Illum previous editions

illum 1 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/455581

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

Il-Ħadd 01 ta' Frar 2015 | illum 29 SPORTSillum DANICA Bonello Spiteri m'għandha bżonn tal-ebda introduzzjoni fid-dinja tal-isport. Ilha tikkompeti fit-triathlon f 'Malta kif ukoll barra minn xtutna għal dawn l-aħħar 20 sena. Bonello Spiteri hija meqjusa bħala r-reġina tat-triathlon fejn dejjem irnexxielha tikseb suċċessi f 'diversi oqsma tat-triathlon li ħadd għadu ma rnexxielu jikseb. Hija rebħet iktar minn 20 titlu nazzjonali fil- Kampjonati Maltin tat-triathlon, duathlon, aquathlon kif ukoll fil-cross triathlon. Barra minn xtutna rebħet diversi unuri f 'dawn l-aħħar snin li jinkludu: Żewġ medalji tad-deheb • fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tat-triathlon, apparti oħrajn tal-fidda u tal-bronż Titlu ta' Kampjonessa • Mondjali fil-qasam tal-'cross triathlon' li wkoll wassal biex hi tkun l-ewwel Maltija li qatt ikkwalifikat għall-finali tal-Xterra li jsiru f 'Maui, fil-Hawaii fejn ġiet fil- ħames post Fil-Kampjonati Ewropej • tat-triathlon ġiet fit-tielet post fl-2012 (Iżrael), u fit-tieni post fl-2014 (Awstrija) Irrapreżentat lil • Malta fil-Logħob tal- Commonwealth fl-iSkozja fl-2014, fejn ġiet fil-15-il post Dawn fost diversi kompetizzjonijiet ta' kalibru internazzjonali fejn ikkompetiet anki fil-livell ta' Elite. Bonello Spiteri hija atleta eżemplari peress li avolja titħarreġ fi sport li jirrikkjedi sigħat twal ta' taħriġ u dedikazzjoni, hija xorta waħda tibqa' taħdem xogħol regolari. Il-karriera tagħha għandha l-impenn tagħha wkoll. Hija għadha kif temmet erba' snin fl- Ingilterra fejn kienet qed taħdem u tistudja biex issir tabiba speċjalista fil-qasam tal-isport u l-eżerċizzju. "Xejn ma kienet faċli għalija biex jirnexxieli nlaħħaq ma' dak li għamilt fis-sena 2014. Il-fatt li kelli inħalli lir-raġel, iċ-ċiklist Etienne Bonello, Malta, ngħix waħdi ġo pajjiż ieħor fejn kelli nkun iddixxiplinata biex inlaħħaq max-xogħol, studju u taħriġ, kienet iebsa ħafna. Iżda l-fatt li rnexxieli nasal fejn wasalt illum hu ta' sodisfazzjon kbir għalija. Nixtieq nuża l-eżempju tiegħi biex nuri li l-frażi 'where there's a will, there's a way' hija tabilħaqq verità. Jekk jirnexxieli nimmotiva mqar persuna waħda biex tkun iktar pożittiva fil-ħajja u tgħix ħajja b'iktar eżerċizzju fiżiku, jiena nkun kuntenta". Bonello Spiteri rċeviet diversi unuri nazzjonali fil- qasam tal-isport Malti. Fl-1999 kienet rebħet l-iSportsmanship Award fejn fil-kampjonat nazzjonali, ir-rivali tagħha kellha problema bil-makkinarju tar-rota u kellha tieqaf, iżda Bonello Spiteri waqfet u offriet ir-rota tagħha lill- atleta rivali tagħha. Dan l-att ta' altruwiżmu ġie ppremjat b'dan il-mod. Bonello Spiteri hija l-iżgħar atleta li qatt kienet fil-finali tal-iSportiva Nazzjonali tas- sena, fejn fl-1998 waslet sat- tieni post, meta kellha biss 17-il sena. Nistgħu ngħidu wkoll li minn dak iż-żmien 'l hawn, Bonello Spiteri kienet regolarment waħda mill- ħames finalisti tal-isportiva tas-sena f 'dawn l-aħħar 15-il sena, xi ħaġa li l-ebda atleta femminili f 'Malta qatt ma rnexxielha tikseb. Is-sena 