Illum previous editions

illum 1 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/455581

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 31

Il-Ħadd 01 ta' Frar 2015 | illum 17 IŻŻMIEN jgħaddi u ma jistenna lil ħadd, għalhekk huwa importanti li tagħmel l-aħjar użu minnu. Matul dawn l-aħħar xhur, sħabi tal- uffiċċju u jien, użajna kull ħin possibbli sabiex nifhmu aħjar u nitgħallmu aktar sabiex jitjieb l-operat fl-oqsma li tagħhom għandna responsabbiltà. Kienu xhur fejn iltqajna ma' ħafna għaqdiet u gruppi, u smajna aktar milli tkellimna. Tgħallimna u fhimna aktar x'hemm bżonn isir. Dan sabiex inkunu aktar ippreparati għall-ħidma tagħna fix-xhur ta' wara. Huma tlieta l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħna u magħhom ħdimna mill- viċin dwar proġetti ġodda li varajna fl-aħħar xhur. L-MCST, jagħmlu ħidma importanti sabiex f 'pajjiżna jkun hawn aktar opportunitajiet għall-aktar persuni li jimirħu fl-oqsma tar- riċerka u l-innovazzjoni. Proġetti interessanti fosthom Horizon 2020 u Fusion huma wħud minnhom. Minbarra fondi għall-proġetti, bħalissa għaddej ix-xogħol fuq Esplora; proġett bi spiża ta' €26 miljun li mistenni jibda jilqa' l-viżitaturi matul is- sena 2015. Mal-Aġenzija Żgħażagħ varajna għall-konsultazzjoni pubblika l-politika nazzjonali. Barra minn hekk ħdimna sabiex il-Youth Workers ikollhom il-warrant li biha jkunu meqjusa professjonisti. Aġenzija Żgħażagħ hija impenjata fil- proġett Youth.inc, hawnhekk żgħażagħ ta' bejn is-16 u l-21 sena, jiġu mgħejuna sabiex itejbu l-livell edukattiv tagħhom billi jkabbru l-valuri u l-ħiliet tagħhom. Żidna wkoll żewġ Youth Hubs, wieħed fl-MCAST u l-ieħor fil-Higher Secondary. Il-ħidma fost iż-żgħażagħ baqgħet għaddejja bi skemi bħal dik immirata lejn l-aljievi żgħażagħ tat-tagħlim tal-mużika fil-każini. Kont ili midħla tax-xena sportiva f 'pajjiżna, madankollu qatt ma bsart kemm l-impenn u l-ħidma f 'dan il-qasam trid tkun kbira. Kont kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport għall-ħames snin, però llum qed inħoss aktar mill-viċin, il-polz ta' dawk li b'xi mod jew ieħor jimmilitaw f 'xi dixxiplina sportiva fost il-ħafna li għandna f 'dan il-pajjiż. Naħseb li ltqajt mal-għaqdiet sportivi kollha, li kollha għandhom bżonnijiet partikolari. Kważi kollha huma mmexxija minn volontieri, li flok iqattgħu l-ftit ħin liberu mal-familji tagħhom, iqattgħuh f 'ħidma għall-għaqda li tant iħobbu. Li ma kienx għal dawn in-nies, kieku ħafna dixxiplini sportivi ma jeżistux. Sfortunatament ħafna mill- għaqdiet, assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet jagħmlu ħafna talbiet. Mhux kull talba li jressqulna dawn l-għaqdiet tista' tiġi sodisfatta. Mhux gost tiegħi nwassal messaġġ bħal dan, li t-talba ta' għaqda partikolari ma tistax tintlaqa'. Iżda l-irġulija titlob li turi l-verità. Jekk kemm-il darba l-għajnuna ma tistax tingħata, dak li jkun ikun infurmat u mhux jibqa' jgħix fit-tama. Jien hekk qed nipprova nagħmel, inkun sinċier dwar il-fatti, u forsi kien hemm min jista' wkoll ma jaranix ħelu! Permezz tal-għajnuna ta' numru ta' dilettanti tal-Motor Sport ħejjejna rapport dwar x'hemm bżonn