Illum previous editions

illum 29 March 2105

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/487057

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

€1.00 Nr 441 • 29 ta' Marzu 2015 www.illum.com.mt 85 serqa minn djar tal-anzjani . . . Tinsiex iddawwar l-arloġġ siegħa 'l quddiem NEWSPAPER POST Serq ta' flus u oġġetti tad-deheb Edward Herrera Footballer Alison Bezzina Kittieba Ian De Cesare Imprenditur Moira Delia Preżentatriċi LE AĦNA SER NIVVOTAW Festa għall-familja, B'riżq il-Kampanja Shout, Chalet, Tas-Sliema Il-Ħadd 29 ta' Marzu, 1pm-4pm JOHN PISANI F'PERJODU ta' sentejn il- Pulizija ntalbu jinvestigaw 85 serqa minn fuq anzjani residenti f 'diversi djar tal- anzjani bejn l-2013 u din is-sena. L-aktar li ġew irrapportati serq kien mid-Dar Madonna tal-Mellieħa fejn ġew irrapportati 41 serqa. Din l-informazzjoni ħarġet fil-Parlament waqt il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari. Sorsi li tkellmu mal-ILLUM qalulna li fost is-serq kien hemm flus u oġġetti tad- deheb. Din il-gazzetta tkellmet mas-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana li min-naħa tagħha qalet li l-Gvern jibqa' kommess li jaqta' l-abbużi minn fuq l-anzjani. "Sa mill- bidu ta' kemm ilni Segretarju Parlamentari ħdimt biex nintroduċu ligi kontra l-abbuż fuq l-anzjani. Illum din il- liġi qiegħda fis-seħħ u għalhekk kulmin jinqabad jabbuża fuq l-anzjani jeħel piena eħrex minn qatt qabel." Caruana spjegat ukoll li l-anzjani residenti fi djar tal-anzjani jiġu nkoraġġuti biex meta jsibu xi affarijiet neqsin jirrapurtaw immedjatament lill-management tal-home u wara lil pulizija. "Kien hemm istanzi ta' passi dixxiplinarji kontra min inqabad jisraq. Apparti minn hekk fassalna linji gwida ta' x'għandhom u x'm'għandhomx jieħdu magħhom l-anzjani meta jmorru joqogħdu ġewwa residenza tal-anzjani u kif oġġetti ta' valur għandhom jitqiegħdu ġo faċilitajiet ta' sigurtà li hemm provduti fid-djar. Dan għamilnieh sabiex jinqata' s-serq mhux mixtieq fuq anzjani li jaf ikollhom affarijiet prezzjużi u għal qalbhom." Ikompli f 'paġna 3 8-9 L-allegat każ ta' aggressjoni fl-Għassa tal-Pulizija ta' Ħaż-Żabbar ... Missier akkużat mingħajr ma ntalbet il-verżjoni tiegħu John PISANI FILJIEM li għaddew Josmar Agius ta' 44 sena minn Marsaxlokk ressaq Protest Ġudizzjaru fil- Prim Awla tal-Qorti Ċivili fil-konfront tal-Prim Ministru, Ministru għall- Intern u l-Kummissarju tal- Pulizija - li din il-gazzetta għandha kopja tiegħu. Agius ressaq il-Protest Ġudizzjarju għaliex hu qatt ma ġie mitlub il-verżjoni tiegħu dwar każ li jmur lura għal nhar is-7 ta' Ġunju 2013 fejn hu allegat li aggredixxa Surġent tal-Pulizija fl- Għassa tal-Pulizija f 'Ħaż- Żabbar, allegazzjoni li hu qed jiċħad. Josmar Agius ressaq il- Protest Ġudizzjarju wara li fis-27 ta' Frar li għadda kien servut b'avviż fejn ġie ordnat jidher għas-seduta ta' nhar il-21 ta' April 2015 u hemm jirrispondi għall-akkuża miġjuba kontra tiegħu – dik li ħebb għal uffiċjal pubbliku waqt il-qadi ta' dmirijietu. Agius ħassu aggravat bl-aġir tal-Awtoritajiet kompetenti involuti u qed isostni li l-proċedura adottata fil-konfront tiegħu fiha nuqqasijiet proċedurali serji u għalhekk hi nulla għax hu fl-ebda ħin ma ġie mogħti l-opportunità li jagħti l-verżjoni tiegħu. Il-pulizija jistgħu jinvestigaw kemm iridu għax m'għandniex x'naħbu – Joseph Muscat JOHN BUSUTTIL "TALBUNA biex ninvestigaw u qed jinvestigaw dak li sar qabel l-elezzjoni u għadhom jinvestigaw. U jistgħu jinvestigaw kemm iridu għax aħna m'għandniex x'naħbu." Kien dan kliem il- Prim Ministru taħt it-tinda tan-Nadur, liema kliem ġie bħala tweġiba għal dak li l-PN allega dwar abbużi f 'Għawdex fl-aħħar sentejn. Muscat semma l-każ fejn Chris Said u Simon Busuttil ammettew li ilhom jafu ħafna dwar l-abbuż fil-Ministeru ta' Għawdex immexxi minn Gvern Nazzjonalista u issa qed jakkużaw lil Partit Laburista li ħarġu din l-aħbar fil-kampanja elettorali tal- Kunsilli Lokali. "Għaliex ma ħarġuhiex qabel huma la kienu jafuha," qal il-Prim Ministru, "bħallikieku aħna se nikkmandaw lill-gazzetti meta joħorġu storja ta' abbuż" qal Muscat meta kien qed jirreferi għal każ li ġie mikxuf mill-MaltaToday. Aktar kmieni lbieraħ, is-Segretarju Ġenerali tal-PN Chris Said qal li kien jaf bil-whistleblower – u ammetta li l-kuntrattur kien tkellem sew kemm miegħu kif ukoll ma' Simon Busuttil dwar ħlasijiet li ma kienx tħallas ta' xi xogħol li kien għamel f 'Għawdex – xogħol li jikkonsisti f 'pitch tal-5-aside, pitch ieħor tal-futboll fl-Għarb u pedestall għal statwa. Ikompli f 'paġna 2 Ikompli fl-aħħar paġna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 March 2105