Illum previous editions

illum 1 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/455581

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Il-Ħadd 01 ta' Frar 2015 | illum 27 SPORTSillum Bilanċ assolut bejn Floriana u Tarxien Referis Maltin jiltaqgħu mal-President ta' Malta MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Floriana ............................1 Tarxien R ..........................1 FLORIANA u Tarxien Rainbows temmew il- konfront ta' bejniethom f 'parità ġusta ta'1-1, f 'liema logħba rajna bilanċ assolut. Kienu Floriana li ħarġu fuq l-offensiva u wara biss tliet minuti logħob minn azzjoni personali ta' Matteo Piciollo, dan kellu ġirja ferm tajba lejn il-lasti avversarji però ħareġ tajjeb il-goalkeeper ta' Tarxien Rainbows Jonathan Debono li rebaħ il-ballun biex evita kull periklu. Ħames minuti wara s-solitu plejer Taljan Matteo Piciollo għadda tajjeb lejn Steve Pisani li dar ma' difensur avversarju però ra x-xutt tajjeb tiegħu jgħaddi ftit barra. Fl-20 minuta reġa' kien Matteo Piciollo li evita difensur avversarju qabel ma ra x-xutt tiegħu fil-baxx jiġi salvat tajjeb minn Jonathan Debono. Fil-31 minuta minn corner ta' Steve Pisani għola tajjeb il-BOV Player tal- Logħba, Matteo Piciollo, li daħal bħal vleġġa u ra d-daqqa ta' ras tiegħu tintemm ġewwa. Tarxien Rainbiws ħarġu fuq l-attakk fil-ftuħ tat-tieni taqsima u fil-55 minuta huma ġabu l-iscore indaqs meta Jorge Yepes Roda għadda tajjeb lejn Obinan Ayoku Darlington minn tarf il-kaxxa minn pożizzjoni angulata rnexxielu jsib ix-xibka. Floriana – Calleja, Cremona, Moreira Cobo, Marcelina (S. Borg 60'), Pisani, C. Borg, Plut, Piciollo, Briffa, Farrugia (Galea 69'), Muir, Bonnici Tarxien Rainbows - Debono, Farrugia (Sadowski 75'), Caruana, Yepes Roda (Zahra 90'), 11 - Vallecillo Casado, Sammut, Godar Pereira, Grech, Cini, Darlington (Schembri 90'), Bonaque Acevedo Referi - Mario Apap KLASSIFIKA KAMPJONAT BOV PREMIER Tim L Pti Hibernians 21 57 Valletta 20 43 Birkirkara 20 41 Balzan 20 31 Floriana 21 28 Mosta 21 25 Sliema W. 20 23 T. Rainbows 21 21 Naxxar Lions 21 19 Pieta Hotspurs 21 18 Zebbug Rangers 21 18 Qormi 21 17 Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 31 ta' Jannar Hull City vs Newcastle United 0-3 Crystal Palace vs Everton 0-1 Liverpool vs West Ham United 2-0 Manchester U. vs Leicester City 3-1 Stoke City vs Queens P. R. 3-1 Sunderland vs Burnley 2-0 West B. Albion vs Tottenham H. 0-3 Chelsea vs Manchester City 1-1 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 1 ta' Frar 14:30 Arsenal vs Aston Villa 17:00 Southampton vs Swansea C. Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 31 ta' Jannar Genoa vs Fiorentina 1-1 Fixtures Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 1 ta' Frar 12:30 Sassuolo vs Inter 15:00 Atalanta vs Cagliari 15:00 Cesena vs Lazio 15:00 ChievoVerona vs Napoli 15:00 Palermo vs Hellas Verona 15:00 Torino vs Sampdoria 15:00 Udinese vs Juventus 20:45 AC Milan vs Parma KLASSIFIKA KAMPJONAT SERIE A TIM Tim L PTI Juventus 20 49 Roma 21 43 Napoli 20 36 Lazio 20 34 Sampdoria 20 34 Fiorentina 21 32 Genoa 21 29 Palermo 20 27 Udinese 20 27 Inter 20 26 Milan 20 26 Sassuolo 20 25 Torino 20 24 Hellas Verona 20 24 Empoli 21 20 Atalanta 20 20 Cagliari 20 19 Chievo Verona 20 18 Cesena 20 12 Parma 20 9 MATTEO PICIOLLO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti għat-tielet darba konsekuttiva Twieled fil-15 ta' Ottubru 1992 fl-Italja Qed ikollu staġun mill-aqwa ma' Floriana Qabel ingħaqad ma' Floriana, huwa lagħab ma' AS Ostiamare, Civitavecchia, Salernitana u Atletico Roma Jugend fl-Italja. Ritratt - Jane Farrugia IRREFERIS li dan l-aħħar irċevew il-FIFA Badge, għamlu żjara ta' kortesija lill- Eċċellenza Tagħha President ta' Malta, Marie-Louise Coleiro Preca. Jakkumpanjaw lil dawn l-uffiċjali kien hemm is-Segretarju Ġenerali tal-MFA Bjorn Vassallo u d-Direttur tar-Refereeing, Adrian Casha. L-Eċċellenza Tagħha Marie- Louise Coleiro Preca ferħet lill-uffiċjali u esprimiet is- sodisfazzjon tagħha li tiltaqa' ma' wħud mill-ambaxxaturi ta' Malta fl-isport internazzjonali. Marie-Louise Coleiro Preca tenniet