Illum previous editions

illum 1 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/455581

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

2 illum | Il-Ħadd 01 ta' Frar 2015 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 38 86 87 11 89 28 59 40 CHEMIMART LTD., LICENSED AT 3, FREEDOM SQUARE CURRENTLY OPERATING AT 20/21, TRIQ IRRE PUBBLIKA, VALLETTA BROWN'S PHARMACY, 706, TRIQ IL KBIRA SAN ĠUŻEPP, ĦAMRUN DRUGSHOP DISPENSARY, VJAL DE LA CRUZ, QORMI PHARMAPLUS, TRIQ GANU, BIRKIRKARA ST. MATTHEW'S PHARMACY, 213, TRIQ IXXATT, GŻIRA POTTER CHEMISTS, TRIQ WILĠA, PACEVILLE, SAN ĠILJAN BROWN'S PHARMACY, UNIT 22, TRIQ TIGNE, SLIEMA MEDICA PHARMACY, TRIQ IN NAXXAR, BALZAN PILLBOX PHARMACY, 63, TRIQ IL BJAD, NAXXAR BROWN'S PHARMACY, 69, TRIQ GEORGE BORG OLIVIER PREVI OUSLY "KARIZIA DRUGSTORE", MELLIEĦA STA. LUCIA PHARMACY, 1, MISRAĦ DORELL, SANTA LUĊIJA KALKARA PHARMACY, NO. 8, MISRAĦ LARĊISQOF GONZI, KALKARA ST. ANNE PHARMACY, TRIQ IL QALET, MARSASCALA GERADA PHARMACY, 46, TRIQ MATER BONI CONSIGLI, ŻEJTUN PRESTIGE PHARMACY, 16, TRIQ SAN ĠUŻEPP, KIRKOP PLAZA PHARMACY, 86, TRIQ ILKBI RA, ŻEBBUĠ IDEAL PHARMACY, 63, TRIQ ILKBI RA, RABAT FONTANA PHARMACY, TRIQ ILGĦAJN, FONTANA SOKKORS PHARMACY, TRIQ SAN GIRGOR, KERĊEM L-OGĦLA: 15˚Ċ L-INQAS: 13˚ Ċ TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab b'ħalbiet tax-xita possibilment bir-ragħad fil-ghaxija u mal-lejl VIŻIBILITÀ: Ġeneralment tajba lokalment moderata fil-ħalbiet tax-xita RIĦ: Punent forza 5 għal 6 lokalment forza 6 li jsir Punent Majjistru forza 6 mal-lejl L-OGĦLA: 12˚Ċ L-INQAS: 9˚ Ċ TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab b'ħalbiet tax-xita u jsir imsaħħab mal-lejl VIŻIBILITÀ: Tajba lokalment moderata fil-ħalbiet tax-xita RIĦ: Punent Majjistru forza 6 li jsir Punent forza 5 mal-lejl Inċident li juri l-vulnerabbiltà tal-uniku aċċess għal Għawdex Ikompli minn paġna 1 "L-inċident ta' nhar il-Ġimgħa fuq il-vapur t'Għawdex seta' spiċċa fi traġedja." Dan kien il- kumment ta' diversi nies li tkellmu mal-ILLUM meta kienu mistoqsija dwar il-każ. Sors viċin il-kumpanija qal li filwaqt li hu obbligu tal- passiġġieri li jsegwu r-regoli abbord il-vapuri tal-Gozo Channel, hu fatt magħruf li dawk li jaqsmu l-fliegu ta' kuljum bejn il-gżejjer, ħafna minnhom ikollhom seba' mitt sena sakemm jaslu fil-port u għalhekk jibqgħu fil-karozzi jekk ma jiħdux xi ngħasa wkoll. "L-awtoritajiet tal-Gozo Channel għandhom obbligu li jaraw li r-regoli tal- kumpanija qegħdin hemm biex jiġu salvagwardjati u għalhekk, apparti li hemm tabelli ta' informazzjoni biex ħadd ma jibqa' fil-vetturi waqt it-traġitt, membri tal-ekwipaġġ għandhom jiżguraw li ma jħallu lil ħadd fil-garaxx." L-istess sors qal li jekk ikun hemm xi traġedja, il-kaptan irid iġorr ir- responsabbiltà u l-inċident tal-Ġimgħa għandu jservi ta' tbeżbiża serja. Tkellem ukoll dwar il-mod kif jiġu marbuta t-trakkijiet u qal li m'għandhiex tintefa' r-responsabbiltà fuq ix-xufier "Hemm min ma jorbotx kif suppost u dan ikun qed jissogra inċidenti anke serji kemm għalih u kemm għall- kumplament tal-passiġġieri. Għandu jkun hemm nies apposta inkarigati mill-irbit tal-vetturi." L-inċident tal-Ġimgħa fetaħ ukoll