Illum previous editions

illum 1 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/455581

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

WARA li din il-ġimgħa kienu żvelati d-disinni tal-posti tal-monti, li huma magħmula minn vireg ta' ħadid u inċirata tal-plastik b'disinn tas- salib tal-Kavallieri, ħafna kienu dawk li kkritikaw b'mod aħrax dawn il-posti u kif ukoll il-post fejn se jkun qed jintrama l-monti jiġifieri bejn il-bini tal- Parlament il-ġdid u t-Teatru Rjal. Fost dawk li semmgħu leħinhom kien hemm il- President ta' Din l-Art Ħelwa Simone Mizzi, is-Sindku tal- Belt Valletta Alexiei Dingli u ċ-Chairman tal-Fondazzjoni Valletta 2018 Jason Micallef li lkoll esprimew id- diżapprovazzjoni tagħhom dwar il-monti u n-nuqqas ta' konsultazzjoni. Ta' min jinnota li x-xogħol fuq dawn il-75 gabbana ilu għaddej minn Novembru. Ikkummenta wkoll il-Kap tal-Oppożizzjoni li min- naħa tiegħu qal li Gvern Nazzjonalista ma jħallix il-monti fi Triq l-Ordinanza jew x'imkien ħdejn il- proġett ta' Piano. "Għalija l-kultura dejjem tirbaħ fuq il-medjokrità. Għalhekk taħt tmexxija tiegħi, il-monti tal- belt ma jibqax fejn ikerrah il-proġett ta' Renzo Piano." Kummenti oħra kienu dawk tal-perit ewlieni ta' Renzo Piano, Antonio Belvedere li ddeskriva d-deċiżjoni tal-gvern li jirreloka l-monti ħdejn il-bini tal-Parlament bħala tgerfixa sħiħa, tal- mistħija u li l-idea tqabbdu l-biki. Intant, b'reazzjoni għall- kritika li qamet intervjena anke l-Prim Ministru li minn naħa tiegħu qal li l-posti li saru jridu jinbidlu iżda insista li l-monti għandu jibqa' fi Triq l-Ordinanza kif miftiehem mas-sidien tal-monti qabel l-elezzjoni ġenerali. Sadanittant il-Viċi Sindku tal-Belt Valletta Christian Micallef nieda petizzjoni fuq Facebook kontra d-disinn tal-posti l-ġodda u kif ukoll fuq il-post propost għall- monti tal-Belt. Din il-paġna attirat iktar minn 2,000 like fi ftit sigħat u għandha l-appoġġ fosthom tal-Viċi Sindku tal-Furjana Matthew Paris, iċ-Chairman tal- Fondazzjoni Ideat Aaron Farrugia u ċ-Chairman tal- Fondazzjoni Valletta 2018 Jason Micallef. Fost il-kummenti fuq Facebook kien hemm min iddeskriva dawn il-posti tal- monti bħala pastażata, tal- mistħija, gallinari, orrendi u mhux ta' quddiem in-nies. 10 illum | Il-Ħadd 01 ta' Frar 2015 KARRIERA U MHUX SEMPLIĊI MPJIEG ILMITA TIPPROVDI AKTAR MINN SEMPLIĊI MPJIEG. ILMITA HIJA LAKBAR ENTITÀ TAL ICT F'MALTA B'TIM PROFESSJONALI TA' AKTAR MINN 330 IMPJEGAT. AĦNA NINVESTU FIK BIEX TILĦAQ ILPOTENZJAL PROFESSJONALI TIEGĦEK U NASSIGURAW LI LIMPJIEG TIEGĦEK MALMITA JIŻVILUPPA F'KARRIERA LI TTIK SODISFAZZJON. JEKK QIEGĦED/A TFITTEX KARRIERA U MHUX SEMPLIĊI IMPJIEG, IRRIDU NISIMGĦU MINN GĦANDEK. Għal aktar dettalji żur www.mita.gov.mt/careers Ibgħat CV dettaljat, flimkien ma' ittra sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa, 13 ta' Frar 2015 fuq: careers.mita@gov.mt, Human Resources Manager, Malta Information