isir, x'jista' jsir u kif jista' jsir, sabiex f 'pajjiżna jkollna trakka tat-tiġrijiet tal- karozzi ta' livell. Qbilna li ma nistgħux nagħmlu żbalji, għax korsa ta' dan it-tip waħda biss jista' jkollna. Konxji miċ-ċokon ta' pajjiżna u n-nuqqas ta' art, aħna qed inkomplu naħdmu sabiex flimkien mal-privat, isseħħ din il-ħolma tal-eluf tad-dilettanti tal-Motor Sport f 'pajjiżna. Ħolma oħra hi li jkollna shooting range ta' livell internazzjonali, u anke f 'dan il-qasam għaddejja ħidma sfieqa sabiex din isseħħ ukoll. B'rabta ma' dan il-Malta Sport Shooting Sport Federation ħadmu sabiex fis-sena 2017 pajjiżna jospita t-Tazza tad-Dinja tal-Isparar. Pajjiżna jiflaħ li jkollna korsa waħda tal-karozzi, shooting range internazzjonali wieħed, pixxina nazzjonali waħda u korsa tat-tlielaq taż-żwiemel waħda. Dwar din tal-aħħar, aħna nemmnu li din tista' tkun ta' livell ogħla, ta' livell internazzjonali. Aħna konxji, kemm isiru sforzi mis-sidien u l-ġerrejja sabiex ikollna tiġrijiet mill-aqwa. Issa jmiss sforz ieħor flimkien sabiex dan il-livell ikompli jogħla anke billi ntejbu l-faċilitajiet u dak kollu marbut mat-tiġrijiet taż-żwiemel. La semmejt qabel il-pixxina nazzjonali, t-tir hu li din, b'mod strutturat, ssirilha xi xogħol sabiex tinġieb fi stat u livell aħjar minn dak li sibnieha fih. Għal ħafna snin, din il-faċilità ntelqet għal riħha, b'manutenzjoni miżera. Sfortunatament sibna ħsara fis-soqfa ta' parti mill-faċilità tal-Qroqq, li kienu ta' periklu għal dawk li jiffrekwentawha. Dan ix-xogħol ma setax jistenna, kemm minħabba s-saħħa u s-sigurtà ta' min jużaha u/jew jaħdem fil-faċilità, kif ukoll għax ma nistgħux inħallu l-ħsara tikber. Saret ħidma sabiex dan ix-xogħol bi spiża kbira jibda fl- iqsar ħin possibbli. Il-pjan hu li x-xogħol jitlesta sa April, sabiex din il-parti tal-faċilità tkun tista' terġa' tibda titgawda fi stat mill- aqwa. Wara dan hemm aktar xogħol ipprogrammat għall- istess faċilità. Minbarra x-xogħol f 'faċilitajiet ġodda, l-KMS għadu għaddej f 'ħidma sfieqa diretta lejn l-assoċjazzjoniet u federazzjonijiet sportivi. Minbarra l-assistenzi mogħtija taħt skemi diversi, l-KMS għaddej bil-programmi ssussidjati sabiex ikattru u jxettlu aktar l-kultura sportiva. Il-KMS ma jiffokax biss fuq dak l-atleti hekk imsejħa elit, imma jipprova jħajjar il-popolin sabiex jibda jkun attiv. Dan isir permezz ta' programmi bħal Skolasport, Summer on the Move u anke l-attivitajiet kollha organizzati f 'MOVE week. Tagħmel kemm tagħmel, qatt ma tagħmel biżżejjed. Hemm ħafna aktar xogħol li jrid isir u proġetti oħra li se jkunu varati fix-xhur li ġejjin. L-għan tagħna u tat-tliet entitajiet li jaqgħu taħtna huwa li nħallu l-qasam li tiegħu ngħatajna r-responsabbiltà aħjar milli sibnieh aħna. Dan jista' jsir biss jekk tirranġa dak li hu ħażin, ittejjeb dak li diġà huwa tajjeb u toħloq proġetti innovattivi ġodda li jiggwadanja minnhom il-poplu Malti. Kif Naħsibha CHRIS AGIUS Iż-żmien jgħaddi u ma jistenna lil ħadd L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew imejl illum@mediatoday.com.mt Ittri Ma naqbilx li għandu jingħata l-vot ħieles lill-MPs CARMELO BUGEJA REĠEN VIĊI SINDKU