Illum previous editions

illum 3 august 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/357170

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Il-Ħadd 03 ta' Awwissu 2014 | illum 5 L-għoti tal-organi wara mewtna FREDERICK ATTARD fattard@mediatoday.com.mt FEJN hemm il-ħajja sfortunatament hemm il-mewt u kif ngħidu, trab konna u trab nerġgħu nsiru. F'xi pajjiżi fejn hemm il- prattika li l-ġisem jinħaraq permezz ta' inċineratur, il- familjari jispiċċaw jingħataw it-trab tal-ġisem f 'urna u hija wkoll użanza li t-trab jixxerred f 'xi post partikolari li jista' jkollu xi sinifikat speċjali għall-mejjet innifsu jew il-familjari tiegħu. Iżda mal-mewt, mhux bilfors li l-ġisem kollu jkun spiċċa kompletament. Speċjalment jekk l-individwu jkun għadu b'saħħtu u partijiet minn ġismu, bħal pereżempju l-qalb, il-pulmun u l-kliewi, jkunu għadhom tajbin biex jiġu ttrapjantati f 'pazjenti oħra li jkunu qed ibatu minn xi mard li jaffetwalhom dawn l-organi. Preżentament f 'pajjiżna, l-għoti tal-organi wara l-mewt hija prerogattiva ta' kull individwu li, wara li jkun infurmat sewwa dwar is-suġġett, juri din ix-xewqa billi jimla formola apposta u tinħariġlu karta tad-donaturi li tikkonferma x-xewqa tiegħu. Dan ix-xogħol qed jitwettaq minn grupp ta' nies li ffurmaw it-Transplant Support Group Malta li twaqqaf erbatax-il sena ilu bl-inizjattiva ta' Alfred Debattista wara li disa' xhur qabel kien ġie ttrapjantat b'qalb ta' donatur żagħżugħ Għawdxi. Iżda għalkemm wieħed jista' jimla l-karta tad-donatur, f 'Malta għad m'hawnx liġi adegwata li tkopri dawn l-affarijiet u s'issa hija l-familja tal-mejjet li trid tagħti l-kunsens formali biex ikunu jistgħu jittieħdu xi organi mill-ġisem tal-mejjet f 'mument li minnu nnifsu hu diġà diffiċli bil-mewt aħseb u ara li tiddiskuti li jittieħdu l-organi mill-ġisem. Jista' jkun li wasal iż-żmien li d-deċiżjonijiet tagħna li nagħmlu matul ħajjitna dwar jekk nagħtux l-organi jew le, tkun indirizzata permezz ta' leġislazzjoni li tagħraf u tirrispetta x-xewqat tagħna u b'hekk jitnaqqas anke l-piż fuq il-familjari li jkollhom jiddeċiedu għalina. Jidher li t-Transplant Support Group kellhom xi laqgħat mal-Awtoritajiet dwar it-tfassil ta' liġi li tikkomprendi kulma għandu x'jaqsam mas-suġġett, fosthom li l-karta tad-donatur ikollha għarfien legali u li ħadd ma jħassar x-xewqa ċara tad-donatur prospettiv. Liġi li turi li l-kunsens mogħti jibda jidher fid-database tal-karta tal-identità tal-persuna u fid- dokumenti mediċi personali tal-individwu fl-isptarijiet fost oħrajn. ILLUM tkellem ukoll mal-Isqof Awżiljarju, Mons. Charles J. Scicluna, Chris Fearne, Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, Claudio Grech, Deputat Nazzjonalista u kelliem għas-Saħħa u ma' Ralph Cassar, Segretarju Ġenerali Alternattiva Demokratika. Lil dawn staqsejniehom jekk jaħsbux li wasal iż-żmien li ssir xi forma ta' leġislazzjoni fejn bniedem ikun jista' jiddeċiedi hu stess matul ħajtu x'jixtieq li jsir minnu f 'każ ta' mewt jew jekk ikun iddikjarat klinikament mejjet u li din ix-xewqa tkun rispettata. Mons. Charles J. Scicluna Isqof Awżiljarju Claudio Grech Deputat Nazzjonalista u kelliem għas-Saħħa Chris Fearne Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Ralph Cassar Segretarju Ġenerali tal-Alternattiva Demokratika MA nsib l-ebda oġġezzjoni