Illum previous editions

illum 3 august 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/357170

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

10 illum | Il-Ħadd 03 ta' Awwissu 2014 X'qed jinħema fit-televiżjoni Jean Pierre Cassar jpcassar@mediatoday.com.mt Hekk kif it-tħejjijiet għall-iskedi tax-xitwa fuq it-televiżjoni jinsabu fl-aqwa tagħhom il-ġurnal ILLUM ried jiskopri eżatt x'qed isir minn wara l-kwinti fl- eqqel tas-sajf bi preparazzjoni għax-xitwa. B'hekk għamel xi mistoqsijiet lit-tliet stazzjonijiet ewlenin f 'pajjiżna u staqsa eżatt x'qed jiġi mhejji. Barra minn hekk, staqsejna wkoll numru ta' persuni dwar x'jaħsbu fuq it-TV Malti, x'hemm tajjeb? X'hemm ħażin? Kif aġġorna ruħu mill-passat u x'hemm bżonn jinbidel? X'qalu l-istazzjonijiet ewlenin? ILPBS qed iġedded l-impenn tiegħu li jipproduċi skedi ta' kalibru għoli. Dan qed jagħmlu billi jagħżel programmi ta' kwalità għolja li jinfurmaw, jedukaw u joffru divertiment lill-udjenzi Maltin. Minn staġun għall-ieħor, kull stħarriġ tal-fehma pubblika juri żidiet sostanzjali fl-udjenzi ta' TVM u TVM2. Il-qasam tal-aħbarijiet u tal- ġrajjiet kurrenti huwa wieħed mill- pilastri ewlenin tal-istazzjon. F'din l-iskeda, minbarra l-bulettini tal-aħbarijiet diġà stabbiliti, l-istazzjonijiet se jipprovdu għadd ta' programmi ta' ġrajjiet kurrenti tul il-firxa tal-jum. Id-drammi bil-Malti dejjem kienu mill-aktar popolari u TVM kien pijunier f 'dan il-qasam. Dan l-impenn qed jinżamm ukoll fl- iskedi għax-xhur li ġejjin. L-istazzjonijiet tat-televiżjoni tal-PBS se jittrasmettu wkoll firxa varjat ta' programmi kulturali u informattivi li jitrattaw, fost affarijiet oħra, attivitajiet kulturali, storja, ġeografija, xjenza, biedja, moda, aspetti artistiċi u aspetti ambjentali. TVM2, li issa hu sinonimu bit- trasmissjonijiet ta' avvenimenti sportivi ewlenin, se jerġa' jxandar iċ-Champions League tal-UEFA u l-Europa Leagues, il-partiti ta' kwalifika tal-logħob Ewropew tal-2016, il-BOV Premier League u varjetà ta' programmi oħra dwar sport popolari u sport ieħor anqas segwit. BĦAL kull sena ONE ikun minn ta' quddiem fost l-istazzjonijiet lokali sabiex jipprovdi l-aqwa kumpanija lis-segwaċi tiegħu 24 siegħa kuljum. Bl-għan prinċipali tiegħu dak li jkun stazzjon għall-familja kollha, ONE mill-iskeda l-ġdida tal-ħarifa, se jkun qed jipprovdi xejn anqas minn erbgħin programm, mifruxin matul il-ġimgħa kollha. Fost programmi ġodda bħal Talk To Me, program li se jqajjem ħafna kurżità u ritorn ta' programmi oħra bħal Esperti, is-segwaċi lokali, bla dubju jkunu qed jistennew id- drama. Mill-ħarifa ONE se jkun qed jipprovdi sensiliet immirati għal kulħadd, fost dawn nistennew it- tieni staġun ta' It-Tfal u ta' Midinbin. Ma' dawn tiżdied produzzjoni ġdida, Rifless. B'hekk ONE se jkun qed jipprovdi tliet drama matul il- ġimgħa. Bħalissa jkunu għaddejjin l-aħħar diskussjonijiet bejn id-djar tal- produzzjoni u l-istazzjon, sabiex kollox ikun lest sabiex tibda skeda oħra impenjattiva. BĦAL kull sena f 'dawn il- ġimgħat jkunu għaddejjin l-aħħar thejjijiet biex tkun finalizzata l-iskeda tal-ħarifa. Fl-aħħar jiem ħarġet sejħa għal atturi għal drama li se tkun qed tixxandar f 'din l-iskeda. Ir-rispons tan-nies kien wieħed ferm pożittiv. Għalkemm għalissa ma tantx ħarġet informazzjoni fuq xiex se tkun tikkonsisti, persważi li se tiġbed l-udjenzi. Drama oħra li se tkun magħkom f 'Ottubru li ġej hi dik ta' Eileen Montesin. Issa se nwasslu Dejjem Tiegħek Becky. Hekk kif fil- jiem li għaddew bdejna bir- ripetizzjonijiet tal-aħħar sensiela se jibdew episodji ġodda, ir- rispons li kien hemm kien wieħed tajjeb ħafna u persważi li għal darb'oħra se jkun hemm udjenza numeruża li se ssegwi d-drama fuq Net TV. Ma jonqsux programmi li diġà kienu qed jixxandru fl-iskeda li għaddiet u li se jibqgħu magħkom għal skeda oħra. Anton Portelli Josef Fitzpatrick Ruth Micallef

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 august 2014