Illum previous editions

illum 1 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/455581

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

26 illum Il-Ħadd 01 ta' Frar 2015 SPORTSillum MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Pietà ........................ 1 Naxxar ..................... 1 FILKONFRONT bejn Pietà Hostpurs u Naxxar Lions ma rajna l-ebda rebbieħ hekk kif il- konfront ta' bejn dawn iż-żewġ timijiet intemm f 'parità ta' 1-1. Fl-ewwel żewġ minuti, freekick fil-baxx ta' Gilmar ġie milqugħ tajjeb minn Miguel Montfort. M'hemmx dubju li Naxxar Lions kienu l-aħjar tim fil-ftuħ tal-logħba u ftit wara huma fallew ċans tajjeb biex jiftħu l-iskor meta xutt fil-baxx ta' Gilmar ġie mtajjar tajjeb minn Montfort u mir- rebound Toure tefa' barra mill-viċin. Iżda kontra x-xejra tal-logħob kienu Pietà Hotspurs li fetħu l-iskor fit-18-il minuta permezz tal-attakkant Arġentin Claudio Frances. Naxxar Lions ġabu l-iskor indaqs seba' minuti minn tmiem l-ewwel taqsima permezz ta' gowl mill-isbaħ ta' Angus Buhagiar. Naxxar Lions komplew joħolqu l-periklu u fit-62 minuta Gilmar kellu xutt tajjeb mid-distanza li ġie milqugħ tajjeb minn Miguel Montfort. Il-ballun spiċċa f 'saqajn Vella u Toure iżda Vella ġie ġġudikat li kien f 'pożizzjoni ta' offside. Pietà Hotspurs imbagħad evitaw il-periklu meta daqqa ta' ras ta' Angus Buhagiar wara li rċieva minn corner ta' Pablo Doffo ġiet ikklerjata tajjeb mill-players tal-Hotspurs. Kien fadal 18-il minuta għal tmiem id-90 minuta u Gilmar għadda tajjeb lejn il-plejer veteran Victor Bellia li daħal bħala sostitut iżda x-xutt fil-baxx ta' dan ġie mblukkat tajjeb minn Fortunato. Ftit wara, Vella rċieva pass tajjeb mingħand is-solitu Gilmar avvanza tajjeb fil-kaxxa iżda huwa twaqqa' fil-kaxxa minn Karl Micallef iżda r-referi Andrè Arciola ħalla l-logħob għaddej. Pietà - Montfort, Micallef, Grech, Fortunato dos Santos, Pisani, Gabriel da Silva, Micallef (Agius 78'), Anonam (Cesare 28'), Newuche, Frances (Ricardo Costa 75'), Rodrigues da Silva Naxxar - Azzopardi, Scicluna, Edet, Del Negro, Toure, Falzon (Vella 46) (Bonnici 89'), Gilmar da Silva Ribeiro, Doffo, Fenech (Bellia 68'), Buhagiar, Santos Silva. Referi - Andrè Arciola GILMAR DA SILVA RIBEIRO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fis-26 ta'Marzu 1990 fil- Brażil Qabel Naxxar Lions lagħab ma' Bangu fil-Kampjonat Carioca 1 fil-Brażil L-ebda rebbieħ bejn Pietà u Naxxar Azzjoni mill-konfront bejn Pietà Hotspurs u Naxxar Lions

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 February 2015