Illum previous editions

illum 1 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/455581

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

illum | Il-Ħadd 01 ta' Frar 2015 L-età ta' kunsens ta' 16 FREDERICK ATTARD FTIT tal-jiem ilu l-Whip tal-Partit Laburista, it-Tabib Godfrey Farrugia tkellem dwar il-ħtieġa li l-età ta' kunsens għandha tinżel minn 18-il sena għal 16 biex b'hekk Malta tkun konformi ma' pajjiżi oħra membri tal- Unjoni Ewropea u biex ukoll tirrifletti l-evolviment tas-soċjetà. Qal ukoll li l-gvern, bħal ma għamel fil-każ tal-Unjoni Ċivili u każijiet oħra, għandu jagħti prijorità fuq din il-kwistjoni biex b'hekk isolvi din il-ġerħa soċjali. Din il-gazzetta talbet il- kummenti ta' erba' membri parlamentari fejn staqsejniehom jekk jaqblux mas- suġġeriment tat-Tabib Godfrey Farrugia u x'inhuma l-kummenti tagħhom f 'dan ir-rigward. Helena Dalli - Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal- Konsumatur u Libertajiet Ċivili Huwa preżunt li adult għandu l-maturità meħtieġa biex jagħraf id-drittijiet u d-dmirijiet tiegħu. Fejn tidħol l-età tal-kunsens id- domanda prinċipali għandha tkun fejn se nistabilixxu l-linja ta' maturità tal-individwu. Illum skont il-liġi Maltija tista' tiżżewweġ ta' 16. Tivvota fil-kunsill lokali ta' 16 iżda ma tistax tivvota fl-elezzjoni ġenerali u f 'referendum. Illum tista' tixrob ta' 17 u hemm moviment biex l-età titla' għal 18. L-età tal-kunsens hija ta' 18. Tista' ssuq vettura ta' 18. Iġġorr arma ta' 18. Tista' tilgħab il-flus f 'casino ta' 25 sena. M'hemmx dubju li jeħtieġ li l-anomalija bejn l-età taż-żwieġ u l-età tal-kunsens tiġi solvuta, iżda bl-istess mod u fl-istess waqt għandha tiġi stabbilita l-linja ta' maturità li tagħti lill-individwu d-drittijiet li jixraqlu filwaqt li tirresponsabilizzah kif jixraq. Hija realtà li taħt it- tmintax-il sena, numru ta' żgħażagħ qed ikunu attivi sesswalment. Ta' 16-il sena skont il-liġi tista' tiżżewweġ u għalhekk wieħed jifhem li l-età ta' sittax tista' tiġi kkunsidrata bħala età li wieħed jista' jagħti l-kunsens. Madankollu huwa għaqli li jkun hemm edukazzjoni sesswali intensiva ħalli wieħed ikun qed jilqa' għal tnaqqis tat-tqala mhux mixtieqa u iktar u iktar għal mard li jiġi trasmess sesswalment. Bħala Oppożizzjoni, kif ġara f 'ċirkustanzi oħra tul din il-leġislatura, nibqgħu disposti li niddiskutu mal- Gvern kull tip ta' proposta. Is-suġġett li tqajjem mill- Whip tal-Gvern l-Onor. Godfrey Farrugia mhuwiex eċċezzjoni għal dan. Hekk kif din il-proposta ssir waħda uffiċjali min-naħa tal-Gvern, l-Oppożizzjoni tkun tista' tressaq il- ħsibijiet tagħha wara li tkun ġiet diskussa fil-Grupp Parlamentari u b'hekk kull deputat jingħata kull opportunità li jesprimi l-ħsibijiet tiegħu fuq is- suġġett. 1S\b`S>]W\bB`W_2c\9O`[ 0W`YW`YO`O0g^Oaa0W`YW`YO`O 09@'!%;OZbO >V]\S(!#$ ! "!!" ESP(eeeRW[SQVS\bQ][ 3[OWZ(OZO\.RW[SQVS\bQ][ F'dan il-kuntest irridu nħarsu wkoll lejn liġijiet ta' pajjiżi oħra, fejn filwaqt li fil- parti l-kbira l-età tal-kunsens hija ta' 16-il sena, hemm eċċezzjonijiet għal meta ma tapplikax. Pereżempju fil-liġi Brittanika u dik Kanadiża, għal sitwazzjoniiet fejn jista' jkun hemm sfruttament - bħal prostituzzjoni u pornografija u/jew fejn hemm relazzjonijiet ta' dipendenzi bħal carers, għalliema, tobba, dawk kollha li qegħdin f 'pożizzjoni ta' fiduċja mal-adolexxenti - l-età għandha tibqa' ta' 18-il sena. Minkejja li dawn il-pajjiżi għandhom l-età tal-kunsens ta' 16-il sena, xorta żammew limitu ta' 18-il sena f 'ċerta każijiet sabiex tkun aċċertata protezzjoni tal-persuni li qegħdin f 'pożizzjoni vulnerabbli jew sottomessi. Ir-realtà hi li hemm żgħażagħ ta' 16-il sena li huma attivi sesswalment u l-liġi għandha tirrifletti dan. Minna nnifisha, riforma f 'din id-direzzjoni tista' sservi wkoll bħala opportunità sabiex jiżdied l-għarfien fuq is- sess protett u responsabbli. Clyde Puli - Kelliem għad-Drittijiet taċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Djalogu Soċjali, id-Drittijiet tal-Konsumatur, id-Drittijiet tal- Internet, il-Komunikazzjoni u l-Politika Awdjoviżiva Michael Farrugia - Ministru għall- Familja u Solidarjetà Soċjali Robert Cutajar - Kelliem għall-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal, l-Anzjani u l-Persuni b'Diżabbiltà

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 February 2015