Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/455581
Il-Ħadd 01 ta' Frar 2015 | illum 31 Għaliex inħass il-bżonn li jiġu utilizzati grawnds oħra f 'Għawdex? Grawnd wieħed mhux bizzejjed? Le, mhuwiex bizzejjed speċjalment meta għandek pitch bit-turf naturali kollu kemm hu. L-użu tiegħu u l-kundizzjonijiet fil-maltemp jinneċessitaw grawnds oħra minbarra d-diversi logħob li hemm bżonn li jsiru. Ir-referis Għawdxin huma bizzejjed ta' livell? Le, filwaqt li għandek uħud li huma tajbin, għandek oħrajn li hemm opinjoni waħda fuqhom. Hemm bżonn li naraw titjib u iktar referis differenti. U l-kowċis Għawdxin huma bizzejjed ikkwalifikati biex jagħmlu dan? Għawdex nara li hemm pool tajjeb ta' kowċis però wieħed dejjem jista' jtejjeb u l-GFA taħt il-Presidenza tiegħi se tkun qed tinvesti fl-iżvilupp personali tal-plejers u l-kowċis biex jitjieb il-livell. Fil-futbol Għawdxi teżisti korruzzjoni? Sfortunatament il-korruzjoni teżisti kull fejn hemm il-bniedem u l-isport mhux eċċezzjoni. Naħseb li l-passat għallimna dan però jfisser li rridu nkunu viġilanti u iebsa ma' min hu korrott. Dan huwa inaċċettabbli. Taqbel li timijiet Għawdxin jibdew jieħdu sehem f 'kompetizzjonijiet organizzati mill-MFA? Iva naqbel li għandhom il-livell u għandhom jesploraw dan. Kif tikkumpara t-timijiet Għawdxin ma' dawk Maltin? Naħseb li t-timijiet Għawdxin li għal korrettezza huma Maltin ukoll, jikkumparaw tajjeb mat-timijiet tal- gżira ta' Malta. Taħseb li pereżempju timijiet Għawdxin jistgħu jieħdu sehem fil-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni? Inħoss li l-livell tat-timijiet li jieħdu sehem f 'dawn il-kampjonati huma ta' livell ferm simili. Rajna dan verament ċar fl-aħħar logħbiet validi mir-raba' rawnd tal-Malta FA Trophy fejn Victoria Hotspurs u Nadur Youngsters taw sfida denja lil Pietà Hotspurs u lil Hibernians rispettivament, fejn ilkoll nafu li dawn tal-ahhar qed jiddominaw bil- kbir il-Kampjonat BOV Premier. Kif qed tħares lejn il-bidu u l-kumplament tal-ħidma tiegħek fit- tmun tal-GFA? Qed inhares b'ottimiżmu kbir, għax naħseb li hemm art fertili fejn wieħed jimraħ u jtejjeb is-sitwazzjoni preżenti. Jiena nirrinagrazzja lil kull min ta servizz fil-GFA u l-futbol f 'Għawdex u qed inħares 'il quddiem li dan l-ottimiżmu jibqa' miegħi sal- aħħar. Għaddi messaġġ lil dawk l-entużjasti tal-futbol speċjalment dak Għawdxi biex ikomplu jagħtu s-sostenn tagħhom lill-futbol Għawdxi u jissaportjawh b'kull mod meħtieġ. Jiena rrid li fil-GFA niftħu kapitlu fejn kulħadd iħossu nkluż b'mod sħiħ u fejn is-suġġerimenti jinstemgħu u t-tamiet jitwettqu. Kunu miegħi f 'dan il-vjaġġ u nagħmel minn kollox biex ma jiddispjaċikomx! SPORTSillum Twieled l-belt kapitali ta' Għawdex, Victoria, l-5 ta' April 1982. Nhar it-Tlieta li għadda ġie elett bħala President tal-GFA meta għeleb lill- konkorrent dirett tiegħu, is-Segretarju Ġenerali tal-GFA, Joe Bajada b'21 vot għal 11-il vot. Twieled f'familja assoċjata mal-futbol f'Għawdex. Missieru u zijuh kienu plejers ma' diversi klabbs f'Għawdex u missieru kien President tal-Victoria United u sussegwentament SK Victoria Wanderers. Ħuh kien plejer, kowċ u President ta' SK Victoria Wanderers u Dr Azzopardi kien goalkeeper man-nursery tal-SK Victoria Wanderers u President tal-Youth Section tal-istess klabb għal diversi snin. Ta' 20 sena ġie elett Kunsillier, ta' 27 sena Sindku u ta' 31 konfermat bħala Sindku bl-ikbar ammont ta' voti li qatt ġab kandidat, l-belt Victoria, fejn Sindku qatt ma għamel iktar minn term wieħed u b'żieda ta' 2.9% tal-voti għall-Partit li jirrappreżenta -istess ġurnata li ġarrab l-ikbar telfa elettorali -istorja tiegħu. Barra l-futbol ipprattika l-Fencing f'Malta u -Italja. Dr Samuel Azzopardi 32 sena ħa t-tmun tal-GFA Ritratti: Chris Mangion