Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/455581
18 illum | Il-Ħadd 01 ta' Frar 2015 K ieku ma rridx nikkummenta imma lanqas nista'. L-insistenza tal- mexxejja Nazzjonalisti, li l-Gvern qiegħed jisraq il-flus lin-nies minħabba l-prezz taż-żejt hija surreali. Il-kelma "jisraq" mhux tweġġagħni, iżda ġejja mingħand xi ħadd li "seraq" onorarja, ħalla lil min litteralment jisraq eluf mijiet ta' eluf ta' ewro waqt laqgħat fil-Board Room tal-Enemalta, li minn taħt imnieħru nsterqu miljuni ta' ewro mid- Dipartiment tal-VAT, u miljuni oħra minn hawn u minn hemm li kien isemmi kull sena l-Awditur Ġenerali sa ftit ilu, hija akkuża surreali li ġejja minn xi ħadd li m'għandux żejt f 'wiċċu. Meta sa ftit ilu l-prezz taż-żejt fis- suq kien dejjem tiela' qisu l-merkurju ta' temperatura f 'xi pajjiż ekwitorjali, għal minn kellu ftit sens moħħu, il-"hedging" kien fost oħrajn is- soluzzjoni ovvja għal ħafna pajjiżi. Il-Gvern preċedenti ma kienx ħa dan il-parir u minħabba dan ħallasna biz-zalza għax-xiri taż-żejt għaliex meta stajna għamilna l-"hedging" biex niffrankaw, bqajna dejjem nixtru bl-ogħla prezz fis-suq. Magħdud mal- prezz għoli li konna nħallsu għalih kien hemm bonus ieħor. Ma kienx xi bonus li gawda minnu l-poplu Malti. Kien bonus li gawdew minnu ponn nies, li minn wara dahar il-poplu, bl-istess mod kif ittieħdet l-onorarja minn membri fil-kabinett, kien hemm manka kbira li minnha ma kienx jgħaddi ż-żejt bl-irħis iżda l-"commissions" infami li issa drajna nisimgħu bihom kull filgħodu hekk kif jidden is-serduq. Tant kien skandlu kbir, li qisu ma għandu ebda tmiem. Ta' kuljum nisimgħu b'xi isem ġdid u b'xi persuna oħra titressaq il-Qorti! Qatt ma naf li kien hemm xi skandlu pre-elettorali baqa' jkarkar daqstant fit-tul anke wara elezzjoni! Tant huwa skandlu kbir li x'aktarx se jibqa' jgħum fil-wiċċ anke fil- kampanja elettorali li jmiss. Qabel ma ħareġ dan l-iskandlu kont naħseb li t-tbażwir tal-BWSC kien l-omm tal-iskandli kollha. Għalkemm irridu ngħidu li hemm xi ħaġa komuni bejn it-tnejn: li mod jew ieħor imissu intrinsikament ma' qasam tal- enerġija. B'dan kollu l-mexxejja Nazzjonalisti, qegħdin jimmontaw kampanja fuq il-prezz taż-żejt, daqslikieku kienu huma l-pampaluni tal-poplu f 'dan il-qasam. L-istess nies li waslu lil dan il-pajjiż f 'xifer il-falliment totali fil-qasam tal-enerġija u x-xiri taż- żejt, jridu jgħallmu x'għandu jsir f 'dan il-qasam meta kellhom bejn 25 sena ċans biex iwettqu dak li llum jipprietkaw. Meta nismagħhom jipprovaw jgħallmu fuq dan is- suġġett, qisni qiegħed nisma' lil Josef Stalin jagħti "lecture" lill-Amnesty International dwar id-drittijiet tal- bniedem. M'hemm ebda dubju li l-"hedging" fih ir-riskji tiegħu. Dak li għamilna sar meta l-prezz taż-żejt kien fl-ogħla tiegħu. L-indikazzjonijiet kienu bil- kuntrarju ta' dak li qed naraw illum, għalkemm hemm logħba għaddejja li se twassal għall-falliment totali ta' xi pajjiżi. Ir-roħs astronomiku taż- żejt mhux marbut ma' problema ta' produzzjoni. Li hu żgur hu, li meta dan il-Gvern għażel il-"hedging" dan għamlu fl-interess tal-poplu anke jekk wara rriżulta li l-prezz ħa sabta 'l isfel. Illum, fil-Kumitat tax-Xiri taż-żejt m'hemmx George Farrugia u s-sinjura jagħfas fejn jaqbillu. Illum f 'dan il-kumitat hemm il-Perit Michael Falzon li kif stqarr għadu jaħdem fil-Partit Nazzjonalista u jekk naf lil dan il-perit tajjeb, mhux xi wieħed li tgħamillu l-bżieq fuq imnieħru. Apparti dan il-kuntratt tal-"hedging" dalwaqt jispiċċa u m'għandniex għalfejn