Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/455581
28 illum Il-Ħadd 01 ta' Frar 2015 SPORTSillum Punt kull wieħed għal Chelsea u Manchester City FILKONFRONT bejn Chelsea u Manchester City ma rajna l-ebda rebbieħ hekk kif il-konfront ta' bejn iż-żewġ timijiet intemm f 'parità ta' 1-1. Loic Remy u David Silva skorjaw iż-żewġ gowls għaż-żewġ timijiet rispettivi. Newcastle United kisbu rebħa tajba ta' 3-0 barra minn darhom kontra Hull City biex ħadu ftit nifs wara staġun kemxejn diżappuntanti li qed jaffrontaw. Everton barra minn darhom kisbu rebħa tajba ta' 1-0 kontra Crystal Palace. Liverpool ġewwa darhom f 'Anfield kisbu tliet punti prezzjużi kontra West Ham United. Ir-rivali tat-tim minn Anfield, Manchester United ukoll kisbu rebħa ferm tajba ta' 3-1 kontra Leicester City. Stoke City u Sunderland għelbu lil Queens Park Rangers u Burnley rispettivament. Tottenham Hotspur barra minn darhom kisbu rebħa tajba kontra West Bromwich Albion bl-iskor ta' 3-0. L-Awstralja jirbħu t-Tazza tal- Asja għall-ewwel darba b'mod drammatiku Serena Williams tegħleb lil Maria Sharapova u tirbaħ l-Australian Open LAWSTRALJA rebħu t-Tazza tal-Asja għall- ewwel darba wara l-ħin barrani b'mod drammatiku b'James Troisi jispiċċa biex ikun l-eroj assolut għalihom hekk kif skorja l-gowl rebbieħ bl-aħħar xutt tal-ewwel taqsima tal- ħin barrani jispiċċa jkun indispensabbli għas- 'Socceroos'. L-Awstralja kienu 1-0 minn fuq sat-tmiem id-90 minuta madankollu fil- ħin miżjud kien il-plejer tal-Korea ta' Isfel, Son Heungmin, li ġab parità drammatika. Għall-kronaka kien il-plejer rivelazzjoni tal-Awstralja f 'dan it- turnament, Luongo, li kien fetaħ l-iscore għall- Awstralja permezz ta' gowl mill-isbaħ mid-distanza. Tajjeb ngħidu li l-Awstralja kien l-iktar tim li skorja gowls f 'dan it- turnament, 14-il gowl. Plejers tal-Awstralja jiċċelebraw bil-kbir wara li rebħu t-Tazza tal-Asja għall-ewwel darba fl-istorja tagħom ITTENNISTA Serena Williams għelbet lil Maria Sharapova biex rebħet is-sitt titlu tal-Australian Open u d-19-il titlu Grand Slam fil-karriera mill-aqwa tagħha. L-Amerikana klassifikata fin-numru 1 kienet bla dubju l-aqwa tennista tul il-logħba kollha u rebħet bl-iskor konvinċenti ta' 6-3, 7-6, 7-5 wara li Sharapova daħlet lura fil-logħba fit- tieni sett. Williams li għandha 33 sena b'dan l-unur personali għaddiet lit-tennisti Martina Navratilova u Chris Vert f 'dak li għandu x'jaqsam ma' rebħ ta' titli mondjali fit- tennis, meta issa rebħet 19-il titlu prinċipali fil-karriera tennistika tagħha. Għall-fini ta' iktar statistika, permezz tat-titlu li rebħet ilbieraħ, Serena Williams, issa għelbet lir-Russa Sharapova li hija klassifikata fin-numru 2 għal 16-il darba konsekuttiva sa mis-sena 2004. Serena Williams tippoża bit-trofew tar-rebħ tal-Australian Open