Illum previous editions

illum 3 august 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/357170

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

0.90 03 ta' Awwissu 2014 • Nr 407 Tel: 2122 3999 NEWSPAPER POST "Politikament qtajt qalbi" – Josie Muscat F'INTERVISTA esklussiva ma' din il- gazzetta, it-Tabib Josie Muscat jgħid li llum qata' qalbu mill-politika għalkemm għadu jħobbha u jsegwiha mill- viċin. "Mill-kitba li kont nikteb fil-passat kulħadd jaf għaliex illum ninsab diżappuntat" jgħid Muscat. "Ktibt ħafna u esprimejt ruħi kemm-il darba fuq dan is-suppost avvanz u progress ta' pajjiżna, li llum nafu li mhu xejn ħlief rigress li qed iġib ħafna sofferenzi fuq iż-żgħażagħ u l-familji Maltin." Dwar il-Partit Azzjoni Nazzjonali, Muscat jgħid li llum għaraf li dan kollu kien kalkulazzjonijiet ħżiena min-naħa tiegħu u li qara l-polz tan-nies ħażin għax għalkemm kulħadd kien qiegħed jitkellem fuq il-bżonn ta' partit ieħor, finalment ħadd ma kien lest li jiċċaqlaq mit-tribu aħmar jew blu li kien jappartjeni fih. Josie Muscat jitkellem ukoll dwar il-Partit Nazzjonalista u jgħid li qatt ma kien jobsor li min kien responsabbli kien se jħalli partit daqshekk imfarrak kif jinsab illum. Pazjenti li nġiebu mil-Libja fit-Taqsima tal-Kura Intensiva Pulizija armati għassa mal-pazjenti WARA l-istejjer li dehru fil-gazzetta ILLUM nhar id- 29 ta' Ġunju u t-13 ta' Lulju dwar it-tmexxija tal-Knisja f 'Malta u d-dimotivazzjoni fost il-membri tal-kleru, issa jitkellem ukoll l-Isqof t'Għawdex Mario Grech. Fl-omelija tiegħu fil-Knisja Parrokjali ta' San Lawrenz qal li meta d-demm jitlef is-sustanza tiegħu u jimrad, il-bniedem isir bla saħħa, jintelaq u jieħu bixra ta' mewt; meta mbagħad ikun hemm trasfużjoni ta' demm ġdid, il- bniedem jieħu s-saħħa, jikseb enerġija ġdida u jitwieled mill-ġdid. "Imma meta se niftħu għajnejna qabel ma jkun tard wisq biex nimplimentaw it- tiġdid meħtieġ? Dan it-tiġdid jista' jitlaq minn fuq, imma jaf isib reżistenza, naf x'qed ngħid, imma jista' wkoll jitlaq minn isfel. Għalhekk ngħinu lil xulxin biex lil din il-Knisja ngħinuha tibqa' żagħżugħa b'wiċċ frisk, anke fl-għażliet pastorali tagħha. Dan il-proċess ta' tiġdid, minkejja li mhux faċli, neħtiġuh ilkoll kemm aħna – ibda minni, l-Isqof, u ninkludi lil kulħadd, speċjalment dawk li għandhom xi ministeru, ordnat jew mhux, u r-reliġjużi" qal Mario Grech. JOHN PISANI jpisani@mediatoday.com.mt SORSI qrib il-Korp tal- Pulizija qalulna li bħalissa qed ikun hemm ordnat Pulizija fuq fixed point ma' kull pazjent Libjan li hemm fl-ITU għalkemm kultant in-numru ta' Pulizija jkun inqas f 'ċertu ħinijiet. Il-Pulizija huma ordnati jilbsu l-bullet- proof vest kif ukoll iġorru arma fuqhom. Dawn il-pulizija qed jintbagħtu minn diversi distretti minn madwar Malta li jkompli jitfa' aktar piż fuq id-distretti peress li f 'din it-taqsima hemm nuqqas ta' riżorsi umani. Sorsi oħrajn qalulna li d-dehra ta' pulizija armati u lebsin bullet-proof vest fl- ITU u fis-swali qed toħloq xi ftit tat-tensjoni. L-istess sorsi qalulna li ma jistgħux jifhmu għaliex kultant ħin qed ikun hemm pulizija ma' kull pazjent sakemm dawn il- pazjenti mhumiex ta' periklu jew hemm xi theddida fuq ħajjithom. Ikompli f 'paġna 2 Ikompli f 'paġna 6 Pazjenti Libjani jitgħabbew f 'ambulanza mal-wasla tagħhom f 'Malta Il-Knisja għandha bżonn demm ġdid Ara l-intervista f 'paġni 14 u 15

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 august 2014