Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/455581
LAJRUPORT Internazzjonali ta' Malta għandu t-tielet l-aktar konnessjonijiet internazzjonali minn fost 136 ajruport tal-istess klassi, b'aktar minn 50 destinazzjoni fl-iskeda tax- xitwa. Dan ir-riżultat sar magħruf wara li f 'Jannar tal-2015, CAPA, li huma pijunieri fl-għarfien tal- avjazzjoni, għamlu studju dettaljat tal-iskedi kollha. "Aħna ninsabu inkredibbilment kburin b'din il-kisba li turi li x-xogħol iebes li sar b'kollaborazzjoni mal-Ministeru għat- Turiżmu u l-MTA qed jagħti r-riżultati. L-istrateġija tagħna hi li nżommu r-relazzjonijiet ma' operaturi potenzjali biex nilqgħu rotot ġodda u nkomplu nagħmlu lil Malta aktar aċċessibbli," qal il-Kap Eżekuttiv ad interim tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, Alan Borg. Is-sena li għaddiet, l-ajruport kellu żieda ta' 6.4% fi traffiku ta' passiġġieri fuq l-2013, bi ftit iktar minn 4 miljun passiġġier ikunu milqugħa sa tmiem is-sena. "Se nkunu qed naħdmu biex insaħħu l-preżenza tagħna u nżidu n-netwerk tad-destinazzjonijiet. Din is-sena ninsabu ħerqana biex nilqgħu aktar linji tal- ajru u rotot ġodda, fosthom l-Aegean Air li ttir lejn Ateni, Finnair li ttir lejn Helsinki, Swiss li ttir lejn Zurich u Jet2.com li jopera lejn diversi destinazzjonijiet fir-Renju Unit," qal Borg. L-Ajruport Internazzjonali ta' Malta hu t-tielet minn fost il-komunità Internazzjonali Ewropea tal-Kunsill tal-Ajruporti li jilqgħu inqas minn ħames miljun passiġġier fis- sena. L-Ajruport ta' Malta jinqabeż biss mill-Ajruporti ta' Fuerteventura (Gżejjer Kanarji) u Belgrad (Serbja). "LOPPOŻIZZJONI qed titlob li l-prezzijiet tal-fuels f 'Malta jonqsu immedjatament u sostanzjalment." Dan qalu l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil meta lbieraħ iltaqa' mal-imsieħba soċjali bħala parti mill-kampanja tal-partit Nazzjonalista biex jorħsu l-prezzijiet. Il-laqgħa tal-bieraħ mal- imsieħba soċjali tkompli mal-kampanja li beda l-partit Nazzjonalista ftit tal-jiem ilu bl-isem ta' petroludiesel.com li fiha l-partit nieda sid fejn wieħed jista' jdaħħal l-ammont ta' fuel li jkun nefaq u s-sit jinfurmak, skont il-partit, kemm tkun weħilt iżjed skont il-prezzijiet li ħadem l-istess partit. "Il-prezzijiet preżenti tal-fuels huma esaġerati mingħajr ebda raġuni u ġustifikazzjoni. Dawn il-prezzijiet qed jaffettwaw negattivament kemm lin- negozji Maltin u kif ukoll lill- familji" saħaq Simon Busuttil filwaqt li qal li l-Oppożizzjoni qed tippretendi roħs sostanzjali u mhux ċenteżmu jew tnejn. Busuttil qal li meta wieħed iħares lejn il-pajjiżi membri tal- Unjoni Ewropea jsib li hemm pajjiżi li saħansitra qed ibiegħu l-fuel għal 49 ċenteżmu inqas minn Malta. "L-Oppożizzjoni ma rċeviet l-ebda risposta mill-Gvern għat-talba tagħna li din il-kwistjoni titpoġġa fuq l-aġenda tal-Parlament madankollu, jekk il-Gvern jibqa' jinjora din it-talba se ninsistu li l-Ħamis jitlaqqa' Parlament biex din il-kwistjoni tiġi diskussa dakinhar." Fi tmiem il-laqgħa Simon Busuttil appella lill-imsieħba soċjali biex huma wkoll jiddiskutu l-prezzijiet esaġerati tal-fuels f 'Malta u l-impatt tagħhom fuq in-negozji u l-familji Maltin. Hu saħaq li s-sehem tal-imsieħba soċjali fid-diskussjoni dwar din il-kwistjoni tista' twassal għal soluzzjoni filwaqt li tenna li l-Oppożizzjoni se tibqa' tinsisti sakemm jirbaħ is-sens komun. Il-laqgħa attendew għaliha l-imsieħba soċjali kollha minbarra l-General Workers Union li minn naħa tagħha rrifjutat l-istedina tal- Oppożizzjoni. Matul il-laqgħa saret ukoll preżentazzjoni mix-Shadow Minister għall-Ambjent, Enerġija u Trasport Marthese Portelli li fiha wriet iċ-ċifri tal- pajjiżi stati membri tal-Unjoni Ewropea. Intant ftit sigħat wara din il-laqgħa, il-Gvern ħabbar li l-prezzijiet tal-fuel se jorħsu b'4 ċenteżmi minn nhar it-Tnejn u se jkomplu jorħsu fix-xhur li ġejjin. Mit-Tnejn il-petrol se jorħos minn €1.42 għal €1.38 filwaqt li l-prezz tad-diesel se jorħos minn €1.35 għal €1.31 il-litru. Il-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa Konrad Mizzi qal li l-Enemed għalqet numru ta' kuntratti li qed jagħmluha possibli li jitraħħsu l-prezzijiet. "Dan ir-roħs qed jitħabbar meta fi żmien qasir se jkunu qed jagħlqu kuntratti oħra ta' hedging li wkoll għandhom iwasslu għal iżjed roħs." Daħk fil-wiċċ Immedjata kienet ir-risposta tal-Oppożizzjoni li b'reazzjoni għar-roħs imħabbar mill- gvern, iddeskriviet ir-reviżjoni tal-gvern bħala "daħk fil-wiċċ." L-Oppożizzjoni qalet li dan it- traħħis ma jirriflettix verament il-prezzijiet li qed iħallsu familji u negozji oħra fl-Unjoni Ewropea. Fil-fatt, il-prezzijiet li ħabbar il-Gvern illum jibqgħu ferm ogħla mill-medja tal- Unjoni Ewropea. "Minkejja t-traħħis li se jidħol fis-seħħ minn għada, il-familji u n-negozji Maltin se jibqgħu jħallsu r-raba' l-ogħla prezz għall-petrol u d-diesel fl- Ewropa. Huwa ovvju li l-Gvern ħa din id-deċiżjoni biss għaliex ma felaħx aktar għall-pressjoni li għamlitlu l-Oppożizzjoni u mhux għax veru ried iraħħashom." 6 illum | Il-Ħadd 01 ta' Frar 2015 Prezzijiet tal-fuel esaġerati u mingħajr ebda raġuni – Simon Busuttil L-Ajruport ta' Malta t-tielet minn fost 136 ajruport Fl-2014 l-ajruport kellu żieda ta' 6.4% fi traffiku ta' passiġġieri fuq l-2013 L-Oppożizzjoni qalet li dan it-traħħis ma jirriflettix verament il-prezzijiet li qed iħallsu familji u negozji oħra fl-UE