Illum previous editions

illum 1 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/455581

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

8 illum | Il-Ħadd 01 ta' Frar 2015 F'DIN is-sensiela ta' Omiċidji Mhux Solvuti nagħtu ħarsa lejn qtil li seħħ ftit aktar minn sena u tliet xhur ilu. Dan il-każ huwa ta' Pawlu Grech, Naxxari ta' 47 sena li kien joqgħod il-Magħtab. Il-katavru ta' Grech kien instab nhar il-Ġimgħa, 18 ta' Ottubru 2013 fl-inħawi tal-Aħrax tal-Mellieħa wara li kien ilu rrapportat nieqes aktar minn ġimgħa. Il-Pulizija kienu, u probabbli għadhom sal-lum, ċerti li dan il-qtil ikun solvut. Li huwa interessanti li l-investigaturi kienu qrib sew li jressqu persuna l-Qorti, imma kien jonqoshom biss dik il-prova żgħira biex jaqdu l-jigsaw puzzle. Il-vittma rrapportat nieqes Il-familja ta' Pawlu Grech kienet għamlet rapport mal- Pulizija fl-Għassa tan-Naxxar fejn qalu li kienu ilhom ma jaraw jew jisimgħu b'Pawlu mill-Ħamis, 10 ta' Ottubru 2013. L-aħħar li kienu raw lil Pawlu kien għall-ħabta tas-6.30pm tal-10 ta' Ottubru 2013 f 'Buġibba fil-kumpanija ta' raġel Russu. Huwa kien qed jagħmel użu minn karozza Isuzu Gemini bin-numru ta' reġistrazzjoni CBA 494. Ftit wara li sar ir-rapport, il-Pulizija kienu ħarġu appell fil-mezzi tax-xandir biex min jista' jagħti xi tip ta' informazzjoni fejn jista' jinstab Pawlu Grech, kien mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija. Ma' din l-istqarrija l-Pulizija kienu wkoll ippubblikaw ritratt tiegħu kif ukoll x'tip ta' karozza kien qed jagħmel użu minnha. Dan l-appell ma waqax fuq widnejn torox tant li s-sejba tal-katavru saret possibbli meta persuni nnutaw il- karozza ta' Grech qalb is-siġar fl-inħawi tal-Aħrax tal- Mellieħa. Tinstab il-karozza imma Grech ma deher imkien Nhar il-Ġimgħa, 18 ta' Ottubru 2013 għall-ħabta tal- 9.50am il-Pulizija waslitilha informazzjoni li bejn is-siġar fl-imwarrab mal-ġenb tat-triq li tagħti għall-Aħrax tal- Mellieħa, kien hemm karozza Isuzu Gemini ta' kulur il-fidda bin-numru tar-reġistrazzjoni CBA 494. Hekk kif il-Pulizija vverifikaw in-numru mal-lista li għandhom u tela' li l-karozza kienet dik ta' Pawlu Grech, marru fuq il-post bit-tama li jsibu lil Pawlu fl-inħawi. L-ewwel ma waslu kienu l-Pulizija tad-Distrett u ftit tal-ħin wara marru l-Pulizija mit-Taqsima ta' Kontra l-Vizzji mmexxijin mill-Ispettur Sylvana Briffa. Wara li t-tfittxija mill-Pulizija fl-akwati rriżultat fin-negattiv, intalbet l-assistenza mid- Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex it-tfittxija tinfirex anke taħt l-irdumijiet. Il- Pulizija tad-Distrett marru għand il-familja ta' Grech biex iġibu xi ħaġa personali ta' Grech biex il-klieb ikunu jistgħu jxommu u jfittxu r-riħa tiegħu. Fil-fatt il-Pulizija ġabu żarbuna tal-vittma u wara li l-klieb xammew sew ir-riħa, it-tfittxija għal Grech kompliet tinfirex. Għalkemm bħalma jgħidu li l-aħħar li tmut hija t-tama, aktar ma beda jgħaddi l-ħin u ma kien hemm l-ebda sinjal ta' Grech, il-Pulizija kif ukoll il- membri tal-Protezzjoni Ċivili bdew jaħsbu aktar fil-ħażin. Grech kien l-iżgħar fost seba' aħwa u kien għadu qed jgħix ma' ommu li dak iż-żmien kellha 86 sena. Fl-istess dar fil-Magħtab kienu joqogħdu wkoll erba' ħutu subien. Tinxtamm riħa tinten Waqt li kienet għaddejja t-tfittxija wieħed mill-Pulizija resaq lejn xaqq bejn il-blat li kien jagħti għal ħofra fonda. Kif kien hemm xamm riħa qawwija li kienet ħierġa mill-ħofra, iżda sa dak il- ħin il-Pulizija ma kinux għadhom konvinti li r-riħa kienet ta' katavru fi stat ta' dekompożizzjoni għax minn fuq ma kien jidher xejn ħlief żewġ boroż suwed. Peress li din il-ħofra tidjieq aktar ma tinżel 'l isfel, ir-riħa ma kinitx kontinwa u kienet tinxtamm aktar ma' kull darba li r-riħ minn taħt jimbotta r-riħa 'l fuq. Fil-fatt l-ewwel suspetti kienu li l-boroż suwed barra li kellhom xi skart fih, seta' wkoll kien hemm fdalijiet ta' xi annimal li ntrema fil-ħofra. Dan għax mhux l-ewwel darba li fl-istess inħawi ntremew klieb u qtates mejtin. Jinstabu zkuk u ġebla mċappsin bid-demm Fost il-Pulizija