Illum previous editions

illum 1 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/455581

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

Il-Ħadd 01 ta' Frar 2015 | illum 15 Society for Children and the Arts, u dawn qed jipprovaw jesploraw kif it-tfal jistgħu jiltaqgħu ma' affarijiet kulturali mhux f 'kuntest ta' skola. Hawn ħafna affarijiet kulturali li ngħaqdu l-familji, li nkabbru l-kreattività fit-tfal u għandna wkoll f 'moħħna għall-Mużew tat-Tfulija. L-idea hi li kulħadd għadda mit-tfulija, għal xi nies kienet esperjenza sabiħ għal oħrajn forsi mhux daqshekk… dan huwa dwar ċelebrazzjoni tat-tfulija… se jkun hemm affarijiet statiċi, imma mhuwiex dwar dan… dwar kultura, interazzjoni, ġenerazzjonijiet, tfulija eċċ. Għandna tim tekniku li qed jieħdu ħsieb ta' dan kollu wkoll. Kif tħossok int li int direttur ta' din il-fondazzjoni? Inħossni tassew privileġġjata li jiena parti minn din il-fondazzjoni. Niltaqa' ma' tant nies li jridu xi ħaġa tajba li sseħħ, u li jridu jaqsmu dak li għandhom. L-idea kollha tagħha tant hi pożittiva, tant hi sabiħa li ġġiegħlek tħossok tajjeb. Din hija fondazzjoni li tgħaqqad lil persuni li jgħixu Malta, u mhux biss il-Maltin, biex tiġborhom flimkien u tisma' l-ideat tagħhom. Ma jfissirx li aħna naqblu ma' dak kollu li jingħad imma qed naraw x'inhu t-tajjeb u nippruvaw naġevolawh. L-aspetattiva tan-nies hija fenomenali, ir-rispons kien enormi u hija forsi kemm kemm tal-biża' għax aħna grupp żgħir u nixtiequ li nagħmlu ħafna aktar milli diġà qed nagħmlu. Il-fondazzjoni se tkun qed torganizza l-Interfaith NGO Forum nhar it-Tlieta u dan huwa miftuħ għall-pubbliku. Dawk li jixtiequ jissieħbu jistgħu jidħlu fuq www. pfws.org.mt li tidderiġihom għall- indirizz tal-imejl u anke għall- paġna ta' Facebook minn fejn jistgħu jġibu iktar informazzjoni sabiex jattendu dan il-forum. Dr. Ruth Farrugia Avukat u lecturer fil-Fakultà tal-Liġi fl-Università ta' Malta Studjat fl-Università ta' Malta u ta' Strasburgu fost l-oħrajn Serviet bħala Chairperson taċ- Children Care Orders u abbozzat numru ta' liġijiet fosthom iċ-Child Protection Bill li bħalissa għadha kif bdiet tiġi diskussa fil-Parlament F'Ġunju li għadda kienet maħtura bħala l-ewwel Direttriċi Ġenerali tal-President's Foundation for the Wellbeing of Society tas-soċjetà f 'pajjiżna"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 February 2015