Illum previous editions

illum 29 March 2105

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/487057

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 29 ta' Marzu 2015 | illum 3 Ikompli minn paġna 1 Is-segretarju parlamentari justyne Caruana qalet li minn naħa tad-Dipartiment għall- anzjani u Kura fil-Komunita', fid-djar tal-gvern qed jittieħdu il-miżuri kollha biex ikun hemm iktar sigurtà, filwaqt li dawk fid-djar tal- gvern immexxija mill-privat qed isiru laqghat biex tiżdied il-livell ta' sigurtà. "Dan qed isir anke in vista tal-fatt li skont l-istatistika jidher li l-ikbar problema qiegħda l-Mellieħa li appuntu hija mmexxija mill-privat." Tkellimna wkoll mad- Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar li minn naħa tiegħu qal li s-sitwazzjoni hija ferm inkwetanti. "Bħala kelliem f 'isem l-Oppożizzjoni fuq is-suġġett irrid ngħid li fl- aħħar jiem tkellimt b'mod informali mal-Ministru Michael Farrugia dwar dak li ħareg mill-mistoqsijiet parlamentari." Cutajar qal li minn naħa tiegħu l-istess Ministru Farrugia ta l-assigurazzjoni tiegħu li kien ser jidħol fil-każijiet hu personali. "L-Oppożizzjoni tappella lill-Gvern biex jara x'inhuma n-nuqqasijiet li jistgħu qegħdin iseħħu fir- residenzi tal-anzjani fejn kienu r-rappurtati dawk is-serqiet. Hija ħassra li b'mod ġenerali, l-qasam tal-anzjani f 'pajjiżna jinsab għaddej minn mument xejn feliċi fejn in-nuqqas ta' rispett u dinjità lejn l-istess anzjani qed ikun innutat b'mod regolari." Intant sorsi qrib il-Korp tal-Pulizija qalu lill-ILLUM li minkejja li n-numru ta' serq huwa kbir, f 'ħafna każi l-vittma jispiċċa jinsteraq minn ftit flus jew oġġetti personali. L-istess sorsi qalulna li spiss huma l-qraba tal-vittmi li jirrapportaw peress li l-anzjani ma jindunawx li jkunu nsterqu. Fost l-oġġett li ġew irrapportati li nsterqu minn dawn id-djar kienu flus u oġġetti tad-deheb. "Diffiċli biex tipprova li fil-fatt tkun twettqet serqa. Kien hemm sitwazzjonijiet fejn qraba jkunu taw xi ħaġa lill-anzjani residenti li min-naħa tagħhom jgħadduha lil xi membru ieħor tal-familja u wara li jgħaddi xi żmien jiġi dak il-qarib u ma jarax l-oġġett u jirrapporta li jkun insteraq. Ħafna mill- anzjani jkunu nsew lil min taw l-oġġett u jkollok minn dawn il-każi fejn il-qraba ma jiltaqgħux flimkien," qalilna wieħed mis-sorsi. Sorsi oħra qalulna li f 'San Vinċenż de Paule kien hemm rapporti ta' serq li l-Pulizija ma daħlux fihom għax fil-fatt ikunu bejn l-anzjani stess u l-oġġetti jinstabu. Is-sorsi rrakkontawlna żewġ każi fejn f 'wieħed minnhom anzjana għamlet diversi rapporti li sfat misruqa u twaħħal f 'anzjana oħra u l-oġġetti li tkun allegat li nsterqu dejjem instabu. Każ ieħor kien fejn anzjana mietet u statwa u santa li kellha fuq komodina tagħha naqsu. Jidher li anke f 'dan il-każ sar rapport ta' serqa meta fil-fatt dawn instabu għand anzjana oħra li rraġunat li "la l-oħra mietet, allura ma kellhiex aktar bżonnhom." Serq minn djar tal-anzjani . . . Miżuri biex ikun hemm iktar sigurtà Elezzjoni Kunsilli Lokali f 'San Pawl il-Baħar . . . Kandidat Laburista jwiegħed li jittratta t-telqa u l-iżdingar f 'Kunsill Laburista! Il-KanDIDat laburista għall-elezzjonjiet tal-kunsilli lokali alfred grima qassam fuljett ta' propaganda dwar il-kandidatura tiegħu fejn fost oħrajn jispjega l-viżjoni tiegħu għall-lokalità ta' san Pawl il-Baħar. Filwaqt li Grima jisħaq li se jippromwovi s-serjetà u l-prosperità permezz ta' l-onestà u l-integrità, iwiegħed ukoll li se jindirizza l-problemi tal-parkeġġi, li jkun il-vuċi tar-residenti u li se jaħdem biex jitjiebu l-postijiet ta' rikreazzjoni. Grima iżda jwiegħed ukoll li se jressaq mozzjoni sabiex tkun ittrattata t-telqa u l-iżdingar madwar il-lokalità, argument li jikkonferma dak li ilha tisħaq fuqu l-oppożizzjoni Nazzjonalista. Caruana tgħid li jittieħdu miżuri fid-djar tal-Gvern, waqt li fid-djar tal-Gvern mmexxija mill-privat qed isiru l-laqgħat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 March 2105