Illum previous editions

illum 12 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/494413

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Il-Ħadd 12 ta' April 2015 | illum 11 hawn 'il quddiem nitfgħu lil kulħadd f 'keffa waħda u nużaw l-istess riga sabiex mal-ħazin jeħel it-tajjeb ukoll. Jiġri x'jiġri wara dan ir-riżultat għandna dejjem inkomplu naħdmu sabiex nirrispettaw id- delizzji u t-tradizzjonijiet Maltin, tkun żgħira kemm tkun żgħira l-minoranza li tippratikahom. Fl-istess waqt għandna dejjem inkomplu naħdmu bħala pajjiż sabiex il-poplu tagħna jgawdi mill- istess drittijiet li jgawdu ċittadini oħra Ewropej. Andrew Azzopardi – Xandar u lettur l-Università ta' Malta Ħafna drabi nifhmu kampanja li twassal għall- elezzjoni jew referendum eżatt wara li joħrog ir- rizultat! Hemmhekk verament napprezzaw u nifhmu kemm l-istrateġija li tkun intużat kemm kienet effettiva jew le. Li hu żgur huwa li l-poplu f 'din il-kampanja fehem aktar il-kaċċa fir- rebbiegħa x'inhi, l-impatt tagħha u l-kontro-argumenti lil hinn minn min rebaħ jew tilef. Se jkun interessanti naraw kif ir-rizultat ħa jkollu jimpatt fuq il-mexxejja tal-partiti ewlenin li t-tnejn kienu ddikjaraw li ħa jivvutaw favur il-kaċċa fir- rebbiegħa anke jekk kien hemm deċiżjoni konxja li ma jkunx hemm kampanji fuq livell ta' partiti. Jien fil-fehma tiegħi li noħroġ minn dan l-eżerċizzju huwa kemm bħal poplu jekk verament nemmnu f 'xi kawża nistgħu nieħdu azzjoni. Illum il-ġurnata f 'dan il-pajjiż għandna diversi strutturi li qed jgħinuna biex ninvolvu ruħna. Dan fih innifsu huwa ta' ġid enormi, jiġifieri l-proċess li bih wasalna biex għandna referendum - li kien proċess ta' involviment taċ-ċittadini. Dan il-pajjiż li fost kollox jidher biċ-ċar li dak li jdejqu fil-politika huwa t-titubaġni u d-daqqiet ta' sieq minn taħt il-mejda u mhux li jiddiskuti u jittratta xi tema jew oħra. Matthew Agius – President MZPN Il-vot dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa hu wieħed storiku. Dan se jkun l-ewwel referendum abroggativ f 'pajjiżna, u fl- istess ħin se jkun l-ewwel darba li l-poplu Malti u Għawdxi mexxa hu l-kampanji ta' informazzjoni għall-pubbliku. Jiġri x'jiġri, ninsab kburi li bħala MZPN, il-fergħa taż-żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista, iffukajna fuq li nħeġġu n-nies jipparteċipaw bil-vot tagħhom irrispettivament għall-mod kif se jivvota, għaliex minkejja li lkoll bl-opinjoni tagħna, dan hu referendum imsejjaħ mill- poplu u kienet esperjenza pożittiva li kien il-poplu li kkampanja kemm jekk favur u kemm jekk kontra. Iffukajna wkoll fuq il-kampanja tal-kunsilli lokali. Ħdimna biex ġbidna ż-żgħażagħ iktar viċin tagħna, u nħossu li għamilna differenza pożittiva bil- preżenza tagħna. F'dan l-istadju nistenna li jkun xi jkun ir-riżultat, għandu jkun irrispettat u eżegwit minnufih, kemm mill-awtoritajiet u l-politiċi, kif ukoll miż-żewg naħat tal- kampanja u l-poplu. Dan ir-referendum kien ukoll opportunità mitlufa għall-Gvern biex juri li jemmen fil-Vot 16 għaliex ingħata l-vot għall-kunsilli lokali u għar-referendum le - xi ħaġa li r-raġuni għaliha, jafha hu biss. Nittama li din tkun ta' lezzjoni u jinfetħu bil-fatti l-orizzonti għal parteċipazzjoni ċivika għaż- żgħażagħ ta' 16 u 17-il sena, u mhux bil-kliem biss. "Dan il-pajjiż li fost kollox jidher biċ-ċar li dak li jdejqu fil-politika huwa t-titubaġni u d-daqqiet ta' sieq minn taħt il-mejda u mhux li jiddiskuti u jitratta xi tema jew oħra" - Andrew Azzopardi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 April 2015