Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/494413
14 illum | Il-Ħadd 12 ta' April 2015 I ltqajt mat-tabib Joe Psaila Savona l-villa tiegħu, li tinsab qalb il-kampanja sabiħa Żejtunija. Għalkemm kont nafu bħala deputat Parlamentari, ma kontx nafu bħala persuna. Fid-dar tiegħu ż-Żejtun iltqajt ma' persuna umana, sinċiera, onesta bi it jew xejn kantunieri u b'memorja mill-aktar luċida ta' dak li għadda minnu. Stajt nilmaħ raġel li jaf x'ried mill-ħajja u x'irid bl-uniku weġgħa hi li tilef lill-akbar ħabiba tiegħu, sieħba, mart u omm uliedu Liliana. Meta staqsejtu kemm ilha li mietet weġibni mill-ewwel, "8 snin neqsin xahar u ġurnata". Kompla qalli, "niftakar fir-referendum tad- divorzju kont għidt lil saċerdot ħabib tiegħi, 'tajba din - hawn min qed jiġġieled biex jinfired minn martu u jien ridtha tibqa u telqitni' u sal-lum għadni nħossni miżżewweġ u mhux single." Liliana mardet bil-kanċer u wara erba' snin tiġġieled mal-marda mietet tliet xhur wara li rat l-ewwel wild tifel jitwieled fil-familja tagħha. Psaila Savona qalli li Liliana kienet ġejja minn familja ta' erba bniet u kellha tliet ulied bniet u l-ewwel żewġ neputijiet kienu bniet u meta wasal l-ewwel neputi tifel, mietet wara 3 xhur, biex wara ġew tliet subien oħra wara xulxin. Iżda ma ltqajtx mat-tabib Psaila Savona biex niddiskuti biss dwar it-telfa tiegħu, iżda dwar il-karriera politika tiegħu u l-ħsibijiet tiegħu dwar il-politika fil-preżent. Tkellimna dwar is-sitwazzjoni tal- Partit Nazzjonalista, ir-raġunijiet għaliex jaħseb li mar lura u jekk jarax bidliet fil-partit - illum li m'għadux involut għalkemm għadu jsegwi l-politika. Joe Psaila Savona beda biex qalli li hu dejjem xtaq ikun tabib fl-isptar, "għax fl-isptar tara l-veru mard". Iżda fi żmien l-istrajk tat-tobba fi żmien Mintoff spiċċa barra bla xogħol, "spiċċajt bla flus u bi 3 itfal. U bdejt naħdem bħala tabib tal-familja ż-Żejtun u nqlajt mill- qiegħ. Jien qatt ma kont bniedem tal-politika, iżda mingħajr ma trid il-vjolenza fit-tmeninijiet u n-nuqqas ta' demokrazija li kien hawn dak iż-żmien ħassejt li nista' nagħti xi ħaġa biex Malta tinbidel u toħroġ minn żminijiet koroh bħal dawk. Niftakar li Eddie kien għadu kif inħatar Kap u ltqajna f 'tieġ u jien semmejtlu li fiż-Żejtun kif l-PN ma kienx jeżisti u dritt weġibni, 'smajt li int tabib popolari - għaliex ma tagħmilx xi ħaġa int?' Kelli l-mara akkanita u għenet fid-deċiżjoni tiegħi li noħroġ għall- elezzjoni tal-1981 fejn fil-fatt ma tlajtx." Sadattant staqsejtu kif minn tas-Sliema mar joqgħod iż-Żejtun u bi tbissima beda jirrakuntali. "Marti kienet mill-Belt u dejjem xtaqet tgħix tas-Sliema iżda niftakar malli lħaqt tabib sirt ħabib ma' Alexander Cachia Zammit li kien Ministru tas-Saħħa u li kien persuna jibża ħafna mill-mard u dejjem xtaq li ħdejh ikollu tabib. Għalhekk kien għażel lili fost dawk li ggradwajna għax kont bniedem tat-triq tan-nofs, u talabni biex immur ngħix iż-Żejtun f 'dar li kellu. Aċċettajt li nagħmel dan u ġietni z-zalza għola mill-ħuta meta biex irranġajt id-dar li tani swietli aktar mid-dar li konna se nixtru Qui Si Sana. Ġara wkoll li meta sar jaf li kont se noħroġ għal politika, allura kont se nikkompetilu talabni biex noħroġ mid-dar tiegħu. Fil-fatt spiċċajt biex tlajt jien fil-Parlament fl-1987. Però xorta bqajna ħbieb u qatt ma ħadtha kontra tiegħu!" Psaila Savona qal li dakinhar Eddie kien għamel kabinett mibni fuq is-Slimiżi u n-naħat taż-Żejtun ħallihom b'xejn - "Eddie bl-għerf kollu xorta għamel ħafna żbalji. Eddie qatt ma kellu fiduċja fit- tobba - fil-parlament kien Kap tal- avukati." Mistoqsi kif sar segretarju parlamentari fit-Turiżmu t-tabib li llum iqis ruħu bħala Żejtuni qalli li kien fit-tieni leġislatura meta fl-1994 Ugo Mifsud Bonnici inħatar President ta' Malta u Michael Refalo sar Ministru tal- Ġustizzja kien hemm bżonn xi ħadd għat-Turiżmu. "Kien bagħat għalija Eddie u offrieli t-turiżmu. Joe Psaila Savona hu tabib tal-familja li għandu 70 sena. Imwieled Ħal Balzan, tfulitu jafha Tas- Sliema u llum jgħix iż-Żejtun. Armel ta' Liliana, missier Anika, Katja u Greta u nannu ta' seba' - tlett ibniet u erba' subien. Kien membru Parlamentari Nazzjonalista bejn l-1987 u l-1998 fejn għal sentejn serva wkoll bħala segretarju Parlamentari għat- Turiżmu. Eddie qatt ma kellu duċja t-tobba - l- parlament kien Kap tal-avukati John Busuttil illum@mediatoday.com.mt Malta pajjiż Laburist u jivvota PN