAL-KTIEB MALTI MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 400 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt Ittri Alleanza mhux iddikjarata MICHAEL CAMILLERI BIRKIRKARA ITTIENI disfatta kbira wara l-oħra li sofra l-PN fl-elezzjoni tal-MEPs ta' Mejju, ikkonfermat kemm qiegħda dejjem tikber l-isfiduċja tal-poplu fil-partit tal-Oppożizzjoni. Għalhekk l-istrateġisti Nazzjonalisti raw li aħjar jibdlu d-dehra u t-ton tal-partit, biex inessu l-iskandli li twettqu fl-era tagħhom fil-gvern. Intebhu wkoll li jaqblilhom jabbandunaw it-tattika negattiva u distruttiva, li kompliet tiskreditahom kemm ilhom fl-Oppożizzjoni. Inqatgħu ħesrem id- diskorsi tal-kap tal-partit, li kienu mimlija tgħajjir baxx kontra l-gvern u l-uffiċjali li jikkoperaw miegħu. Id-deputati Nazzjonalisti jidher li baxxew leħinhom u qegħdin jevitaw dehriet fi programmi politiċi ma' kelliema Laburisti. Ara ma jmurx xi ħadd jaħseb li b'daqshekk tal-PN sejrin iħallu lill-gvern Laburista jmexxi bla tfixkil skont il-mandat elettorali li tagħtu l-maġġoranza ta' 53% tal-poplu! Bit-tattika l-ġdida se jikkalmaw wiċċ l-ilma, bla ma jnaqqsu l-entużjażmu tal- għaddasa alleati, li għandhom lesti li jqanqlu l-ilma jobrom taħt il-bastiment tal-istat immexxi mill-PL. Din it-tattika tidher li diġà bdiet tattiva l-forzi moħbija tas-soltu għal kontra l-gvern tal-PL. Diġà rajna ċaqliq anti-Labour, minn ċerti unjins, NGOs, korpi, istituzzjonijiet, u mezzi tax-xandir, li lkoll jilgħabuha tal-indipendenti. Xi NGOs u korpi magħrufa bdew ifittxu rqaqat makakki li jnisslu dubji f 'riformi li qed jagħmel il-gvern b'viżjoni progressiva. Istituzzjonijiet statali bdew joġġezzjonaw għal atti tal-gvern, li qatt ma kienu jidhru fihom qabel. UHM u MUBE qegħdin jheddu servizzi pubbliċi essenzjali, billi jiżirgħu firda fost il-ħaddiema u diżgwid industrijali, fl-azjendi MPT u BOV. Servizzi kruċjali statali qegħdin jiġu perikolati mill- assoċjazzjoni universitarja UMASA u xi għaqdiet ta' professjonisti, li b'għemilhom qishom iridu jipprovokaw protesti mill-istudenti u minn xi kategoriji oħra ta' ċittadini. Ħafna qegħdin jistenbħu mir-raqda twila ta' matul il-leġislaturi kollha tal-PN. Tassew ħasra l-ħsara li xi alleanzi qegħdin jagħmlu lir-reputazzjoni ta' entitajiet importanti fit-tmexxija tal- pajjiż. Milli rajna s'issa jidher li dawn l-alleati fidilissimi se jkomplu jqawwu l-buffuri tal-mewġ taħt il-vapur tal-istat immexxi mill- PL. Stennewhom jilagħbu b'kull virgola tal-liġi u jfittxu x-xagħra fl-għaġina, għal kull tentufa fi tista' tqajjem għagħa fuq xejn, kontra l-gvern. B'din it-tattika li jnessu l-iskandli kbar tal-era Nazzjonalista, se jirnexxilhom jagħtu l-impressjoni falza li huma anġli fl-art, bħalma kienu għamlu fl-1987? Taħt il-ħalel li jridu jqajmu bl-appoġġ tal-alleanza strateġika mhux iddikjarata, tgħid tal-PN jistgħu jaħbu l-politika negattiva u ta' mibgħeda, li għandhom verament f 'qalbhom? għandhom jittieħdu l-passi kollha stipulati fil-liġi. Mhux biżżejjed li jingħataw twissijiet. Twissijiet ingħataw biżżejjed f 'Wied il-Għajn fejn jidħlu żgumbramenti ta' bankini. Imma wasal iż-żmien li jittieħdu l-passi skont kif stipulati fil-liġi. Huma min huma dawk li jabbużaw. Dan mhux qed ngħidu b'vendikazzjoni. Imma għaliex ir-residenti issa xebgħu sal- ponta ta' mneħirhom b'dawn il-kummiedji kollha li qed iseħħu f 'Wied il-Għajn. Nispera li l-ilment tar-residenti u ta' dawk li jinżlu Wied il-Għajn għall-mistrieħ ma jaqgħux fuq widnejn torox. Issa nistennew u naraw x'serjetà hawn fil-pajjiż. Bil- kliem nisimgħu ħafna fuq kemm aħna serji. Issa wasal iż- żmien li l-paroli jissarraf f 'fatti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 august 2014