MARSAXLOKK Nixtieq nistqarr li meta smajt lill-Prim Ministru jgħid li jaqbel mal-vot ta' l-IVA, għax kienet wegħda fil-Programm Elettorali, u iżjed u iżjed lill-Kap tal- Oppożizzjoni jgħid li wkoll kien se jivvota IVA għax tħabat ħafna biex ġab id-deroga, apparti li wkoll kienet fil-Programm Elettorali tal-Partit tiegħu; jiena fraħt mhux ftit, u ħadt pjaċir. Iżda li ż-żewġ kapijiet tal-partiti l-kbar jgħidu li se jagħtu l-Free Vote lill-membri tal-parlament, xejn ma niżlitli sewwa, għax qed inħoss li huma kontradittorji. Il-poplu vvota għall-membri fil-parlament abbażi tal- programm elettorali; liema programm kellu fih il-wegħda li jkompli bid-deroga għall- kaċċa fir-rebbiegħa. Il-Partit tal-Alternattiva biss kellu fil-programm tiegħu li jneħħi l-kaċċa u l-insib għal kollox minn fuq wiċċ Malta; u ħoloq l-għaqda li ħadmet għar- referendum. Wieħed irid iżomm f 'moħħu li meta ġiet l-elezzjoni ġenerali, barra li dak li jkun ikollu l-partit tiegħu, jistudja l-Manifest Elettorali, biex dak li jkun jara ftit il-partit tiegħu x'beħsiebu joffri. Bħal ma diġà għidt iż- żewġ partiti l-kbar qalulna li ma kinux se jmissu l-kaċċa u l-insib, u ħallew lill-poplu Malti kollu b'dik it-tama u kulħadd ivvota skont il-kuxjenza tiegħu abbażi tal-manifest elettorali, u tella' fil-parlament, membri li qalu li huma favur li l-kaċċa fir- rebbiegħa tibqa' ssir. Għalhekk jiena ma naqbilx li l-membri parlamentari għandhom jingħataw Free Vote, għax meta dawn jintalbu jivvutaw fuq xi liġi ma jingħatawx Free Vote. Jiena nħoss li dawk il-membri parlamentari li ma jaqblux mal- kapijiet tagħhom, m'humiex jaqblu mal-manifest elettorali tal-partit tagħhom, u għalhekk ma jaqblux mar-rieda tal-poplu li tellagħhom fil-parlament. Minn sentejn 'l hawn rajna jinbtu dawn il-ħafna taparsi għaqdiet li jgħidu li jirrispettaw in-natura u l-ambjent li kull m'għamlu kien li ħadmu biex joħolqu dan ir-referendum. Kieku dawn indenjaw ruħhom li jaħdmu u jaqsmu flimkien mad-dilettanti tal-kaċċa u l-insib l-ambjent Malti, kieku mhux aħjar kien ikun, milli jaqbduha qatta' bla ħabel kontra dawn id-dilettanti? Il-kaċċaturi u n-nassaba veru jirrispettaw l-ambjent Malti, għax dejjem tarahom jirranġaw il-ħitan, iħawlu s-sigar u jieħdu ħsiebhom, u jagħmlu l-ambjent ta' madwarhom isbaħ mill-bqija tal-kampanja, biex jattiraw lejhom l-għasafar li jridu jikkaċċjaw. Jiena nista' ngħid li dawn it-taparsi ambjentalisti kull ma qed nieħdu minnhom huwa ħmieġ u skart li jħallu warajhom meta jiġu jagħmlu xi picnic, jew xi kampijiet għal tmiem il-ġimgħa mingħajr ma jitolbu permess mingħand ħadd. Dawn kull ma verament iridu huwa li jkeċċu lid-dilettanti mill-kampanja Maltija, biex joqogħdu jgawduha huma biss. Dan imur kontra l-prinċipju fundamentali tal-PL li jgħid li Malta hija Tagħna Lkoll. Għalhekk jiena nappella lil dawk il-membri parlamentari kollha li jemmnu f 'Malta Tagħna Lkoll li għandhom jifhmu u jirrispettaw dan id- delizzju tant għażiż għal ħafna Maltin u Għawdxin. Jien hekk qed nipprova nagħmel, inkun sinċier dwar il- fatti, u forsi kien hemm min jista' wkoll ma jaranix ħelu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 February 2015