ngħid l-effetti x'se jkunu. Hemm gwerra politika għaddejja li biex jevitaw l-użu tal-azzarini qegħdin minflok il-bramel taż-żejt. Fil-mira hemm fost oħrajn ir-Russja minħabba l-kwistjoni tal-Ukrajna. Qabel, il-gwerra bierda kienet tkun missielta bil-missili ppunatati lejn naħa u lejn oħra, illum hemm il-bjar taż-żejt għalhekk xi darba dan se jibda jerġa' jibda jogħla vertikalment. Meta nisma' lill-mexxejja Nazzjonalisti jwerwru lin-nies lanqas nista' ma nirrabjax iżda fl-istess ħin nitbissem. Nitbissem għaliex ma jistgħux jifhmu li mhux biss ma għandhomx kredibbiltà iżda n-nies mhumiex imwerwrin daqskemm iriduhom huma. In-nies ma jħarsux lejn il-meter virtwali li hemm fuq is-sit MaltaRightNow. In-nies iħarsu lejn il-meter li għandhom fid-dar tagħhom. Meter tad-dawl u ilma li sa qabel Marzu 2013 kien jaqbadhom ħass ħażin meta jħarsu lejh jew li kienu jgħaddu b'għaġġla minn quddiemu biex ma jarawhx. Meter tad-dawl li tant kien jagħqad u jdur li ġab mijiet ta' Maltin fl-inkwiet għaliex biex jiffrankaw kellhom ibagħbsu miegħu. Illum dak iż-żmien għadda jogħla kemm jogħla ż-żejt. Kulħadd jaqbel li dawn il- kontijiet raħsu u kontra kull profezija appokalittika tal-mexxejja Nazzjonalisti biex dan seta' jsir, ħadd ma ra taxxi ġodda jiklulhom flushom mill-but. Anzi n-nies qegħdin jistennew b'ħerqa li jasal Marzu għaliex f 'dak ix-xahar jorħsu l-prezzijiet tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma anke għal dawk li jinsabu fin- negozju. Dan se jkun qiegħed jagħti nifs lil dawk li għandhom kemm jekk daqxejn ta' toqba u kemm jekk fabbrika kbira. Meta jonqsu aktar il-prezzijiet tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma, l-ekonomija inevitabbilment se tkompli tikber kif għamlet sa issa. Issa aktar minn qabel b'dak li se jiffrankaw tan-negozji. Aktar minn hekk fi ftit żmien ieħor se jkun qiegħed jiffunzjona l-"interconnector" li se jkompli jagħti spinta biex il-kontijiet jinżlu aktar 'l isfel. Fost in-nies hemm sensazzjoni reali li bil-programm li għandu l-Gvern illum, il-prospetti huma ċari: aktar roħs f 'dan il-konsum. Is-sensazzjoni taħt l-Amministrazzjoni l-oħra kienet dijametrikament opposta. Kien hemm il-biża' ċerta li l-awment fil-prezzijiet kien wieħed vertikali u wieqaf għall- aħħar. Dak iż-żmien il-kontijiet tad- dawl kienu qishom tromba tar-riħ li tibla' kollox u lil kulħadd, filwaqt li ponn żgħir ta' sinjuri, u sinjuri realment, kienu għaddejjin jinkassaw mijiet ta' eluf ta' ewro minn fuq il- ħajja miżerabbli tan-nies. Il-verità hija waħda. L-Oppożizzjoni taf li l-Gvern għandu pjan ta' veru, realizzabbli u li qiegħed ikun imwettaq fil-qasam tal-enerġija. Dan jafuh u jixtiequ li kieku setgħu għamluh huma. Il-pjan li għandu llum il-Gvern ma għandux aktar ikun deskritt bħala "Alice in Wonderland", għaliex wara kollox huma l-familji li jafu x'dieħel fil-but tagħhom illum u x'ħareġ minnu lbieraħ. Ir-realtà hija waħda, li fil-pjan li għandu l-Gvern fil-qasam tal-enerġija qegħdin jaraw telfa elettorali oħra. Sa elezzjoni oħra, il-poplu elettorali se jkun f 'pożizzjoni li jiġġudika kemm partit u kif ukoll ieħor. Dan il-ġudizzju se jsir fuq kemm il-poplu franka għax hemm dan il-Gvern u fuq x'kien ikollu joħroġ li kieku baqa' l-ieħor. Min seraq lil min "Ir-realtà hija waħda, li fil-pjan li għandu l-Gvern fil-qasam tal-enerġija qegħdin jaraw telfa elettorali oħra" TONI ABELA "In-nies ma jħarsux lejn il-meter virtwali li hemm fuq is-sit MaltaRightNow. In-nies iħarsu lejn il-meter li għandhom fid-dar tagħhom"