Illum previous editions

illum 3 august 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/357170

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 03 ta' Awwissu 2014 | illum 3 FREDERICK ATTARD fattard@mediatoday.com.mt F'DISKORS li għamel din il-ġimgħa waqt laqgħa mal-Kunsillieri Lokali fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, il-Kap tal- Partit Simon Busuttil saħaq li l-Partit Nazzjonalista qiegħed jaħdem biex jindirizza erba' sfidi bl- iskop li jsaħħaħ l-istrutturi u l-politika tiegħu kif ukoll biex ikun iżjed relevanti għaż-żmien li ġej. Busuttil tkellem dwar l-erba' sfidi li l-Partit Nazzjonalista għandu quddiemu u li jrid jattwa b'impenn u bi professjonalità. Meta tkellem dwar l-ewwel sfida, Simon Busuttil qal li llum il-ġurnata, minn sitt fergħat, il-partit għandu għaxar fergħat li qed jaħdmu b'mod professjonali u organizzat. Dwar it-tieni sfida Busuttil qal li l-politika tal-Partit Nazzjonalista qed tkun aġġornata biex il-partit ikun aktar relevanti għaż- żminijiet tal-lum. Tkellem ukoll fuq it-tielet sfida li din tikkonċerna l-mezzi tax-xandir tal-Partit Nazzjonalista u l-ħtieġa li dawn ikunu ristrutturati filwaqt li r-raba' sfida hi li l-PN ikompli jindirizza l-finanzi tiegħu. Din il-gazzetta tkellmet mal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil dwar dawn l-erba' sfidi individwali fejn tlabnieh jidħol f 'aktar dettall. Meta mistoqsi dwar liema huma l-erba' fergħat ġodda u x'tibdil sar fil-fergħat li kien hemm eżistenti, Busuttil spjega li l-erba' fergħat il-ġodda huma Forum Opportunitajiet Indaqs Partit Nazzjonalista, Forum Professjonisti Partit Nazzjonalista, il-Kulleġġ Eks Deputati tal-Partit Nazzjonalista u l-Kulleġġ Kandidati tal-PN. Qal li llum, il-Partit Nazzjonalista għandu total ta' għaxar fergħat li kollha qegħdin jiffunzjonaw b'mod regolari. "Il-mira tagħna hi li f 'dawn il-fergħat, ikomplu jiżdiedu aktar nies differenti li jidħlu jimmilitaw fil-PN għall- ewwel darba, kif fil-fatt qed jiġri" qal Busuttil. Rigward it-tieni sfida u l-bżonn li l-politika tal-Partit Nazzjonalista tkun aġġornata biex il-partit ikun aktar relevanti għaż-żminijiet tal-lum, staqsejna lil Dr. Busuttil kif qed isir dan l-aġġornament u ma' min qed jikkonsulta dwar dan it-tibdil. Fit-tweġiba tiegħu Busuttil qal li l-ġimgħa li għaddiet, il-Partit Nazzjonalista waqqaf għaxar policy fora li huma gruppi tematiċi biex jistudjaw u jipproponu ideat u proposti ġodda sabiex jiġu adottati bħala parti mill-politiki tal-Partit Nazzjonalista. Hu qal li dawn il-fora twaqqfu taħt l-awspiċi tal- Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista u se jkunu post fejn wieħed ikun jista' jiddiskuti diversi politiki u fihom hu mistieden kull min b'xi mod jew ieħor, jew għandu xi esperjenza jew relatat ma' tema jew oħra. Semma li l-għaxar policy fora huma dwar viżjoni fit-tul għal pajjiżna, ekonomija u xogħol, politika soċjali, edukazzjoni, saħħa, ambjent u agrikultura, kultura u kreattività, ġustizzja u intern, affarijiet Ewropej u barranin u Għawdex. Dwar it-tielet sfida li tikkonċerna l-mezzi tal-Partit Nazzjonalista u l-ħtieġa li din tkun ristrutturata, meta mitlub jikkummenta fiex wasal dan ir-ristrutturar u kif se jaffettwa r-radju, it-televiżjoni, gazzetta u l-mezzi diġitali, il- Kap Nazzjonalista qal li r-ristrutturar tal-mezzi tax-xandir qed jitmexxa mis-Segretarju Ġenerali Chris Said u grazzi għad- deċiżjonijiet li ħa, f 'anqas minn sena, intlaħqet il- viabbiltà finanzjarja kemm tal-partit kif ukoll tal- mezzi tax-xandir tiegħu. "Issa bdejna l-proċess biex insaħħu l-kontenut tal-mezzi tax-xandir tagħna, kemm fil-programmi kif ukoll fl- aħbarijiet. Dan qed isir ukoll b'nies ġodda li qed jagħżlu li jingħaqdu magħna f 'dan il-proġett" qal Busuttil. Mitlub finalment jikkummenta dwar ir-raba' sfida li ssemmi l-ħtieġa li l-PN ikompli jindirizza l-finanzi tiegħu. Busuttil qal li l-isfida finanzjarja tal- partit għadha ma ngħelbitx iżda żgur li saru passi importanti 'l quddiem. "Kif għidt, wara sena lħaqna l-viabbiltà finanzjarja kemm fl-operazzjonijiet tal-partit kif ukoll tal-entitajiet kummerċjali tiegħu. Issa bdejna nindirizzaw ir- ristrutturar ta' dejn tal- passat. Jiena konvint li din l-isfida kapaċi ngħelbuha wkoll" temm jgħid il-Kap Nazzjonalista. "Erba' sfidi importanti quddiem il-PN" – Simon Busuttil Protesta b'solidarjetà mal-poplu ta' Gaża Ritratt: Ray Attard Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil Ilbieraħ saret protesta paċifika organizzata mill- Palestine Solidarity Network b'solidarjetà mal- poplu Palestinjan u bit-tama li jieqaf darba għal dejjem dak li qed ikun deskritt bħala ġenoċidju fl-attakki li qed iseħħu fuq Gaża L-azzjoni simbolika serviet bħala mezz sabiex il-poplu Malti juri s-solidarjetà tiegħu mal- Palestina fid-dawl tal-qtil ta' iktar minn 1,500 ruħ waqt l-attakki fuq Gaża minn Iżrael

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 august 2014