Illum previous editions

illum 12 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/494413

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 12 ta' April 2015 | illum 27 SPORTSillum SPORTSillum KLASSIFIKA KAMPJONAT BARCLAYS PREMIER Tim L PTI Chelsea 30 70 Arsenal 32 66 Man Utd 31 62 Man City 31 61 Southampton 32 56 Liverpool 31 54 Spurs 32 54 Swansea 32 47 West Ham 32 43 Stoke 32 43 Crystal Palace 32 42 Everton 32 38 Newcastle 31 35 West Bromwich A. 32 33 Aston Villa 33 32 Sunderland 32 29 Hull City 32 28 QPR 32 26 Burnley 32 26 Leicester City 31 25 KLASSIFIKA KAMPJONAT BOV PREMIER Tim L Pti Hibernians 28 46 Birkirkara 29 39 Valletta 28 37 Balzan 28 30 Floriana 28 29 Sliema W. 28 22 Mosta 29 20 Naxxar L. 28 18 Qormi 29 15 Pietà H. 29 12 Zebbug R. 28 12 Tarxien R. 28 11 RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 11 ta' April Swansea City vs Everton 1-1 Southampton vs Hull City 2-0 Sunderland vs Crystal Palace 1-4 Tottenham H. vs Aston Villa 0-1 West B.Albion vs Leicester City 2-3 West Ham United vs Stoke City 1-1 Burnley vs Arsenal 1-0 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 12 ta' April 14:30 Queens P. Rangers vs Chelsea 17:00 Manchester U. vs Manchester C. Il-Ħadd 13 ta' April 21:00 Liverpool vs Newcastle United Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 11 ta' April Genoa vs Cagliari 2-0 Parma vs Juventus 1-0 Hellas Verona - Inter 0-3 Fixtures Serie A TIM Il-Ħadd 12 ta' April 12:30 Cesena vs ChievoVerona 15:00 Atalanta vsSassuolo 15:00 Lazio vs Empoli 15:00 Napoli vs Fiorentina 15:00 Torino vs Roma 15:00 Udinese vs Palermo 20:45 AC Milan vs Sampdoria Parma jixxukkjaw lil Juventus u Arsenal jikkonsolidaw it-tieni post FILKAMPJONAT Taljan Serie A TIM, kellna fost l-iktar riżultati sorprendenti tal-istaġun, meta Parma li jinsabu falluti u destinati li jkunu relegati għall- Kampjonat tas-Serie B fi tmiem l-istaġun, ġewwa darhom fi Stadio Tardini għelbu lil Juventus li jinsabu favoriti netti li jirbħu l-Kampjonat tas-Serie A, bl- iskor minimu ta' 1-0. Il-gowl uniku u tant importanti għal Parma wasal b'mod spettakolari minn Jose Mauri fil-61 minuta. Intant, f 'logħba oħra, Genoa ġewwa darhom fi Stadio Marassi għelbu lil Cagliari bl-iskor ta' 2-0 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Mbaye Niang u Iago Falque, f 'temp ta' sitt minuti biss. Fil-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilerra, Arsenal barra minn darhom għelbu lil Burnley bl-iskor minimu ta' 1-0, biex komplew jikkonsolidaw it-tieni post fil-klassifika, bil-gowl uniku tagħhom fil-logħba jasal minn Aaron Ramsey wara biss 12 -il minuta logħob. Aston Villa barra minn darhom f 'White Hart Lane ħasdu lil Tottenham Hotspur meta għelbuhom bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl għalihom jasal minn daqqa ta' ras tal-attakkant prolifiku Belġjan, Christian Benteke, fil-35 minuta. Tajjeb ngħidu li Aston Villa temmew il- konfront jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Carlos Sanchez wara li rċieva żewġ karti sofor fil-logħba. Southampton ġewwa darhom għelbu lil Hull City bl-iskor ta' 2-0, biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Victor Wanyama u minn penalty ta' Jamie Ward- Prowse. Crystal Palace barra minn darhom kisbu rebħa impressjonanti ta' 4-1 kontra Sunderland, bl-erba' gowls għalihom jaslu minn hat- trick ta' Yannick Bolasie, li niftakruh jilgħab ma' Floriana fil-Kampjonat BOV Premier f 'pajjiżna, waqt li l-gowl l-ieħor għalihom wasal minn Glenn Murray fit-48 minuta. Min-naħa l-oħra l-gowl uniku għal Sunderland fil- logħba wasal minn Connor Wickham propju fid-90 minuta. Fil-konfroimt bejn WBA u Leicester City, rajna xejn inqas minn ħames gowls b'Leicester City ikunu huma li joħorġu rebbieħa bl-iskor ta' 3-2. It-tielet gowls għalihom waslu minn David Nugent, Robert Huth u Jamie Vardy fid-90 minuta. Min-naħa l-oħra ż-żewġ gowls għal WBA wasku minn Darren Fletcher u Craig Gardner rispettivament. Swansea City u Everton temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 1-1 bil-gowl għal Swansea City jasal minn penalty ta' Jonho Shelvey fid-69 minuta waqt li kienu Everton li fetħu l-iskor permezz ta' Aaron Lennon fil-41 minuta. Bl-istess skor intemm il-konfront bejn West Ham United u Stoke City b'Aaron Cresswell ikun huwa li jiftaħ l-iskor għall-Hammers wara biss seba' minuti logħob, iżda Marko Arnautovic ġab l-iskor indaqs għal Stoke City propju fid-90 minuta. L-awtur tal-gowl spettakolari għal Parma Jose Mari f'konfrint għall-ballun mal- plejer ta' Juventus, Kingsley Coman Aaron Ramsey jiskorja d-disa' gowl tiegħu mal-Gunners tul dan l-istaġun, fit-12-il minuta kontra Burnley

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 April 2015