Illum previous editions

illum 1 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/455581

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

RAPPORT imniedi f 'konferenza stampa fir- riserva naturali tal-Għadira mill-preżentattriċi tat-TV u attivista favur l-annimali Moira Delia, flimkien ma' Mark Sultana, rappreżentant ta' BirdLife Malta għall- kampanja Spring Hunting Out, juri l-fatt xokkanti li l-kaċċaturi Maltin qegħdin joqtlu ċ-ċans ta' 190,000 ferħ t'għasfur kull rebbiegħa. "Kull sena qiegħed jintilef iċ-ċans li 190,000 bajda tfaqqas għaliex il-kaċċaturi Maltin qegħdin joqtlu l-għasafar li kellhom iċ-ċans ibiduhom. Hu għalhekk li r-rebbiegħa qatt ma tasal għal min ġie kkaċċjat" saħqet Moira Delia li żiedet tgħid li numru kbir ta' għasafar protetti qegħdin jinqatlu f 'Malta kull sena u li ħafna minnhom qegħdin jitħallew imutu f 'agunija kbira fil-kampanja. Delia ħeġġet lil kulħadd biex jitkellem u jsemma' leħnu. "Ma nistgħux nibqgħu nisirqu mill-ġenerazzjonijiet futuri. Hu għalhekk li aħna li għandna ċ-ċans nivvutaw, irridu noħorġu fil-11 ta' April u nivvutaw 'LE' biex intemmu dil-qerda kollha." Tkellem ukoll Mark Sultana li min-naħa tiegħu qal li l-istaġun tal-kaċċa fir- rebbiegħa qiegħed iservi ta' paraventu sabiex jinqatlu speċi protetti u rari. "Aktar minn 38 speċi ta' għasafar differenti ġew maqtula illegalment f 'Malta f 'dawn l-aħħar erba' staġuni li fetħu fir-rebbiegħa. Dawn jinkludu l-Merill, l-għasfur nazzjonali ta' Malta u l-Bagħdan Abjad, l-aktar tajra tal-priża rari fl-Ewropa." Sultana fisser li l-liġi tal-UE tqis il-kaċċa fir-rebbiegħa bħala illegali, u li Malta hi l-unika pajjiż li tippermetti l-kaċċa fir-rebbiegħa għal skop purament ta' delizzju. "L-istaġun tal-kaċċa fir- rebbiegħa jippermetti l-qtil ta' 11,000 gamiema u 5,000 summiena tul tliet ġimgħat, għalkemm ħafna aktar qegħdin jinqatlu mill- 10,000 kaċċatur f 'Malta. Eluf ta' għasafar qatt m'huma jirnexxilhom jaslu lura biex ibejtu, u dan qiegħed jipperikola l-futur ta' dawn l-għasafar." Mark Sultana temm jgħid li l-gamiem jinsab fil-periklu fl- Ewropa kollha u li dan naqas b'aktar minn 20,000,000 mill- 1980 'l hawn. "Il-kaċċa fir- rebbiegħa qiegħda tipperikola l-eżistenza tagħhom." Il-Ħadd 01 ta' Frar 2015 | illum 11 Notice of meeting to be held in public e Malta Environment & Planning Authority will meet on ursday 5 th February, 2015 at 14:00 hours at the MEPA boardroom, St. Francis Ravelin, Floriana, to discuss the following: DETERMINATION OF PLANNING CONTROL APPLICATION: PC 0047/12: Site at, Sqaq Numru 1, Triq San Filippu, Ghaxaq. To terminate Sqaq Numru Wiehed (1) at external wall of yard. DETERMINATION OF DEVELOPMENT CONTROL APPLICATION: PA 4917/07: Site at, Underground Space (Golden Bay), Ir-Ramla tal-Mixquqa, Mellieha. Relocation of kiosk under existing carpark; relocation of stairs to beach; construction of upper level; removal of existing structure on beach and stairs. Subject to the maximum seating capacity, seats can be reserved on request for the applicant and registered objectors. Remaining seating is lled on a rst come rst served basis. RESERVATIONS: 2290 2018 30 th January, 2015 www.mepa.org.mt Aktar appoġġ għall-kampanja SHout L-Umanisti jħeġġu n-nies jivvutaw kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa "BĦALA Umanisti aħna konċernati ħafna dwar l-ambjent li fih ngħixu. Il-bniedem mhux xi speċi li jgħix iżolat, u l-kuntentizza u saħħa tagħna hija marbuta ma' speċi oħra f 'xibka kumplessa ta' interrelazzjonijiet u ekosistema li tkopri d-dinja kollha." Hekk qal fi stqarrija Ramon Casha, Viċi Chairman tal-Malta Humanist Association. Casha tenna li bħala poplu għandna nkunu dejjem konxji mill-modi kif aħna jista' jkollna impatt negattiv fuq l-ambjent tagħna "Jekk hemm bżonn nagħmlu sagrifiċċji sabiex innaqqsu l-ħsara. Mix-xiri ta' apparat li jnaqqas il-konsum tad-dawl sat-tnaqqis ta' dħaħen mill- użu taż-żejt, sar-riċiklaġġ tal-iskart li nipproduċu, kull naqra tgħin. Fil-11 t'April aħna msejħa biex nagħmlu waħda minn dawn l-għażliet - biex niddeterminaw jekk tistax tibqa' ssir kaċċa fuq għasafar fir-rebbiegħa." Qal ukoll li l-istaġun tal- passa tar-rebbiegħa huwa l-istadju ta' qabel tal-aħħar fiċ-ċiklu annwali ta' għasfur. "Huwa jkun ġej lura mill- Afrika lejn l-Ewropa biex ibejjet. Mhux kull għasfur jirnexxielu jasal s'hawn. Uħud jinqatlu minn annimali oħra jew imutu minn xi kawża oħra. Dawk li rnexxielhom jgħixu jkunu taru eluf ta' kilometri u issa qegħdin fl-aħħar parti ta' vjaġġ twil qabel jaslu fl-artijiet fejn ibejtu fl-Ewropa. Li toqtol għasafar eżatt qabel dawn jipproduċu l-ġenerazzjoni li jmiss tmur kontra kull prinċipju ta' sostenibbiltà." Casha temm jgħid li apparti l-impatt dirett tal-kaċċa fuq il-gamiem u s-summien, huwa fatt sfortunat li l-istaġun tal-kaċċa jservi biex jagħti lil dawk il-kaċċaturi li jisparaw fuq kull ma jaraw, kif ukoll il-fatt il-Maltin ma jitħallewx jidħlu fil-kampanja minħabba l-attivitajiet tal-kaċċa. "Il-kaċċa mhux dritt imma delizzju, u bħal kull passatemp ieħor hija suġġetta għal restrizzjonijiet. Hekk kif Malta waqfet is- sajd waqt li tkun bit-tankijiet tal-arja, tista' tiddeċiedi li l-kaċċa ma ssirx fir-rebbiegħa, u dan mhux ksur ta' drittijiet ta' ħadd. Aħna nħeġġu lil kulħadd, inkluż il-kaċċaturi, biex nhar il-11 t'April jivvutaw b'ħarsithom fuq il-futur tal- popolazzjonijiet tal-għasafar u jivvotaw "Le" għall-kaċċa fir-rebbiegħa." Il-kaċċaturi Maltin joqtlu ċ-ċans ta' 190,000 ferħ kull rebbiegħa Mark Sultana mill-BirdLife Malta u l-preżentattriċi Moira Delia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 February 2015