Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/494413
Il-Ħadd 12 ta' April 2015 | illum 9 kien għassa isfel ħdejn il-bieb induna bih, ordnalu jinżel fl-art, resaq lejh u filwaqt li kompla jipponta s-senter lejh, ħadlu radju li jintuża bejn il-membri tas-sigurtà minn idejh. 7.36.46pm – Il-Pajero tidher għadha wieqfa quddiem il-Casino bis-sewwieq jistenna lil sħabu bil-bieba miftuħa kemm fejn kien hu u dik ta' wara għal-lest. Dan il-kompliċi jidher li kien liebes xi tip ta' tracksuit bi kliem b'ittri kbar miktubin fuq quddiem u kellu wiċċu mgħammad ħlief għal għajnejh. 7.36.55pm – Il-ħalliel li kien wara l-bank tal-kaxxiera jidher jaqbeż lura. 7.37.05pm – It-tliet ħallelin ħarġu mis-sala tal-logħob u niżlu isfel bil-ġiri. 7.37.27pm – L-erba' kriminali ħarġu mill-bini tal-Casino u daħlu fil-vettura min-naħa ta' wara. 7.34.41pm – Il-ħallelin ħarbu minn fuq il-post b'veloċità eċċessiva fid- direzzjoni ta' Sant'Anġlu. 7.39.21pm – Jaslu l-ewwel Pulizija li jidher li huma dawk tad-Distrett. B'hekk fi spazju ta' tliet minuti u 13-il sekonda l-ħallelin waslu, daħlu fil- Casino, wettqu s-serqa u ħarbu minn fuq il-post. Minbarra flus kontanti u ċekkijiet, insterqu wkoll arloġġ u ġiżirana tad-deheb li l-valur tagħhom mhux magħruf. Is-serqa damet biss ftit minuti fejn il-ħallelin irnexxielhom iwettqu serqa ta' aktar minn €380,000, għalkemm din is-somma qatt ma ġietx ikkonfermata mill- kumpanija Casino di Venezia. Hemm min sal-lum jemmen li l-ħallelin kellhom lil xi ħadd minn ġewwa fejn qatt ma ntqal għaliex is-safe tħalla miftuħ meta kien hemm ammonti kbar ta' flus u oġġetti oħrajn ta' valur fih. Ħarba ppjanata Bi pjan maħsub sew minn qabel, il-ħallelin minflok reġgħu ħarġu lejn Xatt ir- Risq u saqu lejn Bormla, jew Ħaż-Żabbar jew l-Isla, saqu b'veloċità eċċessiva lejn Sant'Anġlu fejn kien hemm speedboat bajda tistenna b'kompliċi fiha. Iżda qabel ħarbu bl-ispeedboat, il- ħallelin tefgħu il-karozza fil-baħar. La din l-ispeedboat u lanqas il-ħallelin qatt ma nstabu fejn kien hemm min qal li mill-Birgu dawn setgħu baqgħu sejrin lejn Sqallija jew iltaqgħu ma' xi opra tal- baħar 'il barra mill-port. Iżda sorsi li tkellmu ma' ILLUM qalulna li l-probabbilità hija li mill-Birgu baqgħu sejrin lejn il-Marsa fejn trakkaw fil-post magħruf bħala ħdejn it-tined tal-patata fejn seta' kien hemm xi vettura oħra tistennihom. Kif ingħata l-allarm marru fuq il-post il-Pulizija mill- Iskwadra tal-Mobile kif ukoll tad-Distrett. Peress l-ħallelin ħarbu minn fuq il-baħar il-Pulizija għamlu patrol mal- kosta kollha ta' Malta b'mod partikolari madwar il-Port il- Kbir. Tfittxija oħra saret mill- ajru permezz tal-ħelikopter Alouette tal-FAM li għamel tfittxija bil-kamera infrared filwaqt li saret ukoll tfittxija minn fuq il-baħar mil- Iskwadra Marittima tal-FAM