ġerħa oħra, dik dwar kemm hi remota l-aċċessibbiltà ta' Għawdex. "Inċident wieħed waqqaf lil Għawdex kollu." Dan kien il- kumment komuni fost dawk kollha li nqabdu l-Imġarr jew iċ-Ċirkewwa. Ħaddiema Għawdxin baqgħu l-Imġarr jistennew bil-ħniena li jasal l-uniku vapur li kien baqa' għad-diżpożizzjoni tal- passiġġiera peress li l-vapur Ta' Pinu jinsab għat-tiswija. Trakkijiet kbar li riedu jmorru bix-xogħol Malta baqgħu mwaħħlin għax il-vapur li wasal wara l-inċident ma kienx jesa' lil kulħadd. Nies li riedu jsiefru baqgħu mwaħħla b'sogru li jitilfu l-ajruplan. Oħrajn li kellhom appuntamenti fl-isptar tilfu kollox filwaqt li turisti li kienu għadhom kif waslu minn barra biex imorru Għawdex żgur li ma ħadux impressjoni tajba ta' Għawdex u l-aċċessibbiltà. Hu bir-raġun li l-Gozo Business Chamber, il-GTA u l-ħaddiema jkomplu jilmentaw li dan kollu għandu jerġa' jiftaħ għajnejn il-Gvern Malti li inutli li jkompli jistudja u jitkellem dwar aċċessibbiltà aħjar u s'issa baqa' kollox kif kien. Inċidenti bħal dawn qed joħolqu problemi lin-nies tan-negozju, studenti, ħaddiema u anke pazjenti fl- outpatients tal-isptar. Anke t-temp jista' jagħmel differenza favur il-PN f 'din l-elezzjoni Ikompli minn paġna 1 ILPARTIT Nazzjonalista hu determinat li jwaqqaf il-popolarità ta' Clint Camilleri u qed jimbotta żagħżugħ ieħor emerġenti fil-politika Għawdxija, Ryan Mercieca. Mercieca preżentement qed jistudja biex jikseb dottorat fir-reġjonalità fl-Ewropa u għandu l-istess età ta' Camilleri. It-tnejn li huma kienu anke fl-istess klassi fejn min jafhom sew jgħid li minn dejjem kienu jargumentaw dwar l-istil ta' politika li jemmnu fiha t-tnejn li huma. Ta' min jinnota wkoll li f 'din il-lokalità reġa' ħiereġ l-eks Sindku Pawlu Buttigieg u ibnu Karl li skont il-Qalin Nazzjonalisti dawn it-tnejn jistgħu jkunu biżżejjed biex ixaqilbu l-miżien lura favur il-partit Nazzjonalista. Jidher li anke t-temp jista' jagħmel differenza f 'din l-elezzjoni fejn qed jingħad li jekk fil-11 ta' April tkun ġurnata sabiħa din għandha tgħin lill-PN li jilħaq l-għan tiegħu peress li ħafna mill-Maltin irreġistrati l-Qala jkunu jistgħu jitilgħu jivvutaw u hu fatt magħruf li l-maġġoranza tagħhom dawn ġejjin mill-kamp tal-Partit Nazzjonalista. Sadattant, anke jekk għal xi raġuni Ryan Mercieca ma jaċċettax li jikkontesta l-elezzjoni tal-Kunsill Lokali fil-Qala, sorsi viċin il-Partit Nazzjonalista qalu lil din il-gazzetta li dan il-politiku żagħżugħ Għawdxi xorta jista' jkun waħda mill-armi rebbieħa għall-Partit Nazzjonalista biex dan jerġa' jirbaħ id- distrett Għawdxi peress li Mercieca barra li hu ferm popolari fost iż-żgħażagħ Għawdxin, speċjalment dawk Universitarji, qed jagħmel impatt ukoll ma' diversi setturi fil-gżira Għawdxija. Barra minn hekk, il-fatt li anke l-presidenza tal-akbar assoċjazzjoni f 'Għawdex il-Gozo Football Association ġiet taħt il-presidenza ta' kandidat Nazzjonalista, Dr Samuel Azzopardi, qed jagħti x'wieħed jifhem li l-Partit Nazzjonalista qed jaħdem bla heda biex jerġa' jpoġġi lil Għawdex fi ħdanu. Dawn huma t-tabelli li donnhom jiġu injorati fuq il-vapur ta' Għawdex

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 February 2015