li jkun hemm leġislazzjoni dwar id-donazzjoni tal- organi. Leġislazzjoni bħal din għandha tisħaq fuq il- prinċipju tal-gratwità, jiġifieri li l-organi jingħataw bla ħlas, fuq il-prinċipju tal-kunsens espress tad-donatur jew tal- qraba tiegħu/tagħha, u fuq il-prinċipju li l-mewt għandha tiġi ċċertifikata minn grupp ta' esperti li ma għandhom l-ebda interess fid-donazzjoni tal-organi. NEMMEN li wasal iż-żmien li jibda d-dibattitu f 'Malta dwar liġi li tagħmilha aktar faċli li persuna tħalli l-organi tagħha għad-donazzjoni wara mewtha. Fil-fatt ftit tal-ġranet ilu bdiet diskussjoni fil-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet Soċjali dwar dan. Fil-ġimgħat li ġejjin l-istakeholders varji fosthom dawk li ġejjin mill- kamp tas-saħħa, soċjali, bio- etiku, edukattiv, psikoloġiku, dawk li għaddew minn din l-esperjenza u NGOs bħall- Organ Donation Transplant Group u oħrajn se jkunu inklużi f 'dawn id-diskussjonijiet. Nixtieq li d-diskussjonijiet ikopru kull aspett, bħall-aspett mediku, soċjali, kulturali, morali u etiku. Meta l-Kumitat ilesti xogħlu u l-Gvern jilqa' r-rapport tiegħu nkunu f 'pożizzjoni li nressqu abozz ta' liġi quddiem il- Parlament. L-għan hu li nagħmlu liġi inklussiva li tirrispetta l-aspetti kollha u li tinbena fuq bażi soda ta' riċerka u li tagħti l-libertà lil persuna biex tiddeċiedi xi jsir mill-organi tagħha. IDDONAZZJONI tal- organi mhijiex biss deċiżjoni kuraġġuża iżda huwa ġest li jinfluwenza lis-soċjetà bl-aktar mod pożittiv possibbli. M'hemm xejn ta' valur akbar minn deċiżjoni konxja li persuna tagħti l-organi tagħha wara mewtha biex issalva l-ħajjiet ta' oħrajn li dik il-persuna ma tkunx taf. Huwa importanti li kull forma ta' leġislazzjoni tpoġġi l-ewwel u qabel kollox id-dinjità sħiħa tal-bniedem u li ma niġux f 'punt fejn l-organi tal-bniedem jispiċċaw qishom xi prodott li jista' jiġi nnegozjat. Nispera li kull forma ta' leġislazzjoni tiġi diskussa mal-imsieħba ewlenin f 'dan il-kamp qabel ma tiġi fil-Parlament, sabiex materja daqshekk etikament sensittiva tiġi kkunsidrata f 'ambitu kalm u li żżomm dawn il-prinċipji dejjem fiċ-ċentru tal-politika tagħna. Dan hu l-mod kif għandna nittrattaw dawn il-materji. Finalment, jien nemmen ukoll li l-ħajja ta' kull bniedem hi l-aktar ħaġa li għandha valur – għalhekk id- donazzjoni tal-organi m'għandha qatt tintuża bħala xi pretest għal affarijiet oħra. Naħseb li fl-aħħar mill- aħħar għandha tkun il- persuna nnifisha li għandha tiddeċiedi x'isir minn ġisimha wara mewtha. Żgur li d-donazzjoni tal-organi huwa ġest mill-aktar nobbli u altruwista. Ħafna drabi d-deċiżjoni dwar l-għoti tal-organi tkun trid tittieħed malajr minħabba raġunijiet ovvji u hawn nista' nifhem li l-familjari tal- mejjet lanqas ħaġa li jkollhom f 'moħħhom huwa li jieħdu deċiżjonijiet dwar l-organi tal-persuna għażiża għalihom. Speċjalment jekk il-mewt tkun ġiet ħabta u sabta minħabba xi inċident. Iva naħseb li għandu jkun hemm proċeduri ċari fejn persuni jistgħu jindikaw xi jridu li jsir mill-organi tagħhom meta jmutu u jiġi żgurat permezz ta' leġislazzjoni li x-xewqa tal-persuna tiġi rispettata. Miguel Campolo li miet fit-12 ta' Lulju u llum qed jgħix fi tliet pazjenti oħra wara li l-ġenituri tiegħu taw il-kunsens biex jittieħdu l-organi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 august 2014