Illum previous editions

illum 1 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/455581

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

30 illum | Il-Ħadd 01 ta' Frar 2015 Kif beda l-interess tiegħek fil-futbol? Twelidt f 'familja assoċjata mal- futbol f 'Għawdex. Missieri u z-ziju kienu plejers ma' diversi klabbs f 'Għawdex u missieri kien President tal-Victoria United u sussegwentament SK Victoria Wanderers. Ħija kien plejer, kowċ u President ta' SK Victoria Wanderers u jiena kont goalkeeper man- nursery tal-SK Victoria Wanderers u President tal-Youth Section tal-istess klabb għal diversi snin. Kif ħadt l-aħbar li ġejt elett bħala President tal-GFA speċjalment meta kellek kontestazzjoni mhux daqstant faċli minn persuna bħal Joe Bajda li ilu midħla tal-futbol Għawdxi għal madwar dawn l-aħħar 40 sena? Madankollu fil-voatzzjoni finali ksibt riżultat li nistgħu nniddeskrivuh bħala maġġoranza assoluta ta' 21 vs 11. Dan kien riżultat mill-aqwa għalik. X'tikkummenta? L-ewwel nett qatt f 'ħajti ma naf li kkontestajt xi elezzjoni faċli, kemm meta kont student f 'għaqdiet studenteski u kemm dawk marbuta mal-politika. L-uniku elezzjonijiet faċli kienu dawk internament fl- SK Victoria Wanderers minħabba l-assoċjazzjoni tal-familja ma' dan il-klabb. Joe Bajada kien ilu fil-GFA u ta servizz fis-sistema ta' kif ikun organizzat il-futbol f 'Għawdex, allura forsi telaq minn pożizzjoni iktar favorevoli u papabbli. Jiena mill-ewwel ridt nikkonvinċi lill- klabbs, li jiena validu, għandi x'noffri u d-dell tal-SK Victoria Wanderers ma kienx sejjer itellifni milli nkun għas-servizz ta' kulħadd u super partes. Ridt ukoll nikkonvinċi li dan mhux eżerċizzju ta' politika partiġġjana. Ma kinitx faċli nikkumbatti u ridt naqdef tajjeb f 'perjodu pjuttost qasir. Però m'għamilt obligazzjonijiet ma' ħadd. Jiena rajt din bħala sfida miegħi nnifsi u għax emmint li ż-żmien kien tajjeb biex jiena nimpenja ruħi f 'dan il-qasam ħadt l-isbriga illi nikkontesta u nikkonvinċi lill- votanti - il-klabbs. Jiena affaċjajt kull klabb b'mistoqsija ewlenija. Jekk kien komdu bl-istatus quo allura ma setax jikkunsidrani għaliex jiena qatt ma kont parti minn dik is-sistema, la jiena obbligat lejn din is-sistema u lanqas ridt dik is-sistema. Jekk klabb xtaq jara l-bidla fis-sistema li nixtieq nara jiena allura tlabtu jikkunsidrani. Il-klabbs Għawdxin riedu bidla. Apprezzajt ukoll il- plejers u l-eks plejers illi avviċinawni u awgurawli u tawni s-suġġerimenti tagħhom għall-bidla. Din iċ-ċarezza fil-ħsieb naħseb li kien fundamentali biex jiena kkonvinċejt lill-klabbs jappoġġjawni. Jiena nixtieq inbiddel. Minix ngħid li ta' qabli mexxew ħazin għax jiena nirrispetta d-deċiżjonijiet li ttieħdu qabel u napprezza l-isforz li kull uffiċjal mill-President 'l isfel għamel għall-ġid tal-assoċjazzjoni. Jiena però nifhem illi rridu ninvestu bis- sħiħ f 'sistemi ġodda ta' tmexxija, ta' relazzjoni mal-klabbs u wkoll ta' servizz lin-nurseries tal-klabbs rispettivi u l-plejers. X'tikkummenta fuq il-fatt li ħadt il- Presidenza tal-GFA meta għandek età relattivament żgħira? Ifisser li għandi iktar enerġija. Dan mhux l-ewwel impenn pubbliku tiegħi u lanqas ma hi l-ewwel darba li ġejt afdat b'mandat u ġġudikat sussegwentament fuqu. Ta' 20 sena ġejt elett Kunsillier, ta' 27 sena Sindku u ta' 31 konfermat bħala Sindku bl-ikbar ammont ta' voti li qatt ġab kandidat, fil-belt Victoria, fejn Sindku qatt ma għamel iktar minn term wieħed u b'żieda ta' 2.9% tal-voti għall-Partit li nirrappreżenta fl-istess ġurnata li ġarrab l-ikbar telfa elettorali fl-istorja tiegħu. Jiena barra l-futbol ipprattikajt il- Fencing f 'Malta u fl-Italja. Il-fencing huwa sport fejn l-atleta jilħaq il-milja tiegħu fl-'early thirties', minħabba l-bilanċ ta' enerġija