Illum previous editions

illum 22 March 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/483472

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

€1.00 Nr 440 • 22 ta' Marzu 2015 www.illum.com.mt Il-viżjoni tagħna hi li l-Gżejjer Maltin ikunu ċentru ta' eċċellenza – Louis Grech L-Inter għandhom bżonn kowċ ġdid u ta' ċertu statura – Ivan Ramiro Cordoba NEWSPAPER POST PAĠNI 14, 15 PAĠNI 34, 35 L-Arċisqof il-ġdid www.visitgozo.com 20 TA' MARZU - 5 TA' APRIL 2015 G H A W D E X F I D I U T R A D I Z Z J O N I Iktar informazzjoni u kopji tal-programm jistgħu jinkisbu minn info@gozoculture.com jew ċempel fuq 22915452/3 MINISTERU GHAL GHAWDEX Kumitat Għawdex: Fidi u Tradizzjoni maħtur mill-Ministru Għal Għawdex Anton Refalo Easter in Gozo Żomm ruħek aġġornat: M E R Ħ B A F ' G Ħ A W D E X F ' D A W N I L- J I E M TA ' T I F K I R A LINGRESS solenni lbieraħ tal-Arċisqof il-ġdid Charles J. Scicluna kien ikkaratterizzat minn diversi messaġġi ta' ringrazzjament li saru kemm minn u indirizzati lejn l-Arċisqof il-ġdid. Iċ- ċelebrazzjoni bdiet fix-xita, bit-tluq tiegħu minn Ħal Lija - il-lokalità fejn joqgħod. Il-vjaġġ ħadu lejn ir-Rabat, fis-Santwarju tal-Madonna tas- Saħħa li kienet l-ewwel waqfa fost sensiela ta' waqfiet fir- Rabat, b'bosta mumenti ta' talb u laqgħat ta' tislima minn bosta nies, fosthom diversi morda. Fid-diversi waqfiet li saru minn Mons. Scicluna, huwa żar il-Knisja ta' San Duminku fejn kien hemm laqgħa sabiħa mal-Arċisqof Emeritu Pawl Cremona li ħalla t-tmexxija tal-Knisja f 'Ottubru tas-sena li għaddiet. Mad-daħla ta' Mons. Scicluna fl-Imdina, kien hemm rappreżentanti ta' diversi kapijiet Kattoliċi ta' Malta, li Scicluna ltaqa' magħhom, b'simbolu tal-ħidma inter-reliġjuża li jrid iwettaq. Il-quddiesa pontifikali li ġiet iċċelebrata fil-Katidral tal- Imdina, rat fiha jikkonċelebraw fost l-oħrajn lill-Kardinal Prospero Grech u n-Nunzju Appostoliku. Iċ-ċelebrazzjoni bdiet bil-qari tal-bolla tal-Papa Franġisku li tagħti t-tmexxija tal-Knisja Maltija b'mod uffiċjali. L-omelija li għamel l-isqof elett kienet waħda qasira li fiha primarjament wera l-ferħ tiegħu li ġie magħżul bħala r-ragħaj tal- Knisja. Tenna kemm-il darba r-ringrazzjament tiegħu lill- Isqof t'Għawdex Mario Grech, l-Isqof emeritu Pawl Cremona, kif ukoll il-katekisti u l-lajċi fost l-oħrajn. Fl-istess omelija semma kif bħala l-mexxej tal- knisja, jrid jiggwida lill-merħla "b'eżempju li jkaxkar." Ara paġna 2 L-Arċisqof il-ġdid Kattoliċi ta' Malta, li Scicluna ltaqa' magħhom, b'simbolu tal-ħidma inter-reliġjuża li jrid Il-quddiesa pontifikali li ġiet iċċelebrata fil-Katidral tal- Imdina, rat fiha jikkonċelebraw fost l-oħrajn lill-Kardinal Prospero Grech u n-Nunzju Appostoliku. Iċ-ċelebrazzjoni bdiet bil-qari tal-bolla tal-Papa Franġisku li tagħti t-tmexxija tal-Knisja Maltija b'mod L-omelija li għamel l-isqof elett kienet waħda qasira li fiha primarjament wera l-ferħ tiegħu li ġie magħżul bħala r-ragħaj tal- Knisja. Tenna kemm-il darba r-ringrazzjament tiegħu lill- Isqof t'Għawdex Mario Grech, l-Isqof emeritu Pawl Cremona, kif ukoll il-katekisti u l-lajċi fost l-oħrajn. Fl-istess omelija semma kif bħala l-mexxej tal- knisja, jrid jiggwida lill-merħla "b'eżempju li jkaxkar." Ara paġna 2 8-9 Il-qtil ta' Raymond Caruana - tinstab karozza maħruqa b'arma fiha Qed jiġu eżaminati karozza maħruqa kif ukoll arma tan-nar tat-tip assault rifle li nstabu lbieraħ waranofsinhar f 'tal-Virtù – hekk kif hemm suspett li din setgħet kienet l-arma użata fil-qtil ta' Raymond Caruana, li seħħ nhar il-Ġimgħa, 20 ta' Marzu. Silvio Valletta, l-Assistant Kummissarju tal-Pulizija indirizza konferenza stampa lbieraħ fejn qal li Caruana instab mejjet wara l-karozza tiegħu, tat-tip Jeep, ħdejn San Blas, fil-limiti ta' Ħaż-Żebbuġ madwar id-9.20pm. Jidher li Valletta ħareġ mill-karozza sabiex jipprova jistaħba warajha, hekk kif bdew jiġu sparati tiri lejh. Valletta qal ukoll ġew sparati aktar minn 30 tir lejn il-karozza li fiha kien jinsab Caruana – fejn jidher li miet wara li ntlaqat ħames jew sitt darbiet. Għalkemm Caruana kien magħruf mal-pulizija, minħabba l-involviment tiegħu fil-każ tal-attentat tixħim tal-Maġistrat Ray Pace, Valletta qal li l-mottiv wara l-qtil għadu mhux magħruf. Sostna wkoll li l-pulizija ma irċeviet l-ebda rapport ta' theddid fuq ħajtu. Mhux magħruf jekk il-każ kienx marbut ma' każijiet ta' qtil oħra li seħħew fix-xhur li għaddew. Il-pulizija qed tkellem xi nies dwar dan il-każ. L-awtopsja fuq il-katavru ħa ssir għada. Ritratt: Ray Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 March 2015