Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/483472
14 illum | Il-Ħadd 22 ta' Marzu 2015 Il-ġimgħa l-oħra l-Gvern nieda l-programmi operattivi tal-Fondi Ewropej. Fid-diskors tiegħek iddiskrivejt dan il-varar bħala pass importanti għal pajjiżna. Kemm ser jibbenifika f 'fondi pajjiżna u x'inhu l-impatt li mistenni jkollu fuq l-ekonomija tagħna? Il-varar tal-programmi operattivi tal-fondi Ewropej huwa pass importanti biex il-pajjiż ikun jista' jkompli jiżviluppa u jagħmel qabża fil-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tiegħu. Dan filwaqt li ser jgħinuna wkoll biex nilħqu l-miri tal-Istrateġija Ewropea 2020. Il-fondi għad-dispożizzjoni tagħna huma ta' €693miljun fuq medda ta' seba' snin. Però l-Gvern Malti fil- maġġoranza tal-każi jrid iżid magħhom bejn 15-20%. Dan ifisser li l-impatt tal- fondi Ewropej hu multiplikat b'madwar €147 miljun oħra u b'hekk l-impatt globali fuq il-pajjiż se jkun nefqa ta' fuq €850 miljun. F'dan kollu Għawdex waħdu ser jibbenifika minn 10 fil-mija ta' dawn il-fondi msemmija. U biex nagħti idea ta' x'ifisser dan għal pajjiżna, biżżejjed ngħid li se nkunu qed nippumpjaw daqs 2% tal-Prodott Domestiku Gross kull sena, u dan bla ma wieħed iqis l-attività sekondarja li tirriżulta minn injezzjoni ta' fondi bħal din. Jiġifieri globalment il-Gvern ser ikun qiegħed jinjetta mat-€850 miljun fl-ekonomija permezz ta' dawn il-fondi. X'inhuma l-oġġettivi u liema huma s-setturi li l-Gvern qiegħed iqis ta' prijorità meta niġu biex nutilizzaw dawn il-fondi? L-oġġettiv ewlieni hu li nistimulaw it-tkabbir u l-investiment sabiex intejbu l-andament ekonomiku tal-pajjiż, waqt li nikkontribwixxu lejn il-ġid tas- soċjetà. Meta kont varajt il-proċess tal- programm ta' fondi għas-snin 2014- 2020 f 'Mejju li għadda, kont irrimarkajt li l-ħila ta' Malta li tikkompeti f 'dinja globalizzata u tikseb titjib fil-kwalità tal-ħajja tan-nies tagħha jiddependi minn kemm aħna kapaċi nistimulaw it-tkabbir ekonomiku. L-użu tal-fondi jrid isir b'viżjoni dwar fejn irridu nieħdu lil pajjiżna. Il-viżjoni tagħna hija li l-gżejjer Maltin ikunu ċentru ta' eċċellenza u post aħjar fejn jgħixu l-Maltin, u mhux għall- ġenerazzjoni preżenti biss iżda għal dawk tal-ġejjieni wkoll. Il-prijoritajiet li għażilna huma tlieta: waħda li ninkoraġġixxu l-kompetittività permezz tal-innovazzjoni u ambjent favorevoli għan-negozju; it-tieni li niżviluppaw ekonomija li tuża r-riżorsi aħjar u tkun favur l-ambjent; u t-tielet li noħolqu opportunitajiet għal investiment fil-kapital uman, fl- edukazzjoni, fis-saħħa u biex ngħelbu l-esklużjoni soċjali. Biex naslu għal dan, aħna kkonsultajna mal-imsieħba soċjali u mal-Oppożizzjoni dwar kif nutilizzaw il-fondi. Rajna l-ideat ta' kulħadd u fejn dawn jorbtu mal-għanijiet kif imniżżla fil-Partnership Agreement li kien maqbul mal-UE fid-29 ta' Ottubru tas-sena li għaddiet. Semmejt il-kompetittività, ir- Louis Grech huwa d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Aarijiet tal- Unjoni Ewropea. Huwa wkoll id- Deputat Mexxej għall- Aarijiet tal-Parlament tal-Partit Laburista. Sa Marzu 2013 huwa kien wieħed mill- erba' membri tal- Parlament Ewropew li rrappreżentaw lil Malta f'isem il-Partit Laburista, bħala parti mis-Soċjalisti Ewropej, u kien l-iktar wieħed li ġab voti. Louis Grech Louis Grech twieled il-Ħamrun fit-22 ta' Marzu 1947 Studja l-Liċeo u ggradwa mill- Università ta' Malta b'B.A. (Econ). Fl-1973, Grech kien wieħed mill- pijunieri li waqqfu l-Air Malta. Rebaħ il-premju Tourism Personality of the Year fl-2002. Il-viżjoni tagħna hi li l-Gżejjer Maltin Frederick Attard fattard@mediatoday.com.mt