fiżika u maturità li jirrikjedi dak l-isport. Naħseb li ninsab f 'fazi fejn umilment nista' nagħti l-aħjar tiegħi għall-GFA. Jekk huwiex minnu naraw 'il quddiem. Iż-żmien itina parir! Int ukoll is-Sindku tal-belt kapitali ta' Għawdex Victoria. Kif se jirnexxielek tlaħħaq ma' dawn iż-żewġ karigi ferm u ferm impenjattivi? Ħabib tiegħi meta għidtlu li beħsiebni nikkontesta għall- elezzjoni ta' President tal-GFA qalli "Taf li l-ġurnata fiha 24 siegħa?" Jiena għidtlu "Naf li norqod 6 sigħat u jibqa' 18-il siegħa". Jiena persuna li m'għandix kwiet u dejjem nara kif se nżomm ruħi mpenjat. L-impenn tiegħi ta' Sindku hemm se jibqa' apparti li għandi karigi oħra. Li kieku ħassejt li m'għandix ħin ma kontx nimpenja ruħi għax m'inix it-tip li nieħu gost insaħħan is-siġġu. Fil-fatt tliet snin ilu diġà kienu ħajruni biex nikkontesta però jiena kont rajt li l-ħin ma kienx propizju u ma kienx iż-żmien ideali. Illum inħoss li għandi riżorsi u ħin x'niddedika għall-GFA u l-futbol f 'Għawdex. Meta nħoss li ma fadallix ħin, jiena nkun l-ewwel wieħed li nwarrab. X'responsabbiltà ġġorr magħha din il-kariga importanti ta' President tal-GFA? Hija kariga importanti mhux għax ittini xi status soċjali imma għaliex l-GFA mwaqqfa fl-1936 hija l-uniku organizzazzjoni li permezz tal-klabbs u l-assoċjati magħha tipprovdi l-uniku kampjonat ta' sport organizzat f 'dak il-livell f 'Għawdex. Hija sfortuna li Għawdex m'għandniex iktar kampjonati ta' sport differenti però r-realtà hija dik li hi u nħoss li anki l-futbol jinsab mhedded u allura hemm obbligu ikbar fuq il-President li jassigura l-futur ta' dan l-isport. X'avvanzi għamel il-futbol Għawdxi f 'dawn l-aħħar snin u x'investimenti qed isiru fosthom fil-Gozo Stadium? Il-futbol f 'Għawdex għamel avvanzi kbar però qed jaffaċċja sfidi kbar ukoll, l-iktar minħabba l-popolazzjoni żagħżugħa li qiegħda kulma jmur tonqos li jfisser plejers inqas allura sfidi ikbar. Trid tifhem li mill-istess pool ta' popolazzjoni li joħroġ minnha l-klabb ta' Birkirkara minn Għawdex joħorgu 14 -il klabb. Saru investimenti sostanzjali kemm fil-faċilitajiet tal-Gozo Stadium kif ukoll f 'diversi grawnds u pitches oħra f 'Għawdex dan kollu tejjeb il-livell. Però m'għandiex inħarsu biss lejn fejn qegħdin imma lejn fejn sejrin ukoll u allura rridu nilqgħu għall-isfidi tal-ġejjieni. Irridu nkunu innovattivi u kreattivi. U rridu naġixxu malajr ukoll. Kif inhi r-relazzjoni tagħkom bħala GFA mal-MFA u kif tikkolaboraw ma' xulxin? Ir-relazzjoni hija ottima, u fost l-ewwel awguri li rċevejt kienu mingħand uffiċjali tal-MFA. Il-Gozo Stadium huwa mħejji bizzejjed biex jospita xi logħbiet importanti u ta' ċertu prestiġju bħal m'għamel fil-Kampjonat Ewropew ta' taħt is-17 –il sena organizzat mill-UEFA f 'Mejju li għadda? Iva, però jrid isirlu xi titjib ieħor. Wieħed ma jistax jieqaf minn dan il-lat għax nibdew immorru lura. L-istands u t-tined jeħtieġu titjib sostanzjali. SPORTSillum Dr Samuel Azzopardi – Avukat Għawdxi li bħal donnu kull fejn jimraħ jikseb suċċess hekk kif wara s-suċċess li kiseb l-politika kemm dik nazzjonali kif ukoll dik ukoll lokali, nhar it-Tlieta li għadda kiseb il-maġġorazna assoluta tal-voti -elezzjoni għall-Presidenza tal-GFA meta għeleb lill-konkorrent dirett tiegħu, is-Segretarju Ġenerali tal-GFA, Joe Bajada b'21 vot għal 11-il vot. "Jiena rajt din bħala sfida miegħi nnifsi u għax emmint li ż-żmien kien tajjeb biex jiena nimpenja ruħi f 'dan il-qasam ħadt l-isbriga li nikkontesta u nikkonvinċi lill-votanti - il- klabbs" "Qatt f 'ħajti ma naf li kkontestajt xi elezzjoni faċli, kemm meta kont student f 'għaqdiet studenteski u kemm dawk marbuta mal- politika" Is-Sindku Għawdxi li ta' 32 CRISTIAN ANTONY MUSCAT

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 February 2015