Illum previous editions

illum 12 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/494413

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

STATISTIKA maħruġa mill- NSO turi li matul is-sena li għaddiet ġew Malta 77,550 student biex jitgħallmu l-Ingliż. L-istudju tal-Ingliż f 'pajjiżna jammonta għal 4.4% tal-wasliet totali f 'Malta fl-2014. Il-maġġoranza tal-istudenti, jiġifieri 28.3% qagħdu ma' host families, filwaqt li 18.1% għażlu li joqogħdu f 'lukanda waqt li jkunu f 'Malta. Jgħallmu lil dawn l-istudenti kien hemm 1,414-il għalliem u għalliema - li l-maġġoranza tagħhom kienu fuq bażi part-time. Mitlub minn din il-gazzetta biex jikkummenta dwar dawn il-figuri, il-Ministru għat- Turiżmu Edward Zammit Lewis qal li aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar dawn l-iskejjel qed ikunu ta' attrazzjoni għall-studenti minn madwar id-dinja kollha. "L-iskejjel tal- lingwa Ingliża f 'Malta huma rinomati għas-serjetà tagħhom fil-livell kemm ta' tagħlim u kif ukoll fis-servizz li jagħtu lill-istudenti." Zammit Lewis qal li hemm fatturi oħra li jiġbdu lill- istudenti u l-ġenituri tagħhom sabiex jagħżlu lil pajjiżna biex jattendu għall-kors fil-lingwa Ingliża. "Il-fatt li l-lingwa Ingliża l-ilsien uffiċjali ġewwa pajjiżna tħajjar aktar lil dawn l-istudenti li jagħżlu lil Malta u kif ukoll għall-fatt magħruf li l-poplu Malti għandu l-kultura li jitkellem u jitgħallem diversi lingwi." Il-Ministru kompla jgħid li pajjiżna huwa wkoll magħruf li huwa pajjiż sigur u li għalkemm ċkejken u limitat joffri attrazzjonijiet u divertiment ta' l-ogħla livell. "Dan jimlina b'ottimiżmu u b'kuraġġ sabiex inkomplu nsaħħu l-prodott turistiku Malti u billi l-Gvern ikompli jinvesti fit-tisbiħ u r-restawr u fil-manutenzjoni infrasstrutturali ta' pajjiżna. Dawn ir-riżultati pożitivi għandhom ikunu ta' inkoraġġiment għall-privat ukoll sabiex ikompli jinvesti u jtejjeb u jkabbar is-servizzi u l-operat tiegħu." Zammit Lewis qal li l-frażi 'bit-turiżmu jiekol kullħadd' saret kważi qawl Malti. "U fil-verità, għaliex it-turiżmu f 'pajjiżna jmiss lil kullħadd. Biżżejjed naraw li aktar minn 28% tal-istudenti kienu qegħdin joqogħdu ma' host families fl-2014." Il-Ministru temm jgħid li dawn l-istudenti li jżuru pajjiżna għandhom il- kredenzjali sabiex jiġu mitqiesa bħala ambaxxaturi turistiċi tagħna ġewwa pajjiżhom. "L-esperjenza pożittiva li kapaċi joffrilhom pajjiżna jitrażmettuha mal- familjari u l-ħbieb tagħhom u b'hekk jitkattar it-turiżmu f 'pajjiżna partikolarment meta qed naraw li qed niġbdu aktar lejna studenti minn pajjiżi l'barra mill-Ewropa, pajjiżi li b'ottimiżmu nħarsu lejhom bħala sors importanti għall- tkattir f 'turiżmu ta' kwalità ġewwa pajjiżna." Tkellimna wkoll mad- Deputat Nazzjonalista u kelliem għat-Turiżmu Antoine Borg li min-naħa tiegħu qal li l-Oppożizzjoni tilqa b'sodisfazzjon ir- riżultati miksuba f 'dik li llum żviluppat bħala industrija tat-tagħlim tal-Ingliz. "Is- suċċess miksub huwa dovut għal diversi raġunijiet, uħud minnhom, relatati mal- prodott turistiku inġenerali li