Illum previous editions

illum 12 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/494413

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 12 ta' April 2015 GĦALKEMM il-hold-up fil- Casino di Venezia fil-Birgu, li seħħ aktar minn ħames snin ilu, għadu meqjus bħala wieħed mill-hold-ups kbar, u li kien ħa biss ftit minuti, dan xorta mhux l-ikbar wieħed. Illum il-bini fejn kien jospita l-Casino di Venezia fil-Waterfront tal-Birgu jinsab magħluq. Armati sa snienhom Dan il-hold-up seħħ l-Erbgħa, 3 ta' Frar 2010 bejn is-7.34pm u s-7.37pm meta fil-Casino kien hemm madwar 20 klijent. Il- ħallelin marru fuq il-post b'karozza Pajero bajda, li mhux qed ikun eskluż li wara li l-ħallelin serqu l-karozza dawn bidlulha l-kulur. Kronoloġija kif seħħ il- hold-up Minn filmati li l-gazzetta ILLUM għandha f 'idejha juri li s-serqa damet 3 minuti u 13-il sekonda. 7.34.28pm – Tieqaf vettura Pajero quddiem l-entratura tal-Casino. 7.34.46pm – Jidħlu fil- Casino erba' ħallelin armati b'pistoli u senter. Jidhru li kienu libsin boiler suits u wiċċhom mgħammad. Wieħed minnhom jidher iġorr basket kbir aħmar. Tlieta mill-ħallelin telgħu fl-ewwel sular fejn hemm is-sala tal-logħob u s-slot machines filwaqt li r-raba' wieħed baqa' isfel għassa mar-receptionist u impjegat - fejn jidher jheddihom b'senter. Dawk li telgħu fuq imbuttaw l-uffiċjal tal-Gaming Authority u poġġewh wiċċu lejn is-slot machines. 7.35.22pm – Wieħed mill- ħallelin jaqbeż minn fuq il-bank tal-kaxxiera u jordna lill-kaxxier biex inewwel il-flus kollha li kien hemm fis-safe li għal xi raġuni s-safe kien miftuħ. Biex ipoġġi l-flus fil-basket, il-ħalliel poġġa l-arma fuq il-bank u hawn tidher id il-kaxxier jew membru tas-sigurtà jgħaddi l-flus lill-ħalliel. 7.36.19pm – Wieħed mill- kriminali li kien fuq maż- zewġ kompliċi tiegħu, ħareġ fil-kuritur li jagħti għat-taraġ biex jara jekk kienx hemm xi ħadd. 7.36.24pm – Impjegat, x'aktarx ukoll membru tas- sigurtà tal-Casino, tfaċċa fir- reception area. Kif il-ħalliel li Mill-Qorti Ħames snin talli kkorrompa żewġ subien RAĠEL ta' 44 sena minn Ħaż-Żebbuġ ġie kkundannat ħames snin ħabs wara li ammetta li pparteċipa f ' attivitajiet sesswali ma' tfal taħt l-età permezz tal-internet. Il-Qorti semgħet kif l-akkużat, li ismu ma jistax jixxandar biex tkun protetta l-identità tal-vittmi, ammetta li kkorrompa żewġt itfal subien ta; 12–il sena u 13–il sena matul April u x-xhur ta' qabel. Huwa mifgħum li r-raġel diġà kien ingħata sentenza sospiża ta' ħabs fuq inċident simili, u li saħansitra kien magħruf bħala trasgressur sesswali. Il-Maġistrat Francesco Depasquale sema' kif l-imputat kien qed jagħmel attivatijiet sesswali bl- internet permezz ta' chatting u Skype. Ir-raġel ammetta wkoll li kellu fil-pussess tiegħu ritratti indiċenti ta' tfal taħt l-età, wara li dawn instabu fuq kompjuter li kien inġabar mill-pulizija fl- investigazzjoni tagħha. Il-Maġistrat Depasquele sab lir-raġel ħati wkoll li kiser sentenza sospiża u għalhekk daħħal fis- seħħ din is-sentenza u kkundannah għal piena totali ta' ħames snin ħabs. Ir-raġel tpoġġa wkoll taħt ordni ta' trattament. Il-Prosekuzzjoni f 'dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Joseph Busuttil, filwaqt li l-Avukat Alfred Abela deher għall-imputat. BORMLIŻ li kien arrestat mill-pulizija wara li, għall-ewwel darba f 'ħajtu kien qed jittrafika d-droga ecstasy f ' lejlet l-Ewwel tas-Sena tal-2009, kien kkundannat sitt snin ħabs u mmultat €1,500. Biern Farrugia, ta' 25 sena, minn Bormla, kien inqabad mill-Iskawdra ta' kontra d-droga waqt tfittxija fi stabbiliment ta' divertiment f ' Paceville. Hu kien instab fil-pussess ta' erba' pilloli ecstasy u €335 fi flus kontanti. Il-Qorti semgħet, kif waqt l-interrogazzjoni, l-imputat, li kien għad kellu 18-il sena meta nqabad, ammetta mal-pulizija li l-pilloli kienu tiegħu u li kien biegħ sitt pilloli aktar kmieni. Fis-sentenza tagħha, l-Maġistrat Marseann Farrugia nnuttat ukoll li Farrugia kellu kondotta nadifa, l-liġi tagħmilha ċara li traffikanti tad-droga għandhom jintbagħtu l-ħabs u għalhekk kkundannat lill-akkużat sitt xhur ħabs u multa ta' €1,500. DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt Il-ħallelin deħlin fil-Casino di Venezia fil-Birgu Ħalliel jaħtaf il-flus bl-arma tidher fuq il-bank Ritratti esklussivi ta' waħda mill-akbar Jinsterqu €380,000 waqt Jinqabad jittrafika d-droga mal-ewwel darba

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 April 2015