Illum previous editions

illum 12 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/494413

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 35

20 illum | Il-Ħadd 12 ta' April 2015 S al-lum inkunu nafu jekk il-vot dwar il-kaċċa fir-Rebbiegħa għaddiex jew le. Jien ivvutajt le. Osservajt li tħabbar li kien hemm mal-50 nies tat-teatru li qalu li se jivvutaw le. Lili ħadd ma kkuntattjani biex niffirma l-petizzjoni. Forsi għax mhux midħla ta' ċerti ċrieki li donnhom ikkapparraw dak kollu li għandu x'jaqsam mal-arti u l-kultura. F'Malta kollox ikun ikkapparrat. Kollox għandu l-aġenda tiegħu. Domt 40 sena naħdem fit- teatru, bhala pedagoġu u bħala reġista. Imma lanqas ġejt ikkunsidrat bħala firmatarju. Insomma, l-importanti li qed nerga' niddikkjara, waħdi u mingħajr ma jien marsus ma' grupp, li vvutajt Le għall-kaċċa fir-rebbiegħa. Imma ridt ngħid xi ħaġa oħra dwar kif imxiet il- kampanja. Dik tal-Iva kienet tqarraq, b'posters u reklami tal-familji, bit-tfal b'kollox, jagħmlu piknik fil-kampanja, fuq ħaxix sabiħ u aħdar, bhal dak tar- reklam tal-butir Kerrygold mill-Irlanda: ħaxix aħdar sabiħ, maħsul b'xita fina li m'għandu x'jaqsam xejn ma' kif il-kaċċaturi u n-nassaba Maltin imlew kullimkien bit-trabokki. Xejn ma seta' kien imbiegħed aktar mill- verità, għax il-kaċċaturi dejjem ippreżentaw lilhom infushom bis-snieter u biċ-ċinturini tal-iskrataċċ - mhux f 'atmosfera ta' piknik. Fil-posters tal-kampanja s-snieter ma dehru imkien. Il-lobby tal-Le kienet aktar infurmata u aktar "xjentifika". B'Moira Delia u Saviour Balzan jippilotaw il-kampanja. B'emozzjoni u passjoni (Delia) imma anki b'doża pjuttost ikkulurita (Balzan), kienet kampanja studjata u mingħajr sensazzjonaliżmu. IL-PROFIL PSIKOLOGIKU Dak li hassejt fil-kampanja tal-Le kien in-nuqqas ta' xi forma ta' spjegazzjoni psikoloġika dwar il-forma mentis tal-kaċċatur. X'iwasslu għall-gost, għad- divertiment, li jispara fuq tajra għajjiena, tipprova tfittex fejn tbejjet? X'divertiment hemm li jimliha biċ-ċomb, u jaraha nieżla kollha demm u tinstabat mal-art, forsi fl- aħħar mumenti tal-ħajja, jekk mhux mejta digà, u tinġabar mill-kelb tal-kaċċa? Dan l-element psikoloġiku kien nieqes fil-profil li l-Le ħoloq tal-kaċċaturi. Il-kaċċaturi japoloġizzaw dwarhom infushom u jgħidu li l-percezzjoni tal- poplu dwarhom hi li huma bestji, fost aġġettivi oħra. Jiddikkjaraw ukoll li huma jikkaċċjaw biss il-gamiem u s-summien. Jilmentaw ukoll li mhux dejjem ikollhom kelb tal-kaċċa magħhom biex jgħinhom jifflaxxjaw l-għasafar. Argument klassiku ieħor hu li n-nies tiekol il-ħut u r-rizzi. Dan ukoll argument li waqt il-kampanja kien injorat għal kollox (biex inkunu ġusti mal-lobby tal- Iva). Lejn l-aħħar tal-kampanja, kelliem għal-le, Mark Sultana, żvela kif kien mhedded Sandro Mangion, editur ta' It-Torċa, li ddikkjara li se jivvolta Le għall-kaċċa fir-Rebbiegħa. Anki Sandro Mangion innifsu żvela dan u kellu jmur għand il-pulizija. Dan hu t-tip ta' theddid li l-10,000 kaċċatur matul is-snin ikkundannaw lilhom infushom bih. Il-messaġġi vjolenti u vandalistiċi li bagħtu lis-socjetà għal snin twal tefgħuhom taħt il-lenti kerha u inċivili ta' ċittadini b'kuxjenza lejn in-natura u l-bilanċ ekologiku. Issa l-kaċċaturi, biex indaħħlu skala parodika, għandhom il-plattini fuqhiex jisparaw jekk iridu. Jistgħu joħolqu industrija ta' plattini bil-ġwienaħ u l-munqar u jisparaw fuqhom. Flok jifflaxxjahom il-kelb tal-kaċċa tifflaxxjahom il-magna, imma naturalment il-plattin ma jtajjarx demm. Fost il-fanatiċi "illustri" internazzjonali kien hemm anki l-awtur Ernest Hemingway. Meta darba xi ħadd staqsieh għaliex għandu din il-passjoni għall- kaċċa (anki kontra annimali eżotiċi fl-Afrika) kien stqarr li ma jistax jirreżisti l-passjoni mdemmija. Kien kiteb lill-ħabiba tiegħu li jikkaċċja għaliex iħobb joqtol. Finalment qatel lilu nnifsu bi xkubetta, billi deffes il-kanna f 'ħalqu. MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI L-GĦADA TAR-REFERENDUM L-awtur Nobel Ernest Hemingway li kkommetta suwiċidju billi spara f'ħalqu (1961) AĦBARIJIET ONLINE .cOm.mT X'divertiment hemm li jimliha biċ- ċomb, u jaraha nieżla kollha demm u tinstabat mal-art, forsi fl-aħħar mumenti tal-ħajja, jekk ma tkunx mejta diġà, u tinġabar mill-kelb tal- kaċċa?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 April 2015