l-importanza tal-etika professjonali li ġġib magħha ħatra bħalma hi dik ta' referee internazzjonali. Is-Segretarju Ġenerali Bjorn Vassallo stqarr li d-Dipartiment tar-Refereeing hu wieħed mill-pilastri tal- MFA li fuqu tibbaża l-ħidma tagħha fil-qasam sportiv. Bjorn Vassallo żied jgħid li l-fatt li Malta hi rappreżentata minn 16-il uffiċjal internazzjonali fuq il-Panel tal- FIFA, ifisser ħafna għall-pajjiż żgħir. Id-Direttur tar-Refereeing Adrian Casha faħħar l-impenn u d-dedikazzjoni tal-uffiċjali internazzjonali li waslu fil-quċċata, u stqarr li huma mudelli adattati għar-referees żgħażagħ li għadhom fl-ewwel passi tal-karriera tagħhom. Fi tmiem il-laqgħa, Adrian Casha, ippreżenta f 'isem dawk preżenti, donazzjoni lill-Eċċellenza Tagħha Marie- Louise Colerio Preca għall- Malta Community Chest Fund, li min-naħa tagħha rringrazzjat lir-referees għal dan il-ġest sabiħ u awguratilhom aktar suċċessi u sodisfazzjon fl-isport. MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Hibernians .....................1 Mosta ............................1 BDIET tixgħel il-bozza l-ħamra għal Hibernians hekk kif Mosta tellfu żewġ punti li jistgħu jkunu prezzjużi għalihom fit- tentattiv tagħhom li jiġu nkurunati champions fi tmiem l-istaġun, speċjalment wara li ftit tal-ġimgħat oħra jinqasmu l-punti. Dan hekk kif il-Pawlisti ġew miżmuma f 'parità ta' 1-1 minn Mosta. Għal Mosta ddebutta l-plejer Haruna Babangida li niftakruh jilgħab mat-Tim B ta' Barcelona kif ukoll mal- youths ta' Ajax. Kien mistenni li jiddebutta għalihom ukoll il- plejer Udo Fortune, però ma kienx imniżżel fil-lista tat-18. Min-naħa l-oħra Hibernians kellhom lill- plejer internazzjonali ferm importanti, Clayton Failla, nieqes minħabba li kien qed iservi logħba sospensjoni wara li rċieva erba' karti sofor matul dan il-kampjonat. Wara kwarta logħob Tarabai għadda tajjeb lejn Jorginho li ra t-tentativ tajjeb tiegħu jiġi milqugħ minn Omar Borg. Fil-21 minuta rajna kważi l-istess azzjoni għal dik preċedenti meta minn cross ta' Bjorn Kristensen, huwa għadda l-ballun tajjeb lejn Tarabai li kompla lejn Jorginho u dan mill-viċin ra lill-goalkeper Omar Borg idawwar f 'corner bi bravura. Fit-32 minuta Andrew Cohen għadda tajjeb lejn Tarabai li ra x-xutt fil-baxx tiegħu jiġi milqugħ mingħajr wisq diffikultà minn Omar Borg. Fil-41 minuta minn cross ta' Mickael Nicoise Dawood, wara azzjoni maħduma ferm tajjeb mill- istess plejer, il-ballun spiċċa f 'saqajn Haruna Babangida li mill-viċin tefa' ġewwa biex tefa' lill-partitarji Mostin f 'dellirju ta' ferħ. Fil-61 minuta freekick ta' Tarabai għadda ftit barra mil-lasti difiżi minn Omar Borg. Fid-69 minuta Hibernians spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Brażiljan Rodolfo Soares wara li rċieva żewġ karti sofor, bit-tieni waħda jirċeviha wara foul li għamel fuq is-sostitut Mateus Ribeiro da Silva. Mill-freekick li segwa wara din it-tkeċċija, freekick ta' Gary Roberts ġie mdawwar f 'corner bi bravura mill- goalkeeper tal-Pawlisti, Henry Bonello. Fil-75 minuta Hibernians ġabu l-iscore indaqs meta wara indeċiżjoni tad-difensur Tyrone Borg u l-goalkeeper Omar Borg, daħal tajjeb Edison Luis Dos Santos li mill-viċin ma setax jiżbalja u tefa' f 'xibka vojta biex b'hekk skorja t-22 goal tiegħu f 'dan l-istaġun. Fid-79 minuta Mosta wkoll spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il- plejer Ryan Grech meta bħal Rodolfo Soares irċieva żewġ karti sofor fil-logħba. Hibernians - Bonello, Pearson, Soares, Cohen, Kristensen, Bezzina (Tabone Desira 73'), Lima, Agius, Dos Santos, Mbong (Degabriele 65'), Da Silva Pereira Mosta - Borg, Pulo, Farrugia, Ossok, Magro, Roberts, Babangida (Ribeiro dos Santos 65'), Zammit, Grech, Ekani, Dawood Referi - Fyodor Zammit EDISON LUIS DOS SANTOS Ma rnexxielux jiġi vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba però bħas-soltu kellu logħba tajba Skorja l-gowl li ġab l-iskor indaqs għal Hibernians Qed jissemma' li f'Marzu li ġej jista' jħalli lil Hibernians biex imur jilgħab fil-Korea ta' Isfel Tixgħel il-bozza l-ħamra għal Hibernians

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 February 2015