2010 kienet is-sena li fl-aħħar irnexxielha tirbaħ l-unur tal- iSportiva tas-Sena. Fis-sena 2011 reġgħet ġiet fit-tieni post ta' dan l-unur, iżda fl-istess sena rebħet l-iSport Malta Award, fejn Bonello Spiteri qalet li qatt ma kienet tobsor li kien se jkun hemm daqshekk fiduċja fiha li kien ħaqqha tirbaħ dak l-unur! Kienet ferm kuntenta b'dak li kisbet. Din is-sena, Bonello Spiteri reġgħet kienet mal-aħħar ħames finalisti fil-kategorija tal-iSportiva tas-Sena wara s-suċċessi li kisbet fit-triatlon fl-2014. Unur ġdid li Bonello Spiteri kienet finalist għalih kien il- 'People's Choice Award'. Dan huwa unur li qatt ma rebħet u tgħid li l-fatt li waslet sal-finali diġà jfisser ħafna għaliha. "Il-People's Choice Award huwa unur differenti mill- oħrajn. Huwa unur li jfisser li l-poplu Malti għandu fiduċja fik, mhux bħala atleta u l-kapacità tiegħi bħala atleta biss, iżda fiduċja mill-poplu Malti li jien inkun ambaxxatriċi tajba għal pajjiżna meta nsiefer biex intellaq, kif ukoll biex inkun nista' nxandar kemm Malta għandha atleti tajba u ta' kalibru, avolja niġu minn gżira żgħira b'riżorsi limitati ħafna. Kull darba li ntellaq barra minn Malta rrid nagħmel l-aħjar li nista' u iktar, ħalli ntella' dik il-bandiera Maltija għolja kemm jista' jkun, ħalli kulħadd ikun jaf b'Malta ċkejkna tagħna u l-kapaċitajiet tal-atleti tagħna. Inħeġġiġkom biex tkomplu ssegwu l-isport Malti." "Naspira li ma nerġa' nsib il-forma li kont għaddej minnha" – Leighton Grech "Meta jkun hemm ir-rieda, jirnexxielek" WARA li fl-aħħar staġun lagħab ma' Qormi, matul dan l-istaġun il-plejer żagħżugħ Leighton Grech beda l-istaġun tiegħu ma' Birkirkara. Huwa għamel dan bil-kbir meta fit-tieni logħba li kien impenjat fiha f 'liema logħba l-iStripes umiljaw lil Żebbuġ Rangers meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 4-0 huwa rnexxielu jsib ix-xibka wara biss żewġ minuti logħob u saħanistra ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba. Madankollu, fil-ġimgħat ta' wara, huwa ftit li xejn kien inkluż minn Paul Zammit fl-iskwadra tal-iStripes. Dan wassal biex kemm Birkirkara u Leighton Grech innifsu jikkonsidraw opportunitajiet ġodda fil- karriera ta' dan il-plejer żagħżugħ. Kellhom ikunu Qormi li jakkwistaw lil Leighton Grech wara li niftakru li dan il-plejer diġà kellu esperjenza ma' dan it- tim fil-passat riċenti. B'hekk huwa se jkun qed jirritorna ma' Qormi fejn qed jaspira li jkollu esperjenza oħra ta' suċċess. Tajjeb ngħidu wkoll li l-istess plejer rebaħ l-unur prestiġjuż tal-aqwa plejer żagħżugħ mogħti mill- MFPA (l-Assoċjazzjoni li tirrappreżenta lill-futbolers f 'pajjiżna) għall-istaġun li għadda meta kien jilgħab ma' Qormi. ILLUM tkellmet ma' dan il-plejer innifsu fejn talbitu l-kummenti tiegħu rigward kif qed iħares lejn ir-ritorn tiegħu ma' Qormi, Grech ġabar kollox fi ftit kliem u stqarr li: "Ninsab kuntent ħafna li rritornajt ma' Qormi u qed naspira li nerġa' nsib il-forma li kont għaddej minnha matul is- sena li għaddiet." Leighton Grech jiċċelebra ma' wieħed mill-plejers sħabu wara wieħed mill- gowls li skorja ma' Qormi matul l-istaġun li għadda

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 February 2015