Technology Agency, Gattard House, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda ĦMR 9010 Il-MITA tapplika l-prinċipju ta' opportunitajiet ugwali għal kulħadd SOFTWARE DEVELOPER PERMESS TALETC: 14/2015 Il-kandidati magħżula ser ikunu qed jaħdmu f 'ambjent ta' xogħol dinamiku ukat fuq li jbiddel l-operat ħdan il-Gvern permezz soluzzjonijiet tekniċi tal-aqwa kwalita. Għaldaqstant, il-kandidati ser ikunu esposti għal sezzjonijiet dierenti -operat tal-Gvern u permezz ta' dan se jiżviluppaw jew jimplimentaw/jappoġjaw soluzzjonijiet li jittrasformaw il-mod ta' kif jopera il-Gvern għall-beneċċju taċ-ċittadini. Il-kandidati magħżula jrid ikollhom wieħed minn dawn is-settijiet ta' kwaliċi u/jew esperjenzi meħtieġa: i) Grad akkademiku relatat mal-ICT (livell tal-MQF ta' 6 jew ogħla), f 'liema każ esperjenza preċedenti mhijiex neċessarja; JEW ii) Diploma relatata mal-ICT (livell tal-MQF ta' 5) imkien ma' sena esperjenza ta' xogħol f 'qasam relatat; JEW iii) Diploma relatata mal-ICT (livell tal-MQF ta' 4) imkien ma' sentejn esperjenza f 'software development; JEW iv) tlett snin esperjenza f 'software development. Preferenza tingħata lil kandidati li għandhom ġabra ta' ħiliet kurrenti -ICT, li jinkludu business analysis jew immudellar intraprenditorjali, għaren ta' mudelli ta' disinn, kif ukoll l-abbiltà li jiżviluppaw u jimplimentaw jew isostnu soluzzjonijiet permezz tal-aktar teknoloġiji avvanzati. Kontroversja fuq il-monti tal-Belt Open Day mill-Forzi Armati u l-Protezzjoni Ċivili DIVERSI nies ilbieraħ ħadu l-opportunità biex żaru l-Forzi Armati ta' Malta u kif ukoll id- Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili waqt open day li kienet organizzata bħala parti mill- attivitajiet li ġew organizzati fil-ġimgħa għas-Servizz Pubbliku. Waqt l-attività, uffiċjali mid- dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħadu ħsieb jagħmlu diversi dimostrazzjonijiet lil dawk preżenti fosthom salvataġġ bil-ħbula u dak ta' persuni maqbudin f 'xi inċident tat-traffiku, tifi tan-nar fuq ħażna tal-gass u dak f 'bini għoli u wirjiet mit-taqsimiet tal-klieb, tal-għaddasa u dawk li xogħolhom relatat ma' materjal perikoluż. Intant anke fil-Forzi Armati ta' Malta l-pubbliku kien mistieden jassumi diversi rwoli waqt dimostrazzjonijiet li saru fosthom anke eżerċizzji ta' salvataġġ. Matul il-jum żar l-attivitajiet il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Karmenu Abela li rringrazzja lil dawk kollha involuti fil-protezzjoni ċivili u li b'ħafna dedikazzjoni u sforzi jgħinu biex jiġu salvati l-ħajjiet, propjetajiet u ambjent fi żminijiet ta' kriżi. Faħħar ukoll lis-suldati għall-ħidma tagħhom speċjalment biex tkun imħarsa s-sigurtà nazzjonali. Dawn huma l-posti li ġew suġġeruti biex minnhom jibda jsir il-bejgħ tal-monti Is-suldati ħadu ħsieb jagħmlu diversi dimostrazzjonijiet għall-pubbliku

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 February 2015