Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/455581
4 illum | Il-Ħadd 01 ta' Frar 2015 "ILFATT li jien ġejja minn Malta, stat membru żgħir u b'sistema tal-enerġija maqtugħa mill-kumplament tal-Ewropa jgħini nifhem aktar kemm ma nistgħux nieħdu is-sigurtà tal-enerġija b'ovvju." Hekk stqarret Miriam Dalli meta kienet qed tindirizza l-Parlament Ewropew. Dalli ntgħażlet mis-Soċjalisti u Demokratiċi biex tkun waħda mill-Membri Parlamentari Ewropej li taħdem fuq strateġija Ewropea favur is- sigurtà fil-qasam tal-enerġija, liema l-istrateġija għandha tgħin fil-formulazzjoni tal-Energy Union li qed taħdem fuqha l-Kummissjoni Ewropea. Fid-diskors tagħha Dalli qalet li s-sigurtà fil-qasam tal-enerġija hija l-bażi ta' kwalunkwe politika tal- enerġija. "Bl-iżviluppi ġeo- politiċi fil-Lvant tal-Ewropa u hekk kif l-enerġija tibqa' waħda mill-akbar komoditajiet kruċjali f 'kull soċjetà, l-Unjoni Ewropea qiegħda tipprepara biex toħloq dik magħrufa bħala Energy Union u strateġija Ewropea dwar is-sigurtà tal-enerġija hija pilastru ewlieni ta' din l-Unjoni." Tkellmet ukoll dwar il-ħames prijoritajiet fil-qasam tal- enerġija bl-ewwel punt ikun dak tad-diversifikazzjoni tas- sorsi tal-enerġija. "Nemmen li hemm potenzjal għal sinerġiji bejn il-pajjiżi fin-naħa ta' fuq tal-Afrika, il-Lvant tal-Mediterran u l-Unjoni Ewropea li s'issa għadna ma utilizzajnix. Hemm riżorsi li huma diġà eżistenti f 'dan ir-reġjun u oħrajn li qed jiġu skoperti. Għalhekk li l-idea ta' proġett għal Mediterranean Gas Hub għandu jkun meqjus bħala prijorità fl-aġenda Ewropea," saħqet Dalli. Hija semmiet ukoll l-iżvilupp ta' fuels alternattivi bil-għan li jkollna sistema tat- trasport aktar nadifa, kif wkoll użu ta' aktar karozzi elettriċi. Dalli semmiet l-importanza tat-teknoloġija foto-voltajika u smart meter rool-outs mal-Ewropa kollha kif ukoll il-ħtieġa li tingħata enfasi akbar lill-effiċjenza fl- enerġija. Ir-raba' punt kien dak dwar l-iżvilupp tal-forom ġodda ta' enerġija rinovabbli bħal dik mill-mewġ, panelli fotovoltajiċi fil-baħar, u biofuels prodotti mill-algi. "Nemmen li s-solidarjetà u l-fiduċja huma importantissimi għas-sigurtà fil-qasam tal- enerġija. Neħtieġu network tal-gas u elettriku Ewropew li jkun imqabbda u l-ebda stat membru m'għandu ma jibqa' maqtugħ minn dan in- network," saħqet Dalli. Temmet id-diskors tagħha billi appellat għall-fondi Ewropej għall-proġetti tal- pipeline ppjanati u proġetti ta interconnections li huma ta' interess komuni u li minnhom tista' tiggwadanja Malta. Ottimiżmu fost l-azjendi u l-konsumaturi GĦATTMIN xahar konsekuttiv, pajjiżna kellu l-aqwa livell ta' ottimiżmu fost il-pajjiżi kollha taż- żona Ewro. L-istħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea, li jsir fost l-azjendi u l-konsumaturi, wera kif f 'Jannar 2015 l-indiċi tas-sentiment ekonomiku laħaq il-livell ta' 114.7, kważi 15% aktar mill- medja reġistrata kemm ilu jiġi mkejjel dan l-indikatur. Il-livell ta' ottimiżmu f 'pajjiżna huwa mifrux fost is-setturi kollha. F'Jannar kien hemm titjib fil-kunfidenza fost azjendi li joperaw fis-servizzi, kif ukoll fost dawk fl-industrija. F'dawn iż-żewġ setturi kien hemm titjib fid-domanda li wassal għal żieda fl- impjiegi. Anke s-settur tal-imnut u tal-kostruzzjoni wera titjib sostanzjali, tant li maġġoranza ta' intrapriżi indikaw li jinsabu għaddejjin minn żminijiet tajbin. Dan kien l-ewwel stħarriġ f 'diversi snin li fih kull settur kien ottimist fuq l-andament ekonomiku. Fost oħrajn l-ottimiżmu fis- settur tal-kostruzzjoni huwa fl-aqwa livell mindu beda jsir dan l-istudju. L-istess jista' jingħad għall-operaturi fis-settur tal-imnut. L-ottimiżmu fost l-azjendi qed jiġi rifless ukoll f 'aktar kunfidenza fost il-konsumaturi Maltin u Għawdxin. Fil-fatt, skont il-Kummissjoni Ewropea, il- familji f 'pajjiżna huma fost il-ftit madwar l-Ewropa li qed isostnu li s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom tjiebet fis-sena ta' qabel. Dan huwa anke kkonfermat minn statistika tal-Bank Ċentrali li tindika li, fl-aħħar sena, id-depożiti mal-banek lokali tal-familji Maltin u Għawdxin żdiedu b'€750 miljun, kważi 75% aktar miż-żieda reġistrata fl-aħħar sena tal-amministrazzjoni preċedenti. L-istħarriġ tal- Kummissjoni Ewropea jindika li l-familji f 'pajjiżna jaħsbu li t-titjib fis- sitwazzjoni finanzjarja tagħhom se jkompli din is-sena. Hemm ukoll sentiment pożittiv dwar it-tkabbir ekonomiku ċar li seħħ f 'pajjiżna u fiduċja qawwija li l-qgħad f 'Malta se jkompli jonqos. Intant il-Gvern qal fi stqarrija li jilqa' dawn ir-riżultati u li l-figuri jikkonfermaw l-arja ta' ottimiżmu li hawn bħalissa f 'pajjiżna. "Bil-miżuri li se jitwettqu din is-sena, u bid-dinamiżmu tal-familji u l-azjendi, il-Gvern huwa kunfidenti li l-potenzjal ekonomiku ta' Malta se jkompli jissaħħaħ u jilħaq l-aħjar livelli li qatt kien fihom fl-aħħar snin." "Ma nistgħux nieħdu s-sigurtà tal-enerġija b'ovvju" – Miriam Dalli "Nemmen li hemm potenzjal għal sinerġiji bejn il-pajjiżi fin-naħa ta' fuq tal-Afrika, il-Lvant tal-Mediterran u l-Unjoni Ewropea li s'issa għadna ma utilizzajnix" Il-Bank Ċentrali jgħid li fl-aħħar sena żdiedu d-depożiti fil-banek