Illum previous editions

illum 12 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/494413

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 12 ta' April 2015 | illum 13 estensjoni ta' Malta kollox minn Għawdex meta l-istudenti Għawdxin jibdew jinnamaraw ma' dawk Maltin u jibqgħu jgħixu Malta. Ħafna Għawdxin jgħidulek, "Aħna nitilfu lill-uliedna kmieni wisq". L-uniku ħaġa li skantatni sew dan l-aħħar hi meta tfaċċaw whistleblowers dwar każi ta' abbużi politiċi. Għax f 'Għawdex tgħallimt li hemm omertà sħiħa - tara x'tara u tisma' x'tisma' agħlaq ħalqek u tibqa' ħabib ma' kulħadd mingħajr ebda problemi. Ma tafx min tiġi bżonn! Barra hekk, meta tgħid fuq xi ħadd hemm iċ-ċans li dak li tkun qed titkellem miegħu jkun xi qarib ta' min qed titkellem dwaru. Dawn huma ftit eżempji tad-differenza bejn il-mentalità tal-Għawdxi u l-Malti. Iżda barra l-mentalità unika, Għawdex joffri anke kultura unika li żgur għandha tiġbed lejn il-gżira tat-tliet għoljiet dak il-Malti li jixtieq iqatta' ftit ta' jiem differenti mir-rutina ta' kuljum. Għawdex joffri kampanja aktar selvaġġa bi trejqiet li wieħed jista' jimxi fihom b'kumdità u bi trankwillità. Għawdex joffri kosta li dawk li jħobbu jimxu jistgħu jduru magħha kollha f 'xenarju mill-aktar pittoresk. Għawdex joffri sewqan trankwill, fejn minħabba li l-volum tal- karozzi mqabbel mal-kobor tal-gżira hu inqas minn dak ta' Malta, il-problemi tat- traffiku f 'Għawdex ma jeżistux. Għawdex joffri trasport pubbliku fil-ħin. Għawdex joffri trasport bil-vapur miċ- Ċirkewwa sal-Port tal-Imġarr 24 siegħa kuljum għal sebat ijiem fil-ġimgħa. Ħafna Maltin huma tal- idea li l-wardens f 'Għawdex ikunu pronti biex iwaħħlu ċ-ċitazzjonijiet lit-turisti Maltin, iżda din hi idea żbaljata. Il- wardens iwaħħlu ċitazzjonijiet lill-Għawdxin ukoll - jistaħbew f 'kantunieri ta' kuljum għas- sewwieqa Għawdxin ukoll. Jiġifieri r-riforma fil-wardens li suppost hi mwegħda lill- poplu Malti hemm bżonnha f 'Għawdex ukoll. Min ifittex divertiment stil ta' Paceville jaqbillu jekk jibqa' Malta. Il-ħajja f 'Għawdex hi differenti minn dik Maltija, speċjalment dik ta' bil-lejl. Fix-xitwa l-ħruġ u divertiment filgħaxija tista' tgħid li kważi ineżistenti u fis-sajf differenti. Tista' tiltaqa' mal-Għawdxin f 'bars ċkejknin fil-villaġġi inkella wine bars li qed jinbtu minn żmien għal żmien. Ir- ristoranti b'ikel tradizzjonali Għawdxi u tal-ħut huma fost l-aktar imfittxija fejn il-ħut ikun frisk u l-ikel ikun normalment magħmul minn ingredjenti naturali u ta' Għawdex. L-ikel fir-ristoranti Għawdxin hu ġenwin u irħis fil-prezz. Anke l-pizzeriji li hemm madwar Għawdex għandhom prezzijiet irħas ukoll. F'Għawdex issib ukoll 'pizza' b'differenza li ssibha f 'Għawdex biss, il-ftira għawdxija mimlija bil-ġbejniet tan-nagħaġ. Il-ġbejniet, iż-żejt u l-inbid Għawdxi għandhom togħma differenti minn dawk Malti. Dan minħabba l-fatt li l-gżira ta' Għawdex hi aktar esposta għar- riħ, għandha iżjed kampanja fejn jirgħu n-nagħaġ - li kultant għadek tarahom jirgħu bir- raħħal jgħajjat magħhom u bil-kelb idur magħhom, u t-temperatura hi dik ta' grad inqas minn Malta, aktar kiesħa fix-xitwa u aktar friska fis-sajf. L-akkomodazzjoni f 'Għawdex hi differenti minn kważi l-gżejjer kollha fil-Mediterran. Hemm biss 7 lukandi. Il-Maltin f 'Għawdex ifittxu l-farmhouses li hemm minnhom li huma aktar djar antiki li ġew mibdula f 'dak li qed isejħulhom 'farmhouses' u hemm oħrajn li nbnew ġodda. Dan il-fenomenu li ssibu f 'Għawdex donnu hu l-aktar li jiġbed żgħażagħ lejn Għawdex, farmhouses li fihom jorqdu sa tużżana bi gruppi ta' żgħażagħ iqattgħu ljieli jitbaħartu, jixorbu, jieklu u jiffriskaw fil-pool għal xi jiem b'xi ftit storbju għal dawk li jgħixu fil- madwar. Għalkemm dan l-istil ta' ħajja mhux liż-żgħażagħ biss tiġbed iżda anke gruppi ta' ħbieb ta' mezz'età li b'dan il- mod imorru ftit lura fiż-żmien li jkun beda għaddej ġmielu minn fuqhom. L-Għawdxin iħobbu jirreklamaw il-gżira tagħhom għat-turiżmu reliġjuż għalkemm inħoss li ftit jew xejn nara differenza mit- turiżmu reliġjuż li toffri Malta. Il-knejjes Għawdxin huma iżgħar minn dawk Maltin, b'dawn tal-aħħar jaf għandhom xi ftit aktar rikkezzi wkoll. Jekk dawk Għawdxin għandhom lil Ta' Pinu tiġbed il-pellegrini, f 'Malta hemm oħrajn bħar-Redentur, il- Girgenti u oħrajn li wkoll jiġbdu eluf ta' pellegrini. Forsi d-differenza hi li nhar ta' Ħadd l-Għawdxin jilbsu l-aħjar ħwejjeġ biex imorru l-quddiesa u hemm aktar min għalih l-ewwel prijorità għal uliedhom tibqa' d-duttrina. Fir-referenda li saru f 'Għawdex ir-riżultati dejjem kienu differenti mir-riżultati f 'Malta, fejn pereżempju li kien għall-Għawdxin id-divorzju m'għaddiex. Bħalissa jew nafu, jew qed nistennew ir-riżultat tar-referendum dwar il-kaċċa fir-Rebbiegħa, fejn jista' jkun li l-vot tal-IVA jirbaħ fuq dak tal- LE f 'Għawdex. Dan ma jfissirx li f 'Għawdex hawn iżjed kaċċaturi - iżda għax mill- kaċċa bosta Għawdxin jagħmlu l-flus billi jikru jew ibigħu art lil kaccaturi Maltin. U dan kollu juri li Għawdex mhix estensjoni ta' Malta, iżda hi gżira unika, b'poplu uniku u b'mentalità u kultura unika. Li nista ngħid hu li meta tidra l-ħajja Għawdxija diffiċli ħafna li tgħix band'oħra. Għawdex joffri kampanja aktar selvaġġa bi trejqiet li wieħed jista' jimxi fihom b'kumdità u bi trankwillità. Għawdex joffrsi kosta li dawk li jħobbu jimxu jistgħu jduru magħha kollha f 'xenarju mill-aktar pittorsk. Wied l-Għasri San Dimitri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 April 2015