preżenti, kif ukoll uħud mill-membri tal- Protezzjoni Ċivili, kien hemm minnhom li ma kinux konvinti li r-riħa kienet ta' xi annimal mejjet. Għaldaqstant bdiet operazzjoni biex jittellgħu l-boroż suwed. Aktar minn erba' sigħat wara, għall-ħabta tas-2.12 pm, iż- żewġ boroż ittellgħu permezz ta' ganċ li fihom instab li kienu mimlijin bil-jablo. Mill-Qorti Jagħmel €2,900 fi ħsara waqt festin Ġlieda fuq sufan immuffat ŻAGĦŻUGĦ Franċiż li jgħix f 'Malta tressaq il-Qorti wara li ammetta li kkaġuna b'madwar €2,900 ħsara waqt festin f 'appartament li kien kera. Il-Qorti semgħet kif iż- żagħżugħ, Florian Ribouchon ta' 24 sena, u sħabu krew l-appartament fi Triq Camenzuli, Tas-Sliema. Huwa mifhum li l-Franċiż ried jitlaq mill-appartament u li sussegwentament, hu u sid il-kera kellhom diżgwid fuq xi flus. Minħabba f 'hekk huwa organizza party u kien hawn li wassal għall-ħsara li saret fl-appartament. Fil-Qorti, Ribouchon ammetta li għamel €2,900 fi ħsara. Il-Maġistrat Gabriella Vella semgħet kif l-imputat mar l-għassa minn jeddu fejn stqarr mal-pulizija li kien hu li għamel il-ħsara fl- appartament. Madankollu, il-Maġistrat qalet li dan li kien aġir irresponsabbli u għalhekk illiberat lil Ribouchon bil- kundizzjoni li ma jikkomettix reat ieħor fi żmien sena. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Jason Francis Sultana filwaqt li l-Avukat Mark Mifsud Micallef deher bħala għajnuna legali. RAĠEL ta' 55 sena minn Ħaż-Żabbar ġie kkundannat 15-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin wara li nstab ħati li kiser id mara waqt ġlieda fuq sufan immuffat f 'appartament fix- Xgħajra. Carmelo Delia nstab ħati wkoll li nhar it-8 ta' Novembru 2011 huwa ħebb għal Charmaine Muscat u kkaġunalha ġrieħi ta' natura gravi, li kkaġuna ġrieħi ħfief lil Adrian Farrugia u li kiser il-paċi pubblika b'għajjat u ġlied. Il-Qorti semgħet kif dakinhar, il-vittma, Charmaine Muscat, ċemplet lil mara tal- imputat, li tiġi sidt il-post, u qaltilha li kien hemm sufan immuffat fl-appartament. Ftit wara, sid il-kera, Joyce Delia, li toqgħod fl-istess blokka ta' appartamenti marret fir-residenza u hemm qamet ġlieda kbira. Muscat qalet ukoll li f 'ħin minnhom daħlu Carmelo Delia u ibnu. Ibnu taha daqqa u l-imputat qabadha mal- flokk u beda jsabbatha mal-ħajt u qabad siġġu u qalilha li kien se joqtlilha t-tifla li kellha biss sentejn. Muscat xehdet ukoll li meta ċemplet lill-eks sieħeb tagħha, Adrian Farrugia, huwa wasal fil- post u l-irġiel bdew jagħtu lilu. Spjegat li hi marret biex tferraq lit-tlett irġiel waqt li tenniet li l-imputat hedded li joqtolha, beda jagħtiha bil-ponn u hi bdiet tipprova tilqgħu. Qalet ukoll li kaġun tal-ġrieħi li għamlilha Delia, hi spiċċat biex ġiet operata f 'idha x-xellugija u għadha qed tbati biha s'issa. Filwaqt li kkonferma x-xhieda ta' Muscat, Adrian Farrugia qal li Delia avviċinah l-ewwel u tah daqqa ta' ponn ġo wiċċu, u li l-ġlied waqaf biss meta qalilhom li kien se jċempel lill-pulizija. Intant, fix-xhieda tiegħu, l-imputat ċaħad li refa' jdejh fuq Muscat u qal li l-argument qam meta martu, hu, u binhom marru biex jiġbru l-kera mingħand Charmaine Muscat. Xħin ġiet biex tiddeċiedi, il-Qorti qalet li x-xhieda ta' Charmaine Muscat hija aktar kredibbli u qalet li l-atteġġjament ta' Delia seta' jiġi evitat għax il-vjolenza m'għandha qatt tiġi aċċettata. Minħabba f 'hekk il-Qorti, ppreseduta mill-Maġistrat Neville Camilleri, sabet lill-imputat tal-akkużi miġjuba kontrieh u kkundannatu għal 15- il xahar ħabs li se jiġu sospiżi għal tliet snin. Apparti hekk, il-Qorti rabtet lill-ħati b'garanzija personali ta' €1,000 għal żmien sena fil-konfront ta' Charmaine Muscat u Adrian Farrugia. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Robert Said Sarreo. DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt Omiċidju fl-Aħrax tal-Mellieħa fl-2013 Il-vittma kien ilu John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt Investigaturi jittawlu fil-ħofra fejn kien hemm Pawlu Grech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 February 2015