permezz tal-lanċa Melita. Fuq il-post tal-hold-up marru diversi uffiċjali tal-Pulizija fosthom l-eks Deputat Kummissarju Joe Cachia li llum huwa l-Kmandant tal-Akkademja tal-Pulizija, l-Assistent Kummissarju Pierre Calleja li llum huwa Deputat Kummissarju u l-Ispetturi Joe Mercieca, Keith Arnaud, Anthony Agius mid-DIK u l-eks spettur Jesmond Borg flimkien mas-Surġent James Gauci mill-Għassa ta' Bormla. B'dan il-hold-up spettakolari ġie informat il-Maġistrat tal- Għassa Dr Silvio Meli, illum Imħallef, li min-naħa tiegħu ordna inkjesta u ħatar diversi esperti tal-Qorti flimkien mal-Uffiċjali tax-Xena tar- Reat. Qatt ma kkonfermaw l-ammont misruq Id-diretturi tal-Casino di Venezia qatt ma qalu pubblikament kemm kienu nsterqu flus waqt il-hold-up tant li kulma qalu kienu li l-ammont kien ta' aktar minn €100,00. Sorsi qrib l-istess Casino kienu qaluli li l-ħallelin kienu serqu aktar minn €380,000, ammont li qatt ma ġie miċħud. Minn aktar stħarriġ irriżulta li l-karozza Mitsubishi Pajero li użaw il-ħallelin kienet irrapportata misruqa lejn l-aħħar ta' Jannar 2010. Kif ħarġu mill-bini tal- Casino di Venezia, il- kriminali dehru jidħlu fil-Pajero fejn kien hemm kompliċi jistenna li x'aktarx ukoll kien armat. Għalkemm il-Pulizija ma setgħux jikkonfermaw, mhux eskluż li fid-daħla li tagħti għal fejn illum hemm il-Vittoriosa Waterfront seta' kien hemm kompliċi ieħor għassa għall- Pulizija. Għalkemm il-Pulizija kienu ġabru xi persuni b'konnessjoni ma' dan il- hold-up, li huwa meqjus bħala wieħed mill-akbar hold-ups f 'pajjiżna, għalkemm kien hemm oħrajn akbar, s'issa dan il-każ għadu mhux solvut. Prominenza fl-aħbarijiet fl-Italja Dan il-hold-up ingħata prominenza wkoll mill- mezzi tax-xandir Taljani li skont it-TG5 s-somma ta' flus li nsterqet f 'dan il- hold-up kienet ta' €500,000. Il-mezzi tax-xandir Taljan saħansitra qalet li l-grupp ta' ħallelin kien magħmul minn kriminali Taljani, Torok u Alġerini, iżda sorsi ikkonfermaw li xi ħadd mill- ħallelin instema' jitkellem bil-Malti u jemmnu li dawn kienu Maltin fosthom uħud li huma magħrufin mal- Pulizija. Aggredit fotografu ta' Times of Malta Id-diretturi tal-Casino di Venezia ma tantx ħadu gost bil-preżenza tal-media lokali. Fil-fatt hekk kif fuq il-post wasal il-fotografu tal-ġurnal The Times of Malta biex jaqdi d-dmirijietu, safa aggredit mill-kap tas-sigurtà tal- Casino di Venezia u diversi impjegati oħrajn. Il-fotografu sofra diversi ġrieħi. Il-kriminal li baqa' isfel għassa, jipponta l-arma lejn membru tas-sigurtá tal-Casino L-erba' ħallelin jidhru jaħarbu mill-Casino mill-akbar serqiet f 'Malta waqt hold-up fil-Casino di Venezia Dan il-hold-up ingħata prominenza wkoll mill-mezzi tax-xandir Taljani, li skont it-TG5 s-somma tal-flus li nsterqet f 'dan il-hold- up kienet ta' €500,000