joffri pajjiżna, oħrajn, grazzi għal inċentivi li ngħataw tul is-snin, l-investimeti mill- istess operaturi, u kif ukoll, l-esperjenza unika li jagħtu l-host families lill-istudenti li jiġu jżuruna." Il-kelliem Nazzjonalista kompla jgħid li bla dubju ta' xejn, il-konnettività ta' pajjiżna ma' destinazzjonijiet ġodda, għenet biex ikun hawn żieda sostanzjali fis-seat capacity lejn pajjżina. "Dan inkluda wkoll għadd ta' studenti li żaru pajjiżna għat-tagħlim tal- Ingliż." Borg qal ukoll li t-tagħlim mhix l-uniku attività li sseħħ waqt li l-istudenti jkunu f 'pajjiżna. "It-tisbiħ ta' pajjiżna, l-investiment f 'infrastuttura kummerċjali u kulturali dejjem isbaħ, u t-tisħiħ tal-esperjenza turistika f 'pajjiżna jgħinu biex inkunu aktar attraenti." Antoine Borg kompla jgħid li fit-tagħlim tal-Ingliż, hemm ir-reputazzjoni li pajjiżna bena għalih innifsu bħala ċentru ta' eċċellenza. "Dan hemm bżonn insaħħuh, billi ntejbu b'mod ġenerali l-użu u l-kitba tal-lingwa Ingliża f 'pajjiżna, kemm bħala parti mill-mod kif nikkomunikaw bejnietna, u kif ukoll mat- turisti li jżuruna." Il-kelliem saħaq li l-potenzjal li hemm f 'dan il-qasam huwa enormi. "Ir- riżultati, li nenfasizza huma tajbin, jirrappreżentaw perċentwal żgħir mill- potenzjal li jista' jiġi sfruttat minn din l-industrija. M'inhix ngħid hekk bi kritika, iżda biex nenfasizza l-opportunità biex inkabbru dan is-settur." Temm jgħid li l-Partit Nazzjonalista jemmen għaldaqstant li dawk kollha involuti f 'dan is- settur, jeħtieġ li jkomplu jesploraw x'inhu meħtieġ biex inkabbru l-kapaċità ta' pajjiżna f 'termini ta' spazju biex jilqa aktar studenti, u biex l-esperjenza tagħhom tkun wahda pozittiva. "Fid-dawl ta' dan kollu, l-Oppożizzjoni, kif għamlet meta fil-gvern, hija totalment impenjata li taħdem f 'parti minn sforz nazzjonali, biex pajjiżna jsaħħah il-pożizzjoni tiegħu f 'din l-industrija, u biex din l-industrija, issaħħaħ il- pożizzjoni tagħha f 'pajjiżna. Intant, Daniel Xerri – iċ- Chairperson għall-Bord ta' Moniteraġġ tal-EFL, li tieħu ħsieb ir-regolazzjoni ta' għalliema tal-Ingliż f 'Malta saħaq li "dawn l-istatistiċi jikkonfermaw li din l-industrija hija waħda kompetittiva sew fuq livell internazzjonali. Nies minn madwar id-dinja jħarsu lejn Malta bħala id-destinazzjoni biex jistudjaw l-Ingliż. Barra minn hekk, il-kontribut ta' din l-industrija għas-settur tat- turiżmu huwa sinjifikanti." Dan kompliet titkellem fuqu Sue Falzon, Senior Manager fuq l-istess bord fejn qalet li "dan it-tkabbir juri li l-istrateġija ta' Malta biex tħares li jkun hemm tkabbir sostenibbli f 'dan is-settur hija waħda effettiva. Barra minn hekk juri wkoll r-reputazzjoni li għandha Malta bħala ċentru globali ta' eċċellenza fit- tagħlim tal-lingwa Ingliża." Il-Ħadd 12 ta' April 2015 | illum 7 77,550 student f 'Malta biex jitgħallmu l-Ingliż fl-2014 Il-kontribut ta' din l-industrija għas-settur tat-turiżmu huwa sinjifikanti ħafna - speċjalment fil-lokalitajiet fejn l-aktar huma kkonċentrati l-iskejjel

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 April 2015