Illum previous editions

illum 1 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/455581

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

Il-Ħadd 01 ta' Frar 2015 | illum 13 taż-żwiemel fil-quċċata" Shaddap up your face Smajt lil Beppe Fenech Adami fuq ir-radju ta' Andrew Azzopardi (u minn hawn nixtieq li jsib is-saħħa li jixraqlu). Aħna ma rridu deni lil ħadd. Imma fuq il-kummenti fuq l-isptar naħseb li aħjar joqgħod ftit lura. Għax ejja ngħiduha kif inhi kieku ma kienx għal bravura ta' dawk l-għorrief li bnew San Raffaele u mbagħad biddluh għal Mater Dei kieku għandna biżżejjed sodod. U l-problema tas-sodod kienet problema żgħira meta kkumparata man-numru kbar ta' ċuċati li għamel missieru Dottor Eddie meta ppjana sptar li dam 17-il sena biex jitlesta. Għalhekk lil Beppe ngħidulu 'shaddap up your face.' Għal aktar tagħrif: https://www.youtube.com/ watch?v=LZFO8pXuRTk Kummissarju l-ewwel Brussell u t-tieni… Kemm hu ħelu l-guy, fakkarna meta ġie mistoqsi li hu Kummissarju tal-Ewropa l-ewwel u Malti t-tieni. U jiena ċert li ried jgħid li hu kummissarju u veru ma għandux x'jagħmel, għandu paga tal-ostra… ta' soċjalist li hu. U apparti kollox vera ma jafx għalfejn jitħallas daqshekk. Imma mbagħad fuq l-għasafar vera ma jistax jitkellem għax jaf li Malta qiegħda fil-ħ***, bejnietna fil-koko. Bejnietna wkoll qed iħoss wisq bard Brussell imma għandu post vera sabiħ u taf xiex xagħru u l-ferq veru joqgħodulu sew għax it- temp mhux imdellek bħal ta' Malta. Ole!! Miskin ix-Xmun Kemm qed joħroġ miskin Xmun. Meta jitkellem fuq il-prezz taż-żejt u l-hedging, ara vera ma jafx x'inhu jgħid. Agħar minnu dik Martese Portelli, qisha piranha imma mingħajr snien. Ejja nkunu attenti hawn. Il-hedging għamluh ħafna nies, għorrief, bħaħan, intelliġenti u bravi. Fosthom insibu lil Josef Bonnici, Austin Gatt u ovvjament Alfred Sant. Il-mistoqsija importanti hi, x'se jagħmel Xmun jekk ikun fit-tmun. Hedging jew no hedging. U l-mażetta hu? U jekk Xmun joħroġ ta' miskin, Muscat se joħroġ ta' mażetta jekk iħalli li l-monti jispiċċa taħt il-parlament. U ejja, x'pastażata. L-uniku benfiċċju hu li jekk ikun hemm bżonn xi qalziet ta' taħt u xi video pirata pastaż m'għandekx għalfejn timxi ħafna jekk tkun parlamentari. Aħna morna biex nieħdu kumment minn Stefan Buontempo u staqsejnieh jekk hu jarax xi vantaġġi li jkun hemm il-monti ma' sormu. Hu qal: "L-ewwel nett, mhux minnu li l-monti se jkun ma' sormi. Jien sormi ma sibtux barra. Issa fuq is-suġġett, iva l-monti maġenb il- parlament dejjem vantaġġ. Jien personalment kollezzjonist tal-videos ta' Snoopy u dawn insibhom biss fuq il-monti. Għalhekk il- ġudizzju tiegħi hu dak li hu. Monti ma' sormi any day." Ole! Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil- mowbajl. Ibgħat lil illum@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … ħidma tiegħi biex innaddfu l-ambjent. Tant hu hekk li l-bar qed jiftaħ aktar ħinijiet twal u qed ikollu aktar xogħol għax in-nies żdiedu." Sadattant bdejna nitkellmu dwar iż-żwiemel innfishom fejn qaltli li f 'Għawdex żwiemel tat-trott hawn madwar 70 wieħed għalkemm mhux kollha jtellqu għax ikun hemm minnhom mhux imħarrġa u oħrajn jkunu mweġġgħin. Meta tlabtha tgħidli hemmx differenza bejn Malta u Għawdex, hi qaltli li hemm ħafna differenza għax f 'Malta hemm 800 żiemel tat-tiġrija. Mary kompliet tgħidli li x-xewqa kbira tagħha hi li tara aktar ġerrejja u żwiemel Maltin