Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/455581
Il-Ħadd 01 ta' Frar 2015 | illum 23 JEAN PIERRE CASSAR jpcassar@mediatoday.com.mt Kemm ilek fix-xena tal- ispettaklu? 15-il sena. Minn fejn bdejt? Minn dejjem kont nixtieq li nkun dak li qed idoqq id-diski fuq ir-radju… ta' tlettax-il sena kont noħlom li nkun fuq ir-radju nagħmel dak ix-xogħol… ta' tmintax- il sena ġietni l-opportunità li ningħata taħriġ ma' stazzjon… tgħallimt waħdi għax dejjem kelli passjoni u nies li jispirawni… Kellek xi ħadd fil-familja li ħajrek? Le... però kienu jafu bil- ħajra tiegħi u kienu jinsistu li tajjeb li nkun gradwat u nkompli l-istudji tiegħi l-ewwel… X'inhu s-sigriet li bih tqum b'daqshekk enerġija filgħodu? Ħajja bilanċjata ta' fost ħafna affarijiet, irqad diċenti… u trid tkun trid tagħmlu dan ix-xogħol… il-passjoni li għandi hija kollox… X'inhi ġurnata tipika ta' Abel? Inqum fl-3.55am, nipprepara xi ikel għal matul il-programm u wara… fosthom tuffieħ, ġewż, insalata… niekol ħafif imma spiss matul il- ġurnata… nevita l-ħobż… ninħasel u kolazzjoni li jinkludi bajda mgħollija… fil-5am nitlaq mid-dar u nasal ir-radju fil-5.15am… niffinalizza dak kollu li jkun hemm bżonn teknikament għall-programm tal- ġurnata, naġġorna ruħi bl-aħħar affarijiet li jkunu ġraw matul il-lejl u jkolli production meeting tal- aħħar fis-6.30am. Fis-6am inċempel lit-tifla Nia ta' 5 snin biex inkellimha hekk kif tqum… Xi tgħidilna fuq iż- żewġ kollegi tiegħek… kif tħossok li tibda l-ġurnata magħhom? Kaxxa ġenn it-tnejn li huma! X'inhu l-istil ta' mużika favorit tiegħek? Dance. Kieku m'intix DJ x'int? Għalliem probabbli. Gradwat fil-Fiżika u l-Matematika. Xi tfisser il-familja għalik? Fejn dejjem issib rispett assolut. Xi tfisser kuntentizza għalik? Li nara t-tifla tidħak u li tkun kuntenta hi. X'idaħħkek? L-umoriżmu ta' Striscia La Notizia. X'ibeżżgħek? Li ma tkunx taf fejn qiegħed ma' bniedem li jkun ifisser ħafna għalik. Hemm żvantaġġi meta tkun taħdem fil-mezzi tax- xandir? M'hemmx ħin meta tista' tgħid li waqaft. Trid tkun dedikat u ma taħdimx għall- flus! X'hemm differenti f 'Abel t'issa minn dak li kien ħames snin ilu? Għaddejt minn ħafna esperjenzi f 'ħajti f 'dawn l-aħħar 5 snin li llum iġegħluni ngħid li tassew għext. Abel jagħti kas il-moda? Iva, però ma nimxix magħha dejjem. Għandi l-istil tiegħi li inħossni komdu fih. Ġieli tħajjart tagħmel xi ħaġa fuq it-TV? Għaliex? Kemm-il darba. Bħala kontinwazzjoni ta' dak li nagħmel fuq Vibe FM. X'irwol għandu l-breakfast show? Li jingrana lin-nies b'kemm jista' jkun b'mod pożittiv. Illum iktar minn qatt qabel, kulħadd għandu ħafna tensjoni filgħodu… Xogħolna hu li nnaqqsuh! X'ifisser għalik ir-rispons li tirċievu mingħand is- semmiegħa? Dak huwa is-sodisfazzjon. Fejn tara lil Abel għaxar snin oħra? Ir-radju sar parti kbira minni… Ta' 45 sena jkolli stazzjon jew tnejn t iegħi! Jonathan Abel hu wieħed mill-vuċijiet li ta' kull lgħodu, imkien ma' tnejn oħra jkun fuq Vibe FM jibda l-ġurnata ta' ħafna fuq nota tajba. Huwa DJ u għandu 35 sena. Ħames Minuti Ħames Minuti ma' Jonathan Abel Ħames Minuti Ħames Minuti ma' Jonathan Abel