Illum previous editions

illum 1 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/455581

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

"LINDUSTRIJA tal-films għandha potenzjal kbir għal Malta kif ukoll għal Għawdex għax apparti mill-impatt importanti li jħalli dan is-settur kemm fuq l-ekonomija kif ukoll fuq l-impjiegi, l-industrija tal-films taqdi rwol importanti f 'dak li hu r-reklamar ta' pajjiżna bħala destinazzjoni turistika." Dan qalu l-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis waqt laqgħa ta' konsultazzjoni dwar l-industrija tal-films f 'Għawdex. "Kif jafu sew dawk kollha li huma involuti f 'dan is-settur, dan il-gvern irnexxielu jagħti spinta qawwija lill- industrija tal-films f 'Malta. Bħala parti mill-istrateġija tagħha, il-Malta Film Commission introduċiet inċentivi ġodda, u saret kampanja estensiva ta' marketing madwar id-dinja kollha" saħaq il-Ministru. Hu qal li dan ix-xogħol beda jħalli l-frott tiegħu b'mod evidenti, hekk kif is-sena l-oħra, Għawdex ospita l-akbar produzzjoni ċinematografika li qatt saret fuq din il-gżira, il-film 'By the Sea'. Żied jgħid li l-Gvern qed jaħdem biex l-impjegati f 'din l-industrija jkollhom xogħol matul is-sena kollha. "Dawn it-tipi ta' produzzjonijiet, kif ukoll ix- xogħol kontinwu fuq skala kbira li qed jiġi lejn Malta u Għawdex, qiegħed joħloq sfidi ġodda għal pajjiżna, li s'issa għad m'għandux ir-riżorsi umani neċessarji mħarrġa apposta. Huwa għalhekk li qiegħed isir sforz sabiex ninkoraġġixxu lil aktar nies biex jispeċjalizzaw f 'din l-industrija." Il-Ministru temm jgħid li bħalissa qegħdin isiru korsijiet fl-industrija tal- films, u hemm ippjanati wkoll korsijiet f 'Għawdex, sabiex l-Għawdxin ikunu jistgħu jiksbu l-ħiliet neċessarji ħalli jibdew jaħdmu fl-industrija. Sadanittant, il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo tenna li "Il-film By The Sea huwa l-ikbar film li qatt sar f 'Għawdex. Bħal films oħrajn, dan impjega ħafna nies u ġġenera miljuni t'ewro fl-ekonomija Għawdxija. Tenna li l-industrija tal- films hija waħda mill- aktar industriji li għandha effett multiplikatorju fuq l-akkomodazzjoni. Apparti flus li jitħallsu lill-ħaddiema tal-films u servizzi oħra relatati direttament mal- industrija tal-films, jintefqu wkoll flejjes kbar fl- akkomodazzjoni f 'lukandi, ikel, trasport, diversi servizzi u divertiment. Il-Ħadd 01 ta' Frar 2015 | illum 7 Uħud mill-pożizzjonijiet li qegħdin jidhru f'din is-sejħa għall- applikazzjonijiet huma ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea HEAD (OPERATIONAL PROGRAMME) Qed jintlaqgħu applikazzjonijiet għall-pożizzjonijiet ta' Head (Operational Programme) fil-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali. L-applikazzjonijiet flimkien ma' CV iddettaljata jridu jintbagħtu fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali, Tal-Pilar, 31B, Triq Marsamxett, Valletta, VLT 1850 jew jintbagħtu permezz tal-Online Government Recruitment Portal fuq http://recruitment.gov.mt sa mhux aktar tard minn nofsinhar tal-Ġimgħa 13 ta' Frar 2015. Aktar dettalji jistgħu jiġu miksuba mill-Gazzetta tal-Gvern tat-23 ta' Jannar 2015. L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu mniżżla minn: https://opm.gov.mt/en/PAHRO/RESOURCING/Documents/Forms%20and%20Templates/recruitenglish.pdf L-ewwel ħames karozzi ġodda fis-servizz minn dalgħodu ĦAMES karozzi tal-linja l-ġodda tal-Autobuses de Leon dalgħodu daħlu fis-servizz u bdew joperaw fuq ir-rotot regolari hekk kif ilbieraħ il-kumpanija waslulha l-ewwel ħames karozzi minn 32 karozza tal-linja li se jkunu qed jintużaw minflok il-flotta mikrija lokalment. "Dan hu l-ewwel titjib immedjat minbarra oħrajn li se jkunu qed jiġu introdotti gradwalment" qal Felipe Cosmen, iċ-chairman tal-kumpanija li tenna li l-impenn tal-kumpanija hu li tiżgura l-aħjar esperjenza possibbli għall-passiġġieri. Cosmen qal li dawn il-karozzi tal-linja huma konformi mar-rekwiżiti u l-ispeċifikazzjonijiet stipulati mir-regolatur fl-Espressjoni ta' Interess li nħarġet minn Transport Malta. "Fost il- ħafna vantaġġi li għandhom, dawn il-karozzi se joffru aktar sigurtà u kumdità lill-passiġġieri tal-linja minn dawk li qed jintużaw illum." Dawn il-karozzi tal-linja huma twal 12-il metru, għandhom il-kuluri l-ġodda tal-kumpanija, huma mgħammra b'magna Euro 5, u għandhom l-arja kkundizzjonata. Barra minn hekk, il-karozzi huma tat-tip low floor u aċċessibbli. Felipe Cosmen temm jgħid li dawn il-karozzi se jdaħħlu kunċett ġdid għas- sistema tat-trasport pubbliku f 'Malta peress li għandhom żewġ bibien - wieħed fuq quddiem minn fejn wieħed jista' jitla', u ieħor fuq wara minn fejn wieħed jista' jinżel u b'hekk se tkun qed jitnaqqas il-ħin tat-tlugħ u l-inżul tal-passiġġieri. "B'dawn il-karozzi se jkun jista' jinżamm aktar il-ħin tat-tluq u tal-wasla fil-post li jkun imiss." Aktar karozzi tal-linja mistennija jaslu fil-jiem li ġejjin. "Dawn il-karozzi se joffru aktar sigurtà u kumdità lill-passiġġieri tal-linja minn dawk li qed jintużaw illum" Spinta qawwija lill- industrija tal-films Parti mis-sett ta' By The Sea, li ġab kummerċ kbir lejn il-gżira Għawdxija matul is-sajf li għadda

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 February 2015