Illum previous editions

illum 1 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/455581

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 31

€1.00 Nr 433 • 01 ta' Frar 2015 www.illum.com.mt Iż-żmien jgħaddi u ma jistenna lil ħadd NEWSPAPER POST Passiġġieri jinjoraw ir-regoli fuq il-Gozo Channel Elezzjonijiet Kunsilli Lokali 2015 F'każ ta' nar il-bibien tal- garaxx jissiġġillaw ruħhom ŻGUR li l-inċident li ġara fuq il-vapur ta' Għawdex, l-MV Gaudos nhar il- Ġimgħa fejn trakk li kien sejjer Għawdex inqata' mill-irbit tiegħu u nqaleb, għandu jiftaħ għajnejn il-passiġġieri li jivjaġġaw kuljum bil-karozzi tagħhom. Dan l-inċident żgur li għandu jġib f 'sessihom lil dawk il-passiġġieri li jinjoraw ir-regoli miktuba b'ittri kbar fil-garaxxijiet tal-vapuri tal-Gozo Channel. Regoli li jitolbu lil passiġġier biex ma joqgħodx fil-garaxx fil- karozza. Iżda hi regola kważi injorata għal kollox filwaqt li mhix infurzata mill-istess awtoritajiet tal-vapuri. Tant li f 'kull traġitt wieħed jista' jilmaħ lil kważi kwart ta' dawk li jkunu qed jaqsmu bil-karozza li jibqgħu fiha. Din il-gazzetta tkellmet ma' wieħed mill-kaptani li qal li hemm periklu ieħor li jista' jiġri u ħadd mhu qed jagħti kasu, li f 'każ ta' nar il-bibien tal- garaxx awtomatikament jissiġġillaw ruħhom u b'hekk iħalli lil dawk l-passiġġieri fil-garaxx maqbuda hemm isfel fin-nar. Il-kaptan insista li l-passiġġieri jridu jdaħħlu f 'moħħhom li r-regoli ma jsirux għalxejn. "Li kieku t-trakk li nqaleb nhar il- Ġimgħa kien ħdejn karozza b'passiġġier jew passiġġieri fiha (bħal ma jiġri f 'ħafna każi) kieku llum qed niktbu mod ieħor. Kieku llum qegħdin nippuntaw subgħajna lejn dak u l-ieħor għal traġedja li tkun diġà seħħet u li mbagħad ma jkollnix kontroll fuqha." Ikompli f 'paġna 2 Ikompli f 'paġna 2 Roħs ta' 4 ċenteżmi minn għada Il-PN qed iħejji ruħu għall-battalja fil-Qala ILGVERN ħabbar li minn għada l-prezzijiet tal-fuel se jorħsu b'4 ċenteżmi u se jkomplu jorħsu fix-xhur li ġejjin. Minn għada l-petrol se jorħos minn €1.42 għal €1.38 filwaqt li l-prezz tad-diesel se jorħos minn €1.35 għal €1.31 il-litru. Il-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa Konrad Mizzi qal li kif kien ippjanat, il-kumpanija Enemed għalqet numru ta' tranżazzjonijiet li se jirriżultaw f 'roħs fil-prezzijiet tal-petrol u tad-diesel tal-prodotti tagħhom. "Dan ir-roħs se jkun qed isir fuq medda ta' xhur u se jidħol fis-seħħ qabel ma jintemmu diversi hedging agreements." Mizzi qal li dan ir-roħs ifisser li l-petrol se jkun raħas b'seba' darbiet u l-prezz tad-diesel se jkun raħas ħames darbiet taħt din l-amministrazzjoni. "Dan ir-roħs qed jitħabbar fil-jum li fih il-prezz internazzjonali taż-żejt tela' bi 8%. Din hija l-ogħla żieda fil-prezzijiet ta' kuljum taż-żejt mill-2009. Dan jikkuntrasta ma' dak li seħħ taħt l-amministrazzjoni preċedenti fejn f 'Diċembru 2008, minkejja roħs ta' 51% fil- prezz internazzjonali taż-żejt, il-prezzijiet tal-fuel u tad-dawl u l-ilma żdiedu b'20%." JOHN BUSUTTIL ILPARTIT Nazzjonalista qed iħejji ruħu għal battalja fil- Qala biex ineħħi minn sindku lil politiku emerġenti fil- Partit Laburista, iż-żagħżugħ Clint Camilleri tal-Bedeq. Sa qabel rebaħ is-sindakat il-Perit Camilleri, dan ir-raħal kien dejjem immexxi min- Nazzjonalisti u tilfu s-sindakat bi ftit voti tliet snin ilu. Jidher issa li l-partit immexxi minn Simon Busuttil sab politiku żagħżugħ ieħor ta' stoffa biex ikollu tweġiba għal Clint Camilleri li kellu suċċess kbir fl-elezzjonijiet tal-MEPs is-sena li għaddiet. Sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta qalu li l-Partit Nazzjonalista qed iħajjar lil Ryan Mercieca biex jikkontesta fuq il- Qala għax għalkemm Mercieca hu minn Victoria, għandu parentela fil-Qala. Fil-fatt in-nannu u xi membri oħra tal-familja tiegħu jgħixu l-Qala. Mercieca qed jissemma li hu wieħed mill-favoriti ta' Simon Busuttil u minn sorsi qrib il-partit Nazzjonalista jingħad li hu wieħed li qed jiġi mbuttat biex jimla wieħed mill-postijiet battala li se jħallu Giovanna Debono u Frederick Azzopardi fil-kamp Nazzjonalista. Hu mifhum li preżentement l-eks Ministru għal Għawdex Giovanna Debono qed taħdem qatigħ biex il-voti tagħha jmorru kollha għal dan iż- żagħżugħ. Mistenni iktar roħs fix-xhur li ġejjin Ryan Mercieca f'battalja ma' Clint Camilleri Inċident li għandu jiftaħ għajnejn dawk kollha li jużaw il-Gozo Channel PAĠNI 17

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 February 2015