Illum previous editions

illum 1 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/455581

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 illum | Il-Ħadd 01 ta' Frar 2015 LISPORT tat-tiġrijiet taż- żwiemel f 'Malta u Għawdex hu tradizzjonalment meqjus bħala sport tal- irġiel. F'Għawdex għat-tieni darba fl-istorja tat-tiġrijiet taż-żwiemel ġiet maħtura mara bħala president tal-Gozo Horse Racing Association (GHRA). Mary Mifsud Micallef, omm Mikhail-Sam ta' 19-il sena u miżżewġa lil Raymond. Dan wara li xi snin ilu din il-pożizzjoni kienet fiha Dr Justyne Caruana llum segretarju parlamentari u deputat Parlamentari mal- Partit Laburista. Iltqajt ma' Mary fl-uffiċċju tagħha tal-Housing fejn taħdem bħala skrivana, mgħottija b'valanga files u bdejna nitkellmu fuq din l-avventura tagħha. Bdiet tgħidli li kienet taf li l-ħajja hi iebsa f 'dak l-ambjent, "Iżda mhux daqshekk ta!" Staqsejtha kif bdiet din l-imħabba tagħha lejn iż-żwiemel, "Kien ibni. Ta' età żgħira ġie qal lili u lil missieru biex nixtrulu Shetland Pony u qtajnielu xewqtu u semmieh Rover Star. Minn hemm beda d-delizzju lejn iż-żwiemel fejn ibni baqa' jkabbar u spiċċa b'wieħed mill-aqwa żwiemel tat-trott li hawn f 'Malta u Għawdex, żiemel Żvediż jismu Playboy CH. "Kultant kont immur nara liż-żiemel tat-tifel f 'xi tiġrija u kont ninduna kemm hemm diżorganizzazzjoni organizzata, dejjem mil-lenti tiegħi. Kien hemm membri tal-kumitat li bdew jitolbuni biex nidħol magħhom. Ir- raġuni ma nafx forsi raw xi ħaġa speċjali fija? Ma nafx. Naf li fis-sajf il-kumitat innominani b'mod unanimu għal President u aċċettajt." Mistoqsija x'għamlet meta ħadet ir-riedni f 'idejha, Mary b'dik it-tbissima dejjiema tagħha qaltli, "Ara l-ambjent ma kienx jilqgħek xejn. Diżappuntata bl- ambjent meta hemmhekk tant hemm arja sabiħa u trankwilla u bdejt bil- "Irrid nġib l-isport taż-żwiemel illum@mediatoday.com.mt John Busuttil Il-mara li tmexxi l-isport taż-żwiemel f 'Għawdex "Kultant kont immur nara liż-żiemel tat- tifel f 'xi tiġrija u kont ninduna kemm hemm diżorganizzazzjoni organizzata, dejjem mil- lenti tiegħi. Kien hemm membri tal-kumitat li bdew jitolbuni biex nidħol magħhom"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 February 2015