Illum previous editions

illum 12 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/494413

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 12 ta' April 2015 | illum 31 SPORTSillum Tixgħel il-bozza l-ħamra għall-nanzi ta' numru ta' klabbs s-Serie A IDDEJN totali ta' klabbs fis-Serie A matul l-istaġun li għadda żdied għal iktar minn 1.7 biljun Ewro bis- sitwazzjoni fil-klabb li jinsab ankrat fil-qiegħ tal-klassifika tas-Serie A, Parma, hija waħda sintomatika ta' kampjonat mifni b'diffikulta finanzjarja ġenerali. Parma, jinsabu kważi falluti b'salarji lill-players ilhom ma jiġu mħallsa sa minn Lulju li għadda. Madanakollu, investigazzjoni li saret mill- gazzetta Taljana Gazzetta dello Sport ħarġet fil-beraħ li Parma mhumiex l-uniku tim li għandhom problemi finanzjarji serji. Inter u Roma, żewġ ġganti tal-futbol Taljan u mhux biss, għandhom problemi serji ta' dejn u għalhekk huma suġġetti wkoll għal investigazzjonijiet rigward UEFA Financial Fair Play li jistgħu iwasslu għar-restrizzjonijiet imposti fuqhom fil-kamp Ewropew, matul l-istaġun li ġej. Kienu biss sitt timijiet matul il-kampjonat tas-Serie A tas-sena li għaddiet li rnexxielhom inaqqsu l-ispiża totali relatati mas-salarji tal-plejers, bi 12-il team l-ieħor ikollhom żieda meta kkumparat ma' tliet staġuni ilu. Madankollu, il-klabbs kollha apparti Parma rnexxielhom jilħqu deadines b'mod regolari għal pagamenti ta' salarji u taxxi, għalkemm qamu mistoqsijiet rigward minn fejn dawn il-flus ikunu ġejjin. Fil-ħames snin li għaddew, id-dejn totali fis-Serie A żdied b'27 % bl-ikbar sors ta' flus jasal mid-dħul marbut ma' drittijiet televiżivi u minn kummerċ li jsir mit-transfer market. Dħul minn operazzjonijiet marbuta marbuta mal-logħob tal-ġurnata huwa wieħed li qed jistaġna, jekk mhux qed jonqos b'mod drastiku ukoll f 'ċerti każi. Dan nistgħu ukoll inqabbluh ma' x'qed jiġru fil- futbol Malti. Anki Juventus li huma s-sidien tal-istadium tagħhom –il-Juventus Stadium, qed jesperjenzaw telf regolari f 'dak li għandu x'jaqsam finanzi. Il-Bianconeri rnexxielhom inaqqsu t-telf tagħhom minn €95.4 miljun fl-2010 għal biss €6.7 miljun matul is-sena li għaddiet, waqt li huma qed jittamaw li jżidu d-dħul tagħhom għall- fatt li huma l-uniku club Taljan li rnexxielu jilħaq l-istadji tan-knockout tal- UEFA Champions League u għalhekk jevitaw li jispiċċaw b'telf fi tmiem l-istaġun 2014- 15. It-tim immexxi mill- President u imprenditur Taljan Aurelio De Laurentis, Napoli, ilhom jagħmlu profitti għal dawn l-aħħar tmien staġuni konsekuttivi grazzi għall-flus li daħlu mill- UEFA Champions League matul l-istaġun li għadda kif ukoll il-bejgħ ta' Edinson Cavani għal ma' Paris St Germain. Induru għal-Lazio fejn il-fatt li huma naqqsu s-salarji tagħhom għenhom biex jirreġistra profitt matul l-istaġun li għadda, grazzi wkoll għall-bejgħ tal-Brażiljan Hernanes lill-Inter kif ukoll minħabba d-dħul li huma kisbu mill-UEFA Europa League. Jekk nieħdu l-każ ta' Inter, dan it-trasferiment ta' Hernanes inkluż, Inter, irreġistraw iktar telf mill- clubs kollha Taljani matul l-istaġun li għadda b'iktar minn 100 miljun Ewro, liema telf il-President tagħhom il-biljunarju Indoneżjan Erick Thohir, jittama li jikkanċella għal kollox tul il-ħames snin li ġejjin. Inter qed jagħmlu minn kollox biex isaħħu l-finanzi tagħhom l-iktar billi jbigħu l-brand tagħhom internazzjonalment u li jirnexxielhom jikkwalifikaw għall-UEFA Champions League billi jtemmu l-kampjonat fit-tielet post – xi ħaġa li hija improbabbli li tiġri speċjalment wara l-aħħar telfa li huma ġarrbu ġewwa darhom fis-San Siro bl-iskor minimu ta' 1-0 kontra Fiorentina. Biex inkomplu nitkellmu fuq il-każ ta' Inter żgur li ma kinitx b'kumbinazzjoni li huma akkwistaw lil Lukas Podolski u Xherdan Shaqiri matul din ix-xitwa b'self. Dan hekk kif jekk huma ma jirnexxielhomx jiksbu post fil-UEFA Champions League, huma jistgħu jibagħtu lil dawn iż-żewġ plejers lil Arsenal u Bayern Munich rispettivament mingħajr ma jkollhom jirreġistraw infiq konsiderevoli matul is-sajf li ġej li mbagħad ma jkunux jistgħu jirkupraw minnu matul l-istaġun ta' wara. Jekk Inter ma jirnexxielhomx jiksbu post lanqas fil-UEFA Europa League, huma jistgħu ikunu kostretti jbigħu plejers ferm