Illum previous editions

illum 3 august 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/357170

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

6 illum | Il-Ħadd 03 ta' Awwissu 2014 "Ma jimpurtax jekk ma nibqgħux reliġjon tal-massa" LISQOF Grech, li kien qed jitkellem fl-okkażjoni taż-żjara tar-Relikwa tad- Demm ta' San Lawrenz Martri, qal li dak li kien qed jgħid japplika kollu għall-ħajja tal-Knisja lokali u talab lil San Lawrenz jagħti qatra demm minn tiegħu biex jiġġedded demmna bħala komunità Nisranija. Grech kompla jgħid li fil- Knisja lokali jara ċertu telqa, għeja u nuqqas ta' ħajja – "ibda minni u ibqa' nieżel sa isfel. Donnu fostna xi kultant titla' riħa ta' għeluq u ta' mewt. Fil-fatt nistaqsi: X'differenza tagħmel il-fidi fil-ħajja personali u familjari tagħna? X'impatt qed tħalli l-Knisja fis-soċjetà ta' żmienna?" staqsa l-Isqof. Grech kompla jgħid li xi drabi nagħtu d-dehra li ntlaqna mal-kurrent kulturali ta' żminijietna, u flok ma ngħinu biex nindikaw direzzjoni, insibu ruħna ninġarru mal-mewġ tal-ħajja. Qal li hemm ir-riskju li jekk nibqgħu ma nagħtux kas, id-demm tagħna bħala Nsara mhux biss jibred, imma jkompli jitħassar. "Nixtieq li jien żbaljat, imma nħoss li għandna bżonn demm ġdid fil-ħajja Nisranija. It- twemmin tagħna mhux xi oġġett tal-antik li wasal għandna mingħand il- ġenerazzjonijiet ta' qabilna. Nitqarrqu jekk it-twemmin Nisrani nirrenduh sempliċi tradizzjoni ta' missirijietna" qal Grech. Spjega li "Sfortunatament fostna għandna persuni li, għalkemm huma ftit, huma influwenti ħafna, li biex jikkonservaw it- tradizzjonijiet jaslu biex jissagrifikaw l-essenza tal- Evanġelju". "Ma jimpurtax jekk ma nibqgħux reliġjon tal-massa. Kif f 'Jannar li għadda kont fissirt lis-saċerdoti tagħna, neħtieġu komunitajiet żgħar li huma kreattivi. Nistaqsi fejn hi l-kreattività tagħna bħala komunitajiet ekkleżjali? Nosserva li spiss jiġri li aħna nikkuntentaw ruħna billi nirrepetu l-iskemi tal-imgħoddi, anki jekk dawn kienu maħsuba u proposti għal realtajiet li llum għebu għal kollox. Ma rridx inkun ġeneriku, imma qed ngħid dak li qed inħoss f 'qalbi" qal l-Isqof Grech. Żied jgħid, "Għinuni biex fil-Knisja tagħna jkollna demm ġdid. Ħafna drabi napplikaw l-enerġiji tagħna biex nipperpetwaw l-istorja, nesebixxu paramenti sagri l-ġmiel tagħhom u nżommu ħaj il-patrimonju artistiku tal-imgħoddi; imbagħad ftit nagħtu kas jekk il-mod kif niċċelebraw il-liturġija jkunx qiegħed jgħinna nidħlu fil-qalba tal-misteru. Għandna ċerti ċelebrazzjonijiet liturġiċi li aktar għandhom minn tat- teatru milli mill-esperjenza tas-sagru." Ikompli minn pagna 1 251 passiġġier jaslu Malta mil-Libja Aktar ottimiżmu fost l- azjendi u l-konsumaturi 251 passiġġier waslu Malta fuq vjaġġ fuq il-katamaran tal-Virtu Ferries minn Tripli. Minbarra t-tlettax il- ħaddiem fuq il-vapur, kien hemm 25 Malti li waslu fuq dan il-katamaran. Henri Saliba, wieħed mid-Diretturi ta' Virtu Ferries qal li l-vjaġġ kien imqabbad minn Hyundai sabiex jevakwaw lill- impjegati tagħhom li jinkludu ħaddiema mil- Filippini, mill-Indjani, mill- Bangladesh u mill-Korea t'Isfel. "Virtu Ferries se tkun lesta għal