jieħdu sehem fil- korsa ta' Għawdex, jew hekk kif inhi magħrufa l-korsa ta' Xħajma. "Iżda l-Maltin jibżgħu wisq mill-elementi tat-temp u ma jiġux. Aktar imorru Għawdxin lejn Malta milli jiġu huma 'l hawn." Sadattant Mary tgħid li qed taħdem biex il-Gozo Channel jgħin biex aktar Maltin jitħajru jitilgħu Għawdex "għax il-Gozo Channel iridu jifhmu li t-tiġrijiet taż-żwiemel żgur li jgħinu biex iżidu t-turiżmu intern f 'Għawdex." Tlabtha tgħidli x'jistgħu jagħmlu l-Gozo Channel f 'dan ir-rigward u qaltli li hemm bżonn li l-Maltin li jitilgħu biż-żwiemel Għawdex jingħataw priority boarding għax speċjalment fis-sħana ż-żwiemel jinnervjaw fil-kaxxi tagħhom meta jitħallew għal ħafna ħin jistennew biex jitilgħu l-vapur. "Barra hekk nemmen li jagħmel sens ukoll jekk il-kaxxi taż-żwiemel jiġu ċċarġjati daqslikieku kienu Għawdxin, jiġifieri xi €7 inqas. Għax dan hu turiżmu għal Għawdex li jġibu n-nies magħhom u jonfqu l-flus għall-ikel u xorb f 'Għawdex. Tkellimt mal-Gozo Channel iżda għadna bla risposta." Tkellimna wkoll dwar il-korsa nnifisha fejn qaltli li qed tistenna xi permessi biex tkun aktar kennija u jsir xi ħġieġ u aktar post fejn jilqa' l-familji. "L-attendenzi qed iżidu u dan jagħmilli kuraġġ iżda l-burokrazija żejda biex tieħu permess kultant tgħajjik wisq." Mary qaltli li issa x-xewqa tagħha hi li jkun hemm uffiċċju tal-betting għax dan ifisser aktar introjtu għall- assoċjazzjoni. "Fil-fatt kemm ili president żidt mhux ftit il-premjijiet fi flus." Meta staqsejtha minfejn irnexxielha ġġib il-fondi daħket u qaltli, "Nistinka ħafna għal flus u minn fejn jiġu nżommha għalija." Mary li għandha 47 sena qaltli li għandha ħafna ħolm għal din l-assoċjazzjoni fejn tixtieq li tagħmel ġemellaġġ ma' koros barranin u li f 'Għawdex ikun hemm tiġrijiet fuq id-dahar, "għax hawn la ġerrejja m'hawn tal- galopp u lanqas żwiemel." Mistoqsija kif tħossha bħala mara waħda fost dawk l-irġiel qaltli, "Trid tkun iebsa. Jien nemmen fil- preżenza tiegħi fil-korsa fejn kuljum immur il-korsa għax inkun irrid nisma' l-ilmenti kollha, nemmen fi djalogu u fil-kompromess. Fortunata li għandi r-raġel jappoġġjani ħafna. "Dwar mara waħda fost l-irġiel ikolli nammetti li għad hemm nies li ma jistgħux għaliha li mara tkun tmexxi assoċjazzjoni bħal din. Dawn huma fil- minoranza u għandhom manija li meta ma jilagħbux iħassru. "Iżda xorta nħossni sodisfatta għax għal-laqgħat qed ikolli konkorrenza tajba u anke meta norganizzaw xi ikla. Irrid niftaħ l-assoċjazzjoni għal kulħadd. Irrid il-gvern ikun parti minnha għax jekk jgħinha nibni stalel ġodda nkunu nistgħu nikruhom u l-assoċjazzjoni tkun awto suffiċjenti. Irrid li dan l-isport intellgħu fuq nett. Irrid li l-horse riding ikun parti minn Skola Sport u t-televiżjoni jagħtina spazju aktar u filmati tat-tiġrijiet tagħna." Fil-fatt minn din is-sena l-laqgħat tat-tiġrijiet taż- żwiemel huma ta' 20, kważi waħda kull ħmistax. Mary qaltli wkoll li rranġaw stalla fejn minnha qed ibigħu karti mqattgħin, li fuqhom joqogħdu l-bhejjem li l-qliegħ tagħhom imur għal Puttinu Cares. "Ikolli nammetti li għad hemm nies li ma jistgħux għaliha li mara tkun tmexxi assoċjazzjoni bħal din" parlament dejjem vantaġġ. Jien personalment Beppe Fenech Adami Karmenu Vella Il-hedging għamluh ħafna nies, għorrief, bħaħan, intelliġenti u bravi M'għandekx għalfejn timxi ħafna jekk tkun parlamentari

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 February 2015