importanti fosthom Mateo Kovacic, Mauro Icardi u Fredy Guarin minflok jikkunsidraw li jsaħħu l-iskwadra tagħhom. B'hekk iż-żmien li huma kienu jikkompetu u anki jirbħu l-UEFA Champions League fis-snin riċenti taħt it-tmexxija tal-'Ispecial One', Jose Mourinho, jidhru biss memorja distanti. Parma, Inter u Roma - tliet klabbs Taljani milquta serjament minn krizi finanzjarja Illum isiru sessjonijiet tal-Autocross u l-Motocross ILLUM, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se tkompli bl-attivitajiet tal-istaġun ASMK Pasta Poiatti 2014/15 fejn se jiġi organizzat id-disa' programm bil-Karozzi Autocross u r-raba' tiġrija bil-Muturi Motocross. Dawn se jibdew fil-11am. Intant bħalissa fil- Klassifika Nazzjonali Autocross insibu taqtigħa interessanti bejn tliet kompetituri fejn Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo qed jokkupa l-ewwel pożizjoni b'156 punt u segwit min Pħilip Joe Vella fuq Opel Corsa b'145 punt. Il-klassifika tkompli b'Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo b'137 punt u fir-raba' post insibu lill Andrew Pisani fuq Vauxħall Nova b'109 punti. Klassifika oħra mis- Sezzjoni Autocross ħija dik fi Klassi B fejn insibu lil Godwin Martin fuq Opel Corsa li qed jokkupa l-ewwel pożizzjoni b'37 punt segwit minn Jason Martin fuq Volkswagen Polo bi 17-il punt. Fil-Klassi Standard Deane Farrugia fuq Citroen AX jinsab fil-quċċata b'42 punt segwit minn Joseph Vella fuq Ford Fiesta bi 13-il punt. Fil-Klassi Gozo Autocross insibu lil Domenic Zammit fuq Alfa Sud fuq quddiem bi 18-il punt. Dan kien segwit minn Joseph Agius fuq Ford Fiesta b'10 punti. Intant l-Assoċjazzjoni nħar il-Ħadd li għadda 15 ta' Marzu 2015, organizzat żewġ attivitajiet differenti. Waħda fil-Kumpless Sportiv tal-ASMK f 'Ta' Qali fejn ġiet organizzata t-tielet attività bil-Muturi Motocross filwaqt li attività oħra saret fil-Barriera Torri Falka fiż- Żebbiegħ tal-Imġarr. Dan kien ir-raba' programm bil- Muturi Trials. Ħarsa lejn il-ġurnata fl-Imġarr fejn ħadu seħem 9 kompetituri maqsuma f 'żewġ klassijiet. Din il- kompetizzjoni saret fuq sitt sessjonijiet fejn it- teknika kienet waħda iktar diffiċli minħabba li ċertu postijiet kienu mxarrbin bil-konsegwenza li dawn il-partijiet mis-sezzjoni tkun tiżloq aktar min-normal. Fi Klassi A rajna lil Damon Bonello fuq mutur Gas Gas jibda jiddomina mill-ewwel fejn irnexxielu jagħmel l-ewwel sezzjoni clean mija fil-mija. Il-ġurnata kompliet tkun iktar iebsa għal Bonello fejn flimkien miegħu beda riesaq Robert Caruana fuq mutur Gas Gas. Dawn komplew il-battalja flimkien sal-aħħar iżda r-riżultat finali juri lil Bonello jirbaħ il-klassi segwit minn Caruana. Fit-tielet u r-raba post rispettivament spiċċaw Nick Farrugia fuq Beta quddiem Gary Debono fuq Sherco. Fi Klassi B rajna lill Joseph Scicluna u Manuel Camilleri it-tnejn fuq muturi Gas Gas jagħmlu bidu tajjeb flimkien segwiti minn Bernard Sammut fuq mutur Beta. Scicluna rregistra d-debutt tiegħu fil-ħames sessjoni fejn irreġistra r-raba' rebħa tiegħu f 'dan l-istaġun segwit minn Camilleri u Sammut rispettivament. Fir-raba' post spicca Ian Scicluna fuq mutur Gas Gas. F'Ta' Qali rajna s-sezzjoni tal-muturi Motocross jagħmel it-tielet attività mill-Kampjonat 2014/15 fejn 13-il kompetitur ħadu sehem maqsuma fit-tliet klassijiet A u B kif ukoll dik tal-muturi Vintage. Fi Klassi A rajna lil Clayton Camilleri fuq mutur KTM u Trevor Muscat iddominaw il-heats f 'din il-klassi b'Muscat jispicca jirbaħ il-ġurnata segwit minn Camilleri. Fit- tielet post spiċċa Edward Ciantar fuq mutur Kawasaki segwit fir-raba' post min Kyle Camilleri fuq mutur KTM. Fi Klassi B rajna lil Ludvick Muscat fuq mutur KTM jiddomina bir-rebħa tiegħu f 'żewġ heats tal- ġurnata. Muscat kien dejjem segwit minn sewwieq Għawdxi Adam Sultana fuq mutur Kawasaki. Ir-riżultat finali kompla fejn fit-tielet post daħal Elvin Debono fuq mutur Kawasaki u fir-raba' post spiċċa Mark Mamo fuq mutur Yamaha. Intant l-attivitajiet tat- Trials se jkomplu bil- programm tagħhom nħar id-19 ta' April 2015 fejn tkun qed tittella' l-ħames attività tal-istaġun. Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jżur is-sit elettroniku www.asmk.org.mt.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 April 2015