Illum previous editions

illum 1 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/455581

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Il-Ħadd 01 ta' Frar 2015 | illum 25 SPORTSillum SPORTSillum Ritratt: Ray Attard MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Qormi ....................... 0 Żebbuġ ..................... 1 ŻEBBUĠ Rangers kisbu rebħa minima ta' 1-0 fuq Qormi biex komplew ikabbru l-problemi ta' Qormi għal matul dan l-istaġun. B'hekk issa r-Rangers laħqu lill-Pietà Hotspurs bi 18-il punt. Din kienet is-seba' telfa konsekuttiva għal Qriema li issa ilhom 12-il logħba mingħajr rebħa. Qormi kienu ferm sfortunati li ma fetħux l-iskor fil-25 minuta meta Alfred Effiong laqat il- wieqfa. In-neo-akkwist ta' Żebbuġ Rangers Luke Montebello ttestja lill- goalkeeper Matthew Farrugia u b'xutt tajjeb fis-57 minuta waqt li disa' minuti biss wara xutt ta' Matthew Bartolo ġie newtralizzat minn Matthew Farrugia, mgħejjun mil- lasti. Żebbuġ Rangers skorjaw il-gowl ferm importanti 10 minuti mit-tmiem tal-logħba meta Rashid Yussuff tefa' ġewwa permezz ta' xutt angulat biex tefa' lill-partitarji tar- Rangers f 'dellierju ta' ferħ. Din ir-rebħa żgur li swiet biex tgħolli ferm il-moral tar-Rangers fit-tentattiv tagħhom li jevitaw ir- relegazzjoni. Qormi - Farrugia, Edafe Uzeh, Lima de Mattos (B. Bondin 75'), Chetcuti (Grech 83'), Effiong, Gauci, Temile (Micallef 63'), Vella, Pisani, J. Bondin, Berntsson Żebbuġ - Bartolo, Camilleri, Galea, Barbetti, Borg, Bartolo, Mucchardi, Zammit (Paris 70'), Yussuff, Rodrigues Britto (Reano 86'), Montebello (Ciantar 74') Referi - Alan Mario Sant MATIAS MUCHARDI Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti Kien jilgħab ma' Sliema Wanderers Qed ikollu staġun ferm tajjeb ma' Żebbuġ Rangers Żebbuġ jirbħu d-derby u jkabbru l-problemi ta' Qormi Plejer ta' Zebbug Rangers jogħla tajjeb bir-ras fil-konfront ta' Alfred Effiong

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 February 2015