kull esiġenza li tista' tinqala' sabiex jiġu evakwati iktar ħaddiema" qal Saliba. Rappreżentanti mill- Ambaxxata għall-Korea t'Isfel kienu wkoll preżenti biex jilqgħu l-passiġġieri. Il-Maltin, li telqu minn Tripli, lbieraħ, is-Sibt fis- 1pm, ma ħallsux għal vjaġġ tagħhom minħabba l-ftehim li għamel il-Gvern mal- kumpanija. Il-Gvern qal li Virtu Ferries offriet li ġġib lura l-Maltin fuq l-istess vjaġġ organizzat minn kumpanija internazzjonali biex tevakwa l-ħaddiema fil-Libja. Il- Ministeru għall-Affarijiet Barranin qal li "Virtu Ferries infurmat lil Gvern sabiex javża lil Maltin fil-Libja li riedu jiġu lura Malta." Il-Gvern qiegħed ukoll jaħdem biex jgħin il-Maltin f 'Bengażi li jridu jitilqu mil-Libja. Vapur minn Malta qed jitlesta biex jevakwa l-Filippini mill-pajjiż mifni, b'hekk il-Gvern Malti qed jipprova jiżgura post għall- Maltin fuq l-istess vapur. ILLIVELL ta' ottimiżmu fuq l-andament ekonomiku ta' pajjiżna kompla jissaħħaħ bil- qawwi. Dan joħroġ ċar mir- riżultat ta' stħarriġ xjentifiku, fost azjendi u konsumaturi Maltin u Għawdxin, li l-Kummissjoni Ewropea għadha kemm ippubblikat. Għax-xahar ta' Lulju, l-indiċi tal-fiduċja fl-ekonomija tagħna kiber għal-livell ta' 112, li jfisser 2.3% aktar mix-xahar ta' Ġunju u 10% aktar mil-livell reġistrat fl-aħħar xahar tal- amministrazzjoni preċedenti. L-akbar titjib ġie reġistrat fost operaturi fis-settur tas- servizzi, fis-settur tal-imnut, u fost il-konsumaturi Maltin u Għawdxin. F'Lulju kien hemm irkuprar sinifikanti fil-kunfidenza fost azjendi industrijali li nnutaw żieda qawwija fil-produzzjoni tagħhom filwaqt li qed jipprevedu tkabbir sostanzjali fl-ordnijiet fix-xhur li ġejjin u li mistenni jwassal għal żieda fl-impjiegi f 'dan is-settur. L-istħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea jindika li l-azjendi fis- settur tas-servizzi huma l-aktar kunfidenti fuq l-andament ekonomiku. Aktar minn kwart minnhom qed ibassru li, minkejja ż-żidiet qawwija li diġà kellhom fl-aħħar xhur, huma se jirnexxilhom iżidu l-bejgħ b'aktar. Anke fost l-operaturi fis-settur tal-imnut, matul Lulju, kien hemm titjib qawwi fl-ottimiżmu dwar il-prospetti ekonomiċi tagħhom. Fost il-konsumaturi Maltin u Għawdxin qed jirrenja sentiment qawwi pożittiv. Il-maġġoranza ta' dawk intervistati sostnew li l-qagħda finanzjarja tagħhom tjiebet matul l-aħħar tnax-il xahar u jemmnu li se jkompli jkun hemm titjib fis-sena li ġejja. Fost l-oħrajn, il-konsumaturi Maltin u Għawdxin qed ibassru tnaqqis fl-inflazzjoni u fil- qgħad f 'pajjiżna. Dan it-tbassir pożittiv qed iwassalhom biex jikkonsmaw aktar bħalissa milli kienu fi snin passati. Minkejja dan il-konsum ikbar, statistika tal-Bank Ċentrali tindika li, meta mqabbla ma' sena ilu, id-depożiti tal- familji Maltin u Għawdxin ma' banek lokali laħqu l-livell rekord ta' €8.4 biljuni, kważi €700 miljun aktar mindu bdiet din l-amministrazzjoni. Dan ir-riżultat jikkonferma li ż-żieda fil-konsum qed tkun akkumpanjata wkoll ma' żieda fl-assi finanzjarji tal-familji Maltin u Għawdxin. Il-wasla tal-vapur tal-Virtu Ferries b'251 passiġġier

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 august 2014