Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/455581
Il-Ħadd 01 ta' Frar 2015 | illum 3 Il-programm jixxandar live fid-8.40pm fuq TVM2 b'ripetizzjoni immedjatament wara fuq TVM. Tista' tibgħat il- kummenti tiegħek fuq: www.facebook.com/reporterontvm Ftit tal-jiem ilu Malta kklassifikat fit-tieni post fil-qasam tas-saħħa minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea u kif ukoll fis-sitt post mill-pajjiżi kollha fid-dinja. Int temmen li għandna servizzi ta' din il-kwalità f 'pajjiżna? Reporter jiddiskuti dan il-qasam mas-Segretarju Parlamentari għas- Saħħa Chris Fearne u x-Shadow Minister Claudette Buttigieg. Il-programm hu ppreżentat mill-ġurnalista Saviour Balzan u għandu produzzjoni tal-kamra tal-aħbarijiet ta' MediaToday. Il-qasam tas-saħħa fuq Reporter "F'sentejn dan il-Gvern għamel xogħol fuq 50% tal-proposti tal-manifest elettorali" "DAN il-Gvern huwa kredibbli għax wettaq bosta miżuri li taw kwalità ta' ħajja aħjar, fejn dan il- Gvern f 'sentejn irnexxielu jaħdem u jagħmel xogħol fuq aktar minn 50% tal- programm elettorali li tela' bih" stqarr dan id- Deputat Prim Ministru u Deputat Mexxej għall- Affarijiet tal-Parlament Louis Grech waqt li kien qed jindirizza l-Konferenza Ġenerali Annwali tal-Partit Laburista. "Forsi hemm min qed jittama jew jixtieq li l-enerġija u l-momentum tal-Gvern se jbatti jew imajna, iżda min qed jaħseb li se jaqta' nifs il-Gvern, jew nifs il-Prim Ministru Joseph Muscat għandu żball kbir, mhux talli mhux se nbattu talli għandna l-kuraġġ u d-determinazzjoni li nżidu l-momentum, li nżidu l-enerġija u nżidu l-ottimiżmu." Louis Grech saħaq fuq l-importanza li dan il-Gvern jibqa' b'saqajh mal-art għax il-fiduċja, li jagħtih il-poplu, bħar-rispett u l-kredibbiltà ma tinxtarax. "Dan kollu trid taħdem għalih il-ħin kollu u tiggwadanjah. Il-Partit tagħna jaf li l-fiduċja tan-nies ma tistax tittieħed b'ovvju." Sostna li l-poplu reġa' ta l-maġġoranza lill-Partit Laburista mhux biss għax l-Oppożizzjoni kienet fjakka u m'offrietx alternattiva iżda għax il-Partit Laburista fil-gvern qed iwettaq il- manifest elettorali, qed jitwettqu r-riformi u għax saru t-tibdiliet li ġabu differenza. "Fuq dawn l-istess raġunijiet nemmnu li l-poplu se jkun qiegħed jagħtina għal darb'oħra l-fiduċja fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u anke fl-elezzjoni Ġenerali li jmiss." Louis Grech semma kif il-kredibbiltà tkompli tiżdied meta bħal mhu qed jagħmel dan il-Gvern, tkun aċċettata l-kritika u jifhem li kien hemm affarijiet li setgħu saru aħjar. "Infakkar kif minkejja li l-Oppożizzjoni kienet tgħid li qed tara l-bozoz ħomor jixgħelu, li l-qgħad qed jiżdied u li se nifgaw il-kaxxa ta' Malta bit-taxxi, illum id-defiċit naqas, l-ekonomija kibret u l-qgħad naqqasnieh ukoll. L-Oppożizzjoni Nazzjonalista qalet li dan il- Gvern tilef ir-ruħ soċjali, iżda tlifna r-ruħ soċjali meta żidna l-benefiċċji tal-maternità, meta daħħalna ċ-childcare b'xejn, meta żidna l-istipendji, meta żidna l-pensjonijiet, meta żidna l-benefiċċji għall- persuni b'diżabbiltà?" Grech temm jgħid li quddiem dan il-pajjiż hemm sfidi kbar mhux biss dawk lokali, iżda anke dawk internazzjonali filwaqt li aċċenna għal dak li qed jiġri fil-Libja. "Dan il-Gvern qed iħares lejn il-futur b'tama, b'ħeġġa, b'kuraġġ u b'ottimiżmu. Hemm bżonn li nkomplu nwettqu abbażi tal-valuri soċjali tagħna li b'kuraġġ niġġieldu l-preġudizzju u x-xenofobija." Il-PN missu jħares lejn il-meters tad-dawl tan-nies u n-negozji – Toni Abela "ILLUM il-Partit Nazzjonalista minflok iħares lejn il-meter li ħoloq hu fuq l-internet, imissu jħares lejn il-meter tad- dawl u l-ilma tal-familji u n-negozji li qed jirċievu u se jibdew jirċievu kontijiet orħos kif imwiegħed" stqarr id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Toni Abela waqt li kien qed jindirizza l-Konferenza Ġenerali Annwali 2015 tal- Partit Laburista. Toni Abela fakkar kif kull darba li l-Partit Laburista, dak iż-żmien fl-Oppożizzjoni, kien jitkellem fuq il-qasam tal-enerġija u kien jipprovdi bis-soluzzjonijiet, il-Partit Nazzjonalista kien jispiċċa jattakka. Stqarr li l-Partit Nazzjonalista ma kienx moħħu fin-nies, u aktar kien moħħu li jieħu żieda fis- salarju tiegħu milli li jraħħas il-kontijiet u dan filwaqt li kien hemm min qed jieħu l-kummissjonijiet fuq ix-xiri taż-żejt. Id-Deputat Mexxej fakkar ukoll kif fi żmien Gvernijiet Laburisti tas-sebgħinijiet, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ma kinitx tappoġġja lill- Gvern fuq il-kwistjoni tal-bjar taż-żejt iżda kienet iżżomm ma' pajjiż barrani. Tkellem ukoll dwar kif dak li qed jiġri madwarna fuq ix-xena internazzjonali jaffettwa lil pajjiżna wkoll, semma' b'mod partikolari dak li qed jiġri fil- Libja. "Illum il-ġurnata l-kliem li kien jgħid il-Perit Mintoff li mingħajr paċi fil-Mediterran ma jkunx hemm paċi fl- Ewropa, qed jagħmel ħafna sens hekk kif qed narawh fis-seħħ." Saħaq li fuq il-kwistjoni tal- immigrazzjoni m'hemmx xejn x'nagħmlu biex inwaqqfuha iżda li għandu jsir huwa kif diġà għamel u qed jagħmel il-Prim Ministru li jagħmel pressjoni fuq l-Unjoni Ewropea sabiex il-pajjiżi kollha jerfgħu l-piż. "Hemm bżonn li l-altruwiżmu jipprevali fuq l-egoiżmu u anke fuq il-każ tal-immigrazzjoni fejn irridu npoġġu rwieħna fil-pożizzjoni tagħhom biex jagħmlu dak il- pass u jitilqu 'l bogħod minn pajjiżhom." Toni Abela temm id-diskors tiegħu billi għamel referenza wkoll għall-elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali u semma kif hemm ħafna żgħażagħ li resqu lejn il-Partit Laburista u se jikkontestaw dawn l-elezzjonijiet. "Mhux talli mhux se nbattu talli għandna l-kuraġġ u d-determinazzjoni li nżidu l-momentum" - Louis Grech "Hemm bżonn li l-altruwiżmu jipprevali fuq l-egoiżmu" - Toni Abela