Illum previous editions

illum 12 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/494413

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

18 illum | Il-Ħadd 12 ta' April 2015 Ħ ajti fil-politika ma kinitx xi waħda ordinarja. Dawk li huma qrib tiegħi qatt ma fehmu għalfejn dħalt fil-politika. Nifhem għaliex jaħsbuha hekk. F'moħħ kulħadd li toħroġ għall-politika jfisser li tagħmel karriera ta' suċċess wara l-ieħor. L-ewwel toħroġ kandidat. Wara t-tieni darba jekk hux ukoll mill- ewwel darba titla' fil-Parlament. Timmira u jirnexxielek issir ministru meta l-partit tiegħek jkun fil-gvern. Ikollok il-benefiċċji kollha li dan kolllu jgib miegħu, għalkemm nista' nassigura li hemm aktar piżijiet. Jekk mhux ukoll wara li issir ministru, biex is-suċċess ikun komplet, tilħaq kariga aktar ogħla minn dik ta' ministru. Għalhekk f 'ħajtek tkun għamlit suċċess u biex meta tirtira tibda tirċevi anke l-pensjoni tal-Parlament. Parti għaliex ridt jiena u parti għaliex kif ġew l-affarijiet, ħajti fil-politika ma imxietx ma' din il-mogħdija li minnha għaddew jew xtaqu jgħaddu dawk il-mijiet li għazlu l-ħajja pubblika. Ma ddejjaqx ngħid li ħajti kienet biex ngħid hekk, ħafna anqas konvenzjonali minn ta' ħaddieħor. Minkejja kollox, minkejja li għazilt li naqbad it-triq politika extra-parlamentari, xorta waħda għandi is-sodisfazzjoni, li tajt aktar minn sehmi biex ninfluwenza għall- aħjar il-politika Maltija. Tajjeb jew ħażin, id-deċiżjoni li kont ħadt fl-1989 meta kont president tal-Partit Laburista, anke jekk spiċċajt ħażin b'espulsjoni mill-partit, kienet ix-xrara li kebbset il-ħuġġieġa tat-tibdil f 'dak il-partit. Ma jiddispjaċini xejn, li wara dak il- perjodu flimkien ma oħrajn waqqaft l-Alternattiva Demokratika. Iż- żmien li għamlit naħdem fiha kien wieħed ta' sfida u taħriġ kbir fil- mod kif taħdem is-sistema politika f 'pajjiżna fil-każ ta' minoranzi. Kburi, li għalkemm illum m'għandiex fiha, u tajjeb jew ħażin illum jiena Deputat Mexxej ta' Partit kbir rivali tagħha, l-Alternattiva Demokratika għadha mimlija ħajja. Nemmen li tat kontribut sinjifikanti għall-politika f 'Malta, b'mod partikolari fil-qasam tal- amabjent u drittijiet ċivili. Ma niddejjaqx ngħid li kull darba li kont f 'dibattitu u kien hemm l-AD rappreżentata, għal xi raguni dejjem ħassejtni li qisu għandi ħabib miegħi anke jekk jikkritikawni u ma jaqblux miegħi. Ħasra jekk qatt din il-formazzjoni politika tgħib jew tispiċċa, għaliex tkun telfa kbira għad-dibattitu politiku f 'pajjiżna. Wara snin barra l-Partit Laburista erġajt dħalt naħdem fih. Kien ta' sodisfazzzjoni kbir għalija li d-delegati ta' dak il-partit għażluni b'qawwa kbira biex mhux biss nerga' inkun membru, iżda li nokkupa waħda mill-ogħla karigi ta' f 'dan il-partit. Forsi kariga li li kieku ma ġarax dak li ġara fl-1989 kont destinat li nokkupa ħafna qabel. Iżda s-sodisfazzjon li sebgħa snin ilu għażluni bħala Deputat Mexxej kien il-fatt li bil-pulit qaluli li storikament kelli raġuni għal dak kien ġara għoxrin sena qabel. Żewg affarijiet huma ċerti dwari, li għalkemm stajt qatt ma kont fil- Parlament u lanqas ma jidher li qatt nista' inkun. Il-Parlament qisu qatt ma riedni. Meta darba kkontestjat mal-Partit Laburista fl-1987 għalkemm kien ġieni ċ-ċans għall- co-option, jiena ma ħadtux. Meta kont nikkontesta għall-elezzjonijiet generali mal-Alternattiva Denokratika, l-eżerċizzju kien purament teoretiku. Meta dħalt fil-kariga ta' Deputat Mexxej fil-Partit Laburista, jiena stess insistejt li tidħol fl-Istatut tal- Partit Laburista, li min ikun qiegħed jokkupa din il-kariga ma setax joħroġ għall-elezzjonijiet ġenerali. Tkun tassew ħasra jekk qatt xi darba xi ħadd jgħaddilu minn moħħu li jbiddel din il-kwalifika, għax biha fil-Partit Laburista tnisslet serenità politika kbira. Ħdimt u stinkajt fil-politika mingħajr qatt ma daħħalt xejn materjalment. Pjuttost tlift, ħriġt il-flus mill-but u l-karigi kollha li okkupajt fil-partit dejjem kienu bla ħlas u remunerazzjoni. Saħansitra l-mobile noħroġ minn buti biex ma inkunx ta' piż fuq il-partit. B'għib kbir għalija, ġieli anke ġibt l-interessi tal-familja tiegħi wara l-impenn politiku tiegħu u nifhem għaliex dawk li huma qribi ma jifhmux għaliex għamilt dan kollu. Għamilt dan kollu għaliex kelli ħolma antika li dejjem ridt nara li sseħħ. L-ikbar ħolma kienu d-drittijiet ċivil li kemm qabel, waqt u wara li kont fl- Alternattiva Demokratika dejjem tkellimt dwarhom b'saħħa kbira u konvinzjoni. Ħdimt fil-politika bil-qawwa kollha għaliex dejjem emmint li biex tkun fil-politika m'hemmx bżonn tkun fiha f 'sens tradizzjonali. Dan għamiltu kemm bħala avukat u kif ukoll b'mod dirett bil-parteċipazzjoni xejn ortodossa tiegħi fil-perjodi differenti li għaddejt minnhom. Ma niddejjaqx nammetti li kelli l-mumenti diffiċli tiegħi, li mhux biss affettwaw lili, iżda anke lill- familja tiegħi. Kont naħseb li l-agħar mument kellu jkun dak tal-1989, sakemm ġie dak tal-2013, fejn żebilħuni, kasbruni u għadhom sal-lum jipprovaw idaħħku bija: l-inċident tal-blokka l-bajda, li kien il-frott ta' kongura bejn ċertu Richard Vella, li kien barman ta' ċentru politiku u dak li suppost onorabbli David Aguis – b'tal- aħħar jipprova jagħlaqli ħalqi għall-bassezzi li kien għamel waqt l-eżamijiet fl-Università. Dan kien inċident li kaxkar lil missieri fil- qabar. Pingewni ikrah għaliex ma ridtx ħmieġ fiċ-ċentri tagħna. Niftakar li propju ftit sigħat qabel l-elezzjonijiet tal-2013, Simon Busuttil kien baqa' jinsisti li għandi nirriżenja. Meta qalli hekk konna fuq il-programm TVPM ta' Norman Vella. It-twegiba tiegħi kienet li inħallu għall-ġudizzju tal-poplu biex jiddeċiedi. Għedtlu ukoll li iħallu lill-poplu sovran jiddeċiedi min għandu kirrizenja jekk hux jiena jew hu. Il-poplu iddeċieda. Mhux biss baqa' hemm, mhux biss sar Kap tal-PN, iżda saġansitra digà qiegħed jiġġustifika li jibqa' fejn hu anke jekk jitlef l-elezzjoni li jmiss! Issa għal darb'oħra, reggħu qabdu miegħi f 'dawn l-elezzjonijiet, li saru fl-isfond tal-ħmieġ li kien għaddej Għawdex bil-moħbi. Qalgħu frazi minn diskors minn barra il-kuntest li għamilt u li użajt bl-aktar mod sarkistiku u Simon Busuttil rega', għat-tieni darba, wara dik tal- blokka, jiskandalizza ruħu bija! Rega' għamel l-iżball li attakka lili meta jaf li jiena onestissimu f 'dak kollu li nagħmel. Ma ħax skandlu b'Toni Bezzina, ma ħax skandlu b'David Aguis, ma ħax skandlu b'Tonio Fenech meta kien minsitru, ma ħax skandlu meta bil-moħbi balla politiċi ħadu żieda fl-onorarja, ma ħax skandlu bl-iskandlu tax- xiri taż-żejt, ma ħax skandlu b'lista twila ta' griefex u tawħid li ma jintesew qatt u ħa skandlu b'xi haga li jiena għedt b'sarkażmu. Kif dejjem għedtlu: ibati minn infantiliżmu politiku. Iżda għal darb'oħra: inħallu lin- nies jiddeċiedu - bejn min daħal għal politika biex jieħu u min daħal għaliha biex jagħti. Għaliex dħalt fil-politika TONI ABELA Ma niddejjaqx nammetti li kelli l-mumenti diffiċli tiegħi, li mhux biss affettwaw lili, iżda anke lill-familja tiegħi. "Għamilt dan kollu għax kelli ħolma antika li ridt nara li sseħħ